Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondi Ewropej 2023

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5085 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriżi u l-Proġetti Strateġiċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi proġetti hemm ippjanati b'fondi Ewropej tul is-sena 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bil-proġetti li kienu ppjanati b’fondi Ewropej fis-sena 2023.

Kumpaniji Privati – Fondi Ewropej

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9397 u 12689 u jgħid x’applikazzjonijiet saru minn kumpaniji privati għall-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Baġit 2014-2020? Jista' jgħid taħt liema programmi saru dawn l-applikazzjonijiet u f'kull każ għal xiex kellhom jintużaw il-fondi Ewropej? Jista’ jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet minn dawn il-kumpaniji privati u ċjoè jekk ġewx approvati jew le? Jista' jgħid dawk li ġew approvati, liema kienu u x'inhu l-persentaġġ li joħorġu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti u jelenka f’kull każ l-isem tal-kumpanija benifiċjarja? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti fil-preżent u meta ser jagħlaq dan il-programm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba rigward Grant Agreements ma’ kumpaniji privati għall-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Baġit 2014-2020 tinsab fit-tabella hawn taħt mehmuża. Fil-preżent ma hemm ebda applikazzjoni pendenti. Fond Rata ta’ Ko-finanzjament mill-Unijoni Ewropea % Għeluq tal-Programm SMEi 100 31.12.2023 ERDF (EERE) 80 31.12.2023 ERDF 80 31.12.2023 EAFRD 75 31.12.2025 EMFF 75 31.12.2023 INTERREG Italja-Malta 85 31.12.2023 INTERREG MED 85 31.12.2023 ENI CBC MED 90 31.12.2023 Erasmus+ 100 31.12.2024

Koordinatur tal-komunikazzjoni — Kuntratt

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-koordinatur tal-komunikazzjoni tas-Segretarjat tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17406.

Koordinatur tal-komunikazzjoni — Kuntratt

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-koordinatur tal-komunikazzjoni tas-Segretarjat tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17406.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirrferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W130.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu 2024, il-Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali ma nefaqx flus fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti.

MCCAA — Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) - rikorsi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17808, jista’d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jagħti r-referenza tal-kawża, inklużi l-ismijiet tal-partijiet involuti? Jista’ jwieġeb ukoll it-tieni parti tal-mistoqsija u jgħid x’kienet in-natura tat-talba da parti tad-Direttur Ġenerali u b’mod partikolari x’tip ta’ sanzjoni u/jew penali qed tintalab mill-Qorti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kawża ppreżentata fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) hija Rikors Numru 82/2023 ISB . F’dan ir-rikors id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) talbet id-dikjarazzjoni tal-ksur tal-artikoli relevanti fit-Taqsima VII u fit-Taqsima VIII tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta) u tar-regolamenti rilevanti tal-Leġiżlazzjonijiet Sussidjarji 378.12 u 378.17. Is-sanzjonijiet u/jew penali li qed jintalbu mill-Qorti jinkludu l-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ tħaris skont l-artikolu 12G tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u li s-soċjetà konvenuta.

Koordinatur tal-komunikazzjoni — Kuntratt

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-koordinatur tal-komunikazzjoni tal-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni mitluba minnu fuq artikli fuq online portals fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu 2024, li l-Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali nefaq.

NSDF – Rapport Annwali 2021

Question

B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma ġietx kwotata fir-Rapport Annwali u d-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021, għall-fatt li t-tranzazzjoni finanzjarja tat-Transferable Loan Note Instrument hi informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali — Individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18343 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux jaħdem mas-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali? Jekk le, jista’ jgħid meta spiċċa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu msemmi għadu jaħdem mas-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riforma u d-Djalogu Soċjali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riforma u d-Djalogu Soċjali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W81.

Programmi ta’ fondi Ewropej — Proġetti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid liema programmi ta’ fondi Ewropej hemm proġetti għaddejjin fil-preżent jew se jinbdew f’kull Ministeru minn dawn il-fondi? Jista’ jgħid ukoll kemm intefqu flus għal dawn il-proġetti sa issa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigward proġetti li għaddejjin fil-preżent u li se jinbdew f’kull Ministeru.

PDO — Nagħaġ u mogħoż

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18314 u jgħid jekk f'każ ta' taħlit ta' razza ta’ nagħaġ u mogħoż Maltin ma’ dawk impurtati, jekk jinkiseb il-P.D.O. (Protected Designation of Origin), dan ikunx jista’ jinżamm? Jekk le, jista’ jgħid x'ser jagħmel il-Gvern biex appena jinkiseb id-.P.D.O., dan ikun protett?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-protezzjoni li qed tintalab hija għall-isem “Ġbejna tan-nagħaġ”. Dan ifisser li jista’ jintuża biss il-ħalib tan-nagħaġ. Fir-rigward tar-razza tan-nagħaġ, l-ispeċifikazzjonijiet jindikaw dan li ġej: The 'Ġbejna tan-nagħaġ' is a fresh cheese produced with whole raw milk from sheep (Ovis aries) of the ‘Maltese’ breed and its crosses with the Friesian breed or others, and that are registered in the Maltese islands, including Malta, Gozo, and Comino.

Bexx

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18315 u jgħid jekk il-bexx li jista’ jintuża mill-bdiewa f'Malta u f’Għawdex hux differenti mill-bexx li jintuża f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea? Jekk dan hu fl-affermattiv, jista’ jgħid x'inhi r-raġuni għal dan? Jekk le, jista’ bidwi jixtri bexx minn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea u jużah f'Malta u f’Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Regolament Ewropew dwar il-bexx jistabbilixxi li biex ikun jista’ jintuża, kull prodott għandu l-ewwel jiġi awtorizzat fl-Istat Membru fejn ikun sejjer jintuża. Għalhekk, bexx li jintuża f’pajjiż jista’ jkun differenti minn ta’ pajjiżi oħra. L-awtorizzazzjoni individwali ta’ kull pajjiż tiżgura li l-kundizzjonijiet marbuta mal-użu tal-bexx iqisu l-aspetti ambjentali (eż. il-karatteristiċi klimatiċi, tal-ħamrija, il-prossimità tas-sorsi tal-ilma) li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Fejn prodott huwa awtorizzat f’pajjiżi li huma membri fl-Unjoni Ewropea u anke f’Malta, bidwi jista’ jixtri dan il-prodott minn barra minn Malta taħt liċenzja ta’ kummerċ parallel.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali — Programmi tar-radju - Nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2024 ma kien hemm l-ebda nefqa ta’ flus fuq programmi tar-radju mill-Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.

Użu ta’ HHC

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14895 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid meta l-Gvern se jirregola b’liġi l-użu ta’ HHC (li hu forma ta’ cannabis sintetika)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16082.

MCCAA — Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) - rikorsi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid mill-bidu ta’ 2019 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors saru da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-MCCAA a tenur tal-artikolu 12A tal-Kap 379? F’kull l-istanza, jista' jgħid x’kienet in-natura tat-talba da parti tad-Direttur Ġenerali u x’inhu l-istatus attwali tal-każ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma sar l-ebda rikors a tenur tal-artikolu 12A tal-Kap 379 minn mindu daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Lulju 2019.

Kummissjoni dwar l-Impjiegi — Kawżi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid kemm inbdew kawżi quddiem il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jipprovdi lista ta' dawn il-kawżi, bid-dettalji tar-rikorrenti u tal-intimati u jgħid f'liema minn dawn il-kawżi l-Kummissjoni diġà tat is-sentenza tagħha? Jista' jgħid ukoll liema minn dawn il-kawżi twaqqfu mir-rikorrenti u liema minn dawn il-kawżi għadhom qed jinstemgħu mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi? Jista' jgħid ukoll liema minn dawn il-kawżi qed jistennew li tingħata s-sentenza u jgħid, għal kull waħda minn dawn il-kawżi, kemm ilhom pendenti biex tingħata s-sentenza mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Intern, Sigurtà u Xogħol.

PDO — Nagħaġ u mogħoż

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid jekk f'każ ta' taħlit ta' razza ta’ nagħaġ u mogħoż Maltin ma’ dawk impurtati, jekk jinkiseb il-P.D.O. (Protected Designation of Origin), dan ikunx jista’ jinżamm? Jekk le, jista’ jgħid x'ser jagħmel il-Gvern biex appena jinkiseb id-.P.D.O., dan ikun protett?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.