Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23653 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Institute for Education – studenti li gradwaw bħala għalliema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti ggradwaw bħala għalliema mill-Institute for Education? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti li qed isegwu dawn il-korsijiet bħalissa? Kemm iggradwaw kandidati oħra f'suġġetti oħra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ggradwaw 83 parteċipant f’livell MQF 7 (Master, Postgraduate Diploma, Postgraduate Certificate) u persuna oħra ggradwat f'livell 6. Il-gradwati f’livell MQF 7 kienu kif se nsemmi:- Master of Education MQF Level 7: 20 gradwat 11 Primary Education 3 Physical Education 3 Humanities 3 Hospitality Postgraduate Diploma in Education MQF Level 7: 21 gradwat 9 Primary Education 6 Humanities 2 Sciences 2 Religious Studies 1 Agribusiness 1 Physical Education Postgraduate Certificate in Education (Primary Education) MQF Level 7: 42 gradwat F'suġġetti oħra ggradwaw 58. Bħalissa hemm 259 li qed isegwu kors ta’ kwalifika biex isiru għalliema regolari.
Leg 13 PQ #23654 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Università ta’ Malta – Fakultà tal-Edukazzjoni – studenti li gradwaw bħala għalliema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm iggradwaw studenti bħala għalliema mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti jsegwu dawn il-korsijiet bħalissa? Kemm iggradwaw kandidati oħra f'suġġetti oħra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.
Leg 13 PQ #23655 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST – studenti li gradwaw fil-qasam relatat mat-tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti bħala edukaturi jew xi qasam relatat mat-tagħlim mill-MCAST? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti jsegwu dawn il-korsijiet bħalissa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.
Leg 13 PQ #23584 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Siġġiewi – Triq l-Iskola — xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti d-data sa meta se jitlestew ix-xogħlijiet li nbdew f'Settembru 2021 quddiem l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi fi Triq l-Iskola, is-Siġġiewi u li jikkonsistu fl-irranġar ta' numru ta' konki kbar (planters) li sa ftit ġimgħat ilu kienu mħawla fihom numru ta' siġar, inkluż siġar taż-żebbuġ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ rranġar ta’ konki u tħawwil ta’ siġar endemiċi huwa ppjanat li jitlesta aktar tard dan ix-xahar ta’ Diċembru 2021.
Leg 13 PQ #23643 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Każ ta' Plagiarism f'ġurnal akkademiku Social Well-Being Studies

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li kien hemm każ ta' plagiarism akkademiku f'artiklu li ġie ppubblikat fil-ġurnal akkademiku Social Well-being Studies? Tikkonferma li dan l-artiklu fil-fatt ġie mneħħi meta nkixef li kien hemm dan il-plagiarism? Tista' tgħid x'passi se tieħu l-Università dwar dan il-każ ta' plagiarism? Tista' tikkonferma jekk l-awtoritajiet universitrarji investigawx dan l-allegat każ ta' plagiarisim?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

L-Università ta' Malta hija awtonoma imma ġejt infurmata li l-Università diġà qed tinvestiga dan il-każ.
Leg 13 PQ #23473 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — Contracts for Service

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanha ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Tista’ telenkahom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Leg 13 PQ #23257 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola ġdida tal-Qawra — parkeġġ

Question

Peress li l-iskola ġdida tal-Qawra għandha parkeġġ estensiv taħt l-art li mhux jintuża filgħaxijiet u fil-weekends, tista’ l-Ministru tgħid għaliex dan qed jinżamm magħluq u jekk dan jistax jinfetaħ meta ma jkunx qed jintuża għar-residenzi tal-inħawi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m'hemmx iktar x'inżid mar-risposti li ngħataw fuq din il-materja, speċifikatament mistoqsijiet parlamentari 19289, 19642 u 22536.
Leg 13 PQ #23413 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Protokoll fl-iskejjel dwar kwarantina

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi protokoll hu adottat mill-iskejjel fir-rigward ta' dawk l-istudenti li jkollhom jagħmlu kwarantina minħabba l-COVID-19 qabel ma jirritornaw l-iskola wara l-perjodu ta' kwarantina?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf l-Onor. interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni jimxi fuq il-protokolli li jingħataw mill-awtoritajiet tas-Saħħa f'dan ir-rigward.
Leg 13 PQ #23436 Sitting 525 2021-11-29 Oral · Final From: OLIVER SCICLUNA To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali – introduzzjoni ta’ suġġetti ta’ snajja’ fl-iskejjel sekondarji tal-Istat

Question

Peress li fl-2014 kien mistenni li jiġi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali f’Malta biex ikun jista’ jara kif fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, ikunu jistgħu jerġgħu jidħlu ċerti suġġetti dwar l-isnajja', tista’ l-Ministru tagħti iżjed informazzjoni x’ġara minn dak iż-żmien lil hawn fejn tidħol edukazzjoni vokazzjonali speċifikament li għandu x’jaqsam mas-snajja’ inkluż dik tradizzjonali?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-Taħriġ Vokazzjonali u Applikat ingħata importanza kbira tant li skont il-Qafas għall-Istrateġija għall-Edukazzjoni f’Malta 2014-2024, saret ħidma biex iddaħħlu suġġetti ġodda vokazzjonali u applikati fl-iskejjel sekondarji tal-istat kollha. Barra minn dan, fl-2014 twaqqfet skola bi programm alternattiv (Alternative Learning Programme) li tiffoka fuq suġġetti tas-snajja’ varji għal studenti fil-11-il sena tagħhom. Fil-qasam tas-snajja’ tradizzjonali, ġie introdott is-suġġett tal-indurar f’waħda mill-iskejjel sekondarji.
Leg 13 PQ #22835 Sitting 524 2021-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Talbiet għal trasferiment minn ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għal trasferiment minn ħaddiema u xi grad huma, li jaħdmu mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex imorru jaħdmu f'xi dipartiment jew entità oħra f'Għawdex mal-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u fejn marru jaħdmu dawn il-ħaddiema li t-talba tagħhom ġiet milqugħa? Tista' tgħid fil-preżent kemm hemm talbiet pendenti?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Sakemm inkisbet l-informazzjoni, ninsab infurmata li fis-sena 2020 kien hemm ħames talbiet bil-miktub għal trasferiment mill-Ministeru għall-Edukazzjoni għall-Ministeru għal Għawdex. Erbgħa minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u l-gradi tagħhom kienu ta’ Senior Operative (1), Senior Clerk (1), LSE II (1) u ‘Gardener’ (1). Infurmata wkoll li fl-2020 persuna fil-grad ta’ Child Care Educator ġiet seconded mill-Foundation for Educational Services (FES) għall-Ministeru t’Għawdex. Matul din is-sena sat-2 ta’ Novembru kien hemm talba waħda bil-miktub u din ġiet milqugħa; dan l-uffiċjal għandu l-grad ta’ ‘Teacher’. Ma jirriżultax li hemm talbiet pendenti fil-preżent.
Leg 13 PQ #22973 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 22956.
Leg 13 PQ #23144 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16351, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tagħha li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u taqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li l-MFED ma għandu ebda parkeġġ riżervat fil-Belt Valletta.
Leg 13 PQ #23223 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

In-Naxxar, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Infermiera fl-iskejjel

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22719, tista' l-Ministru tispjega kif qed jingħata dan is-servizz tal-infermiera? Huwa minnu li dawn l-infermiera mhumiex permanenti fl-iskola imma jduru minn skola għall-oħra? Tista' tikkonferma li hemm numru ta' tfal li għandhom kundizzjonijiet li għandhom bżonn ta' preżenza ta' infermiera aktar fissa u fit-tul?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-infermiera jduru minn skola għall-oħra. Infurmata li m’hemmx tfal li għandhom kundizzjonijiet li għandhom bżonn il-preżenza ta' infermiera aktar fissa u fit-tul fl-iskejjel identifikati fil-mistoqsija tal-Onor. interpellant.
Leg 13 PQ #23309 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel f'Għawdex — Infermiera

Question

Breferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22720, tista' l-Ministru tikkonferma li fl-ebda skola f'Għawdex m'hemm servizz permanenti tal-infermiera ħlief fis-Sannnat Unit? Tista' tgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel f'Għawdex li għandhom kundizzjoni li titlob l-attenzjoni u l-preżenza tal-infermiera?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. interpellant li f’Għawdex is-servizz permanenti tal-infermiera jinsab biss fis-Sannat Unit. Infurmata li hemm 10 studenti fl-iskejjel tal-Istat f'Għawdex li għandhom kundizzjoni li titlob l-attenzjoni u l-preżenza temporanja tal-infermiera.
Leg 13 PQ #23339 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — Contracts of service

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanha ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Tista’ tgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Leg 13 PQ #23383 Sitting 523 2021-11-23 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — State Aid

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21267 u tgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tagħha li rċievew state aid?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

B‘referenza għal din il-mistoqsija, infurmata li ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma rċeviet state aid.
Leg 13 PQ #23008 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ċirkulari

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkulari msemmiha minnha waqt s-seduta tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet t'Għawdex datat 26 ta’ Lujlu 2021 u li hi stess kienet impenjat ruħha li tibghat lir-rapprezentant legali ta' numru ta' Learning Support educators preżenti għal dik is-seduta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf l-Onor. Interpellant li ċ-ċirkolari/jiet li qed jirreferi għaliha qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Fil-5 t’Ottubru 2021, tali ċirkolarijiet kienu ntbgħatu lill-avukat li qed jirrappreżenta numru ta’ LSEs.
Leg 13 PQ #23009 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Għawdex – skejjel — Servizz ta’ Breakfast club

Question

Tista' l-Ministru tispjega kemm kien hemm tfal li jattendu l-iskejjel f'Għawdex li wkoll kienu qed jirċievu s-servizz tal-breakfast club tul l-aħħar sentejn skolastiċi? Tista' tagħti figuri separati għal kull waħda minn dawn l-iskejjel?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ studenti li jattendu l-iskejjel Primarji f’Għawdex u li għamlu użu mis-servizz tal-Breakfast Club huwa: · 645 - Sena skolastika 2020-2021 · 835 - Sena skolastika 2021-2022 (sa Ottubru 2021) kif muri fit-tabelli t’hawn taħt: Sena Skolastika 2020-2021 Kulleġġ Skola Reġistrazzjonijiet Ġunju 2020 GCC Għajnsielem 37 GCC Għarb 49 GCC Kerċem 40 GCC Nadur 146 GCC Qala 70 GCC San Lawrenz 23 GCC Sannat 26 GCC Victoria 167 GCC Xagħra 34 GCC Xewkija 43 GCC Żebbuġ 10 Total 645 Sena Skolastika 2021-2022 Kulleġġ Skola Reġistrazzjonijiet Ottubru 2021 GCC Għajnsielem 78 GCC Għarb 76 GCC Kerċem 51 GCC Nadur 157 GCC Qala 78 GCC San Lawrenz 30 GCC Sannat 30 GCC Rabat 184 GCC Xagħra 54 GCC Xewkija 72 GCC Żebbuġ 25 Total 835
Leg 13 PQ #23010 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja – Learning Support Educators – ftehim kollettiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk Learning Support Educators impjegati fl-iskejjel tal-knisja humiex ukoll regolati mill-ftehim kollettiv li jikkonċerna din il-professjoni? Tista' tgħid ukoll jekk dawn il-Learning Support Educators jitħallsux minn fondi statali mogħtija lill-knisja?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Learning Support Educators impjegati fl-iskejjel tal-Knisja huma regolati minn ftehim kollettiv bejn is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika u l-Malta Union of Teachers t'Awwissu 2018. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor. interpellant li iva, it-talbiet għar-rimborż ta’ salarji ta’ edukaturi jiġu proċessati minn fondi pubbliċi skont kriterji stabbiliti.
Leg 13 PQ #23011 Sitting 522 2021-11-22 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Għawdex – Skejjel – air conditioners fil-klassijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel f'Għawdex li fil-klassijiet tagħhom hemm installati air-conditioners? Jekk iva, tista' tgħid liema huma dawn l-iskejjel? Tista' tgħid jekk dawn l-air-conditioners jiffunzjonawx ukoll?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-Kulleġġ t'Għawdex hemm installati air-conditioners fi 15-il klassi tal-iskola primarja f'Ta' Sannat u disgħa fl-Iskola Sekondarja, Victoria. Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, Skola tal-Arti Viżiva u Performattiva Xewkija għandha 10 air-conditioners filwaqt li s-sixth form ta’ Għawdex Sir MA Refalo għandha 35 air-conditioners.