Legislature:
Category:
Reset
Active:

TCNs – Tfal li twieldu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi (TCNs) li twieldu f’Malta? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi terzi ġejjin dawn it-tfal u li bħalissa qegħdin hawn Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar statistika ppublikata mill-NSO hija għas-sena 2025. F’din is-sena twieldu 4,338 tarbija minn residenti li ssodisfaw il-kriterju tar-residenza tas-soltu. Dan il-kriterju jkopri dawk li joqogħdu jew li biħsiebhom joqogħdu Malta għal mill-inqas tnax-il xahar. Minn dawn it-trabi, 948 tarbija kienu taʼ ġenituri li t-tnejn li huma kienu ċittadini mhux tal-UE.

Persuni li setgħu jaħdmu – Sena 2025

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4155 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u jgħid kemm persuni setgħu jaħdmu fl-aħħar tal-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni kienu qegħdin jaħdmu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li setgħu jaħdmu matul 2025 kien ta’ 339,409. Din il-figura tirreferi għal dawk il-persuni li huma fis-suq tax-xogħol i.e. persuni li jaħdmu jew persuni qegħda (labour supply).  Minn dan l-ammont, in-numru ta’ persuni li kienu qed jaħdmu matul l-istess perjodu kien ta’ 329,283. Iċ-ċifri għat-tieni kwart tas-sena 2026 (li huma l-aħħar ċifri maħruġa minn dan l-Uffiċċju) huma ta’ 351,366 u ta’ 339,935 rispettivament.

KM Malta Airlines – Business plan

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-partijiet tal-business plan ta’ KM Malta Airlines li ġew approvati mill-Kummissjoni Ewropea u li jirrigwardaw il-profittabbiltà, l-investiment privat u s-sostenibbiltà finanzjarja tal-kumpanija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Profitt/telf għal kull titjira – Rotot prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’inhu l-profitt jew it-telf medju għal kull titjira operata minn KM Malta Airlines, matul l-aħħar sena finanzjarja, maqsuma skont ir-rotot prinċipali operati mill-kumpanija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Profitt/telf għal kull titjira

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-profitt jew it-telf medju għal kull titjira operata minn KM Malta Airlines, matul l-aħħar sena finanzjarja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Rata ta’ turnover

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata ta’ turnover fost il-piloti, cabin crew u impjegati tekniċi ta’ KM Malta Airlines, matul l-aħħar sentejn, u kif din ir-rata tqabbel mal-medja tal-industrija Ewropea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Livelli ta’ esperjenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-kumpanija KM Malta Airlines hemmx livelli minimi ta’ esperjenza li l-kumpanija timmira li żżomm?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Bilanċ bejn piloti ġodda u piloti b’esperjenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika ta’ KM Malta Airlines fir-rigward tal-bilanċ bejn piloti ġodda u piloti b’esperjenza fuq ir-rosters operattivi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

Rapport dwar il-popolazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn qabel it-8 ta' Novembru 2026, ir-rapport dwar il-popolazzjoni li kien ipprepara u ppreżenta lill-Prim Ministru fl-2018 qatt ma kien issemma fit-tmien snin ta’ qabel? Jista' wkoll jispjega xi nbidel mill-2018 sal-2026 biex ħass li kellu jitkellem dwaru wara daqstant snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 5203.

Rapport dwar il-popolazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għand min kien qed jinżamm ir-rapport sħiħ dwar il-popolazzjoni li kien ipprepara u ppreżenta lill-Prim Ministru fl-2018, bejn l-2018 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 5203.

KM Malta Airlines – Pjan tan-negozju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tan-negozju ta’ KM Malta Airlines għat-tliet snin li ġejjin sabiex il-kumpanija ssir finanzjarjament sostenibbli mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar injezzjonijiet ta’ fondi pubbliċi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Konsulenti esterni

Question

Jekk ġew ingaġġati konsulenti esterni biex jagħtu pariri dwar ir-ristrutturar tal-kundizzjonijiet tal-impjieg jew il-ġestjoni tal-ħaddiema ta’ KM Malta Airlines, jista’ l-Ministru jgħid min huma dawn il-konsulenti u kemm tħallsu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Konsulenti esterni – Ristrutturar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati konsulenti esterni biex jagħtu pariri dwar ir-ristrutturar tal-kundizzjonijiet tal-impjieg jew il-ġestjoni tal-ħaddiema ta’ KM Malta Airlines?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Kundizzjonijiet ta’ xogħol u remunerazzjoni – Ezerċizzju

Question

Jekk il-kundizzjonijiet ta’ xogħol u remunerazzjoni offruti minn KM Malta Airlines ġew ikkomparati ma’ dawk offruti minn linji tal-ajru oħra Ewropej, jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-riżultat ta’ dan l-eżerċizzju?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Kundizzjonijiet ta’ xogħol u remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kundizzjonijiet ta’ xogħol u remunerazzjoni offruti minn KM Malta Airlines ġewx ikkomparati ma’ dawk offruti minn linji tal-ajru oħra Ewropej li jikkompetu għall-istess piloti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Retention strategy – Miżuri ewlenin

Question

Jekk KM Malta Airlines għandha retention strategy, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri ewlenin li qed jiġu implimentati sabiex jinżammu l-ħaddiema b’esperjenza?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta' inqas minn €2,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Rapport dwar il-popolazzjoni – Aċċess

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kellu aċċess għar-rapport sħiħ dwar il-popolazzjoni li kien ipprepara u ppreżenta lill-Prim Ministru fl-2018?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 5203.

Rapport dwar il-popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-sid, ġaladarba huwa l-awtur, tar-rapport sħiħ dwar il-popolazzjoni li kien ipprepara u ppreżenta lill-Prim Ministru fl-2018?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 5203.

KM Malta Airlines – Titjiriet diretti lejn Lourdes, fi Franza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija KM Malta Airlines għandhiex il-ħsieb li terġa’ topera titjiriet diretti bl-iskeda jew chartered lejn Lourdes, fi Franza, u lura? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dawn it-titjiriet humiex ser ikunu skedati jew chartered, kemm ser isiru titjiriet, meta se jibdew u jieqfu, u kemm il-kumpanija KM Malta Airlines qiegħda tipprospetta li ġġorr passiġġieri? Jekk le, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija nazzjonali tal-ajru, KM Malta Airlines, m’għandhiex il-ħsieb li topera titjiriet diretti skedati lejn Lourdes, fi Franza. Fl-2027 il-kumpanija ser topera numru ta’ chartered flights lejn Lourdes u it-tabella hawn taħt turi t-tqassim xahar b'xahar tas-servizzi chartered li ser topera, li tinkludi wkoll in-numru ta’ passiġġieri li huwa stmat li ser jinġarru: 2027 Numru ta’ Chartered Flights Numru Totali Stmat ta’ Passiġieri April 4 360 Mejju 4 360 Lulju 4 360 Awwissu 4 360