Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tranżazzjonijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed taċċetta biss flus kontanti fil-fergħat tagħha u mhijiex taċċetta tranżazzjonijiet bil-cards?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija li dwarha qed tintalab informazzjoni, hija kumpanija privata.

Il-Belt Valletta – Skemi għal stabbilimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hi mistennija li tiġi reża pubblika l-iskema l-ġdida li permezz tagħha persuni li għandhom stabbilimenti kummerċjali mikrija fil-Belt, ikunu jistgħu jestendu t-termini tagħhom fi ċnus jew f’atti oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema msemmija ser titħabbar fil-futur qarib. Ta’ min iżid illi din l-iskema mhux biss applikabbli għall-istabbilimenti kummerċjali mikrija tal-Belt Valletta biss imma ser tkun mifruxa fuq it-territorju Maltin u Għawdxi kollu hekk kif imwiegħed fil Manifest Elettorali.

San Pawl tat-Tarġa — Torri tal-Kaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13921 u 14095 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13649, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew deċiżjonijiet li jridu jiġu meħuda biex it-Torri tal-Kaptan f’San Pawl tat-Tarġa jiġi ppreservat mill-elementi biex ma jkomplix jaqa’ u mbagħad jiġi kkonservat u rrestawrat ukoll?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li rappreżentanti ta’ Heritage Malta flimkien mal-SCH u rappreżentant tar-Reġjun tat-Tramuntana żaru s-sit in kwistjoni sabiex jidentifikaw ix-xogħol ta’ restawr meħtieġ fuq l-istess sit.

Awtorità tal-Artijiet — Avukati Interni - Sejħiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12571, 13873 u 14102 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Belt Valletta – kuntratt ta’ fond

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14103 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12645, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li skada fl-2017?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet – diġitalizzazzjoni tal-files

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14104 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8215, jista’ l-Ministru jagħti figuri bħala perċentwali tal-files ‘in circulation’ li għadhom pendenti biex jiġu scanned u diġitalizzati, kif ukoll il-files kollha b’mod ġenerali tal-Awtorità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn meta l-Awtorità tal-Artijiet bdiet l-eżerċizzju ta’ diġitalizzazzjoni, ġew scanned mas-60% tal-files. L-Awtorità qiegħda tagħti dan il-proċess ta’ diġitalizzazzjoni prijorità assoluta.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - Positions of Trust

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

INDIS Malta Ltd – Allokazzjoni ta’ art lill Aquaculture Resources Ltd.

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux se tiġi allokata, jew ġietx allokata, iżjed art mill-INDIS Malta Ltd. lill-Aquaculture Resources Ltd. għall-espansjoni tal-operat tagħhom? Jekk iva, jista' jagħti rendikont tal-proċess li wassal għal dan?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

San Pawl tat-Tarġa — Torri tal-Kaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13921 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13649, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew deċiżjonijiet li jridu jiġu meħuda biex it-Torri tal-Kaptan f’San Pawl tat-Tarġa jiġi ppreservat mill-elementi biex ma jkomplix jaqa’ u mbagħad jiġi kkonservat u rrestawrat ukoll?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Belt Valletta — Teatru Rjal - Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12716 u 13870 u jgħid x’kuntratti hemm relatati mal-binja tat-Teatru Rjal, bħal konċessjonijiet, kirjiet ta’ faċilitajiet bħal kafetteriji, ristoranti jew bars, u jqiegħed kopji ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratt mal-Malita jinsab fid-dominju pubbliku.

Awtorità tal-Artijiet — Avukati Interni - Sejħiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12571 u 13873 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet – diġitalizzazzjoni tal-files

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8215, jista’ l-Ministru jagħti figuri bħala perċentwali tal-files ‘in circulation’ li għadhom pendenti biex jiġu scanned u diġitalizzati, kif ukoll il-files kollha b’mod ġenerali tal-Awtorità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2023 se jkunu ntefqu €245,502,267,11 fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Entitajiet Regolatorji

Question

Jista’ l-Ministru, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f’kull każ jgħid: a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet? b.Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta? ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Positions of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - Servizzi ta’ kumpanija privata

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda kuntratt, jew ftehim, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Ministeru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Chairpersons u membri ta’ entitajiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12017 u jgħid min huma ċ-Chairpersons u l-membri ta’ kull entità pubblika - irrispettivament mill-mod kif deskritti - li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u f’kull każ jgħid: (a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra, u (b) meta tiġi fit-tmiem il-ħatra attwali ta’ kull persuna?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.