Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti l-Kummissarju għall-Anzjani minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Dwar liema kwestjonijiet kienu dawn ilmenti?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Il-Kummissarju għall-Anzjani rċieva total ta’ sbatax (17) il-ilment minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-Uffiċċju tal-Kummissarju. (13.12.2023).
Dawn l-ilmenti kienu dwar:
KATEGORIJI
Deċizjonijiet dwar dħul f’Dar tal-Anzjani/nuqqas ta' qbil bejn il-persuna anzjana u l-qraba
2
Djar tal-Anzjani
3
Djar tal-Anzjani/allegat abbuż minn carer/s
1
Impjiegi/kuntratt tax-xogħol mhux imġedded lill-persuna anzjana
1
Każijiet Varji/Individwali
2
Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali
1
Kunsilli Lokali/servizzji mhux offruti lill-anzjani mill-Kunsill Lokali
1
Kunsilli Lokali/servizzji offruti lill-anzjani mill-Kunsill Lokali
1
Servizzi Finanzjarji mhux offruti lill-anzjani
1
Servizzi mhux offruti lill-anzjani
1
Sptarijiet tal-Gvern
1
Vjolenza Domestika
2
TOTAL
17
Persuni anzjani residenti fi djar tal-anzjani/nursing homes
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika li turi n-numru ta’ persuni anzjani residenti fi djar tal-anzjani jew f’nursing homes (kemm dawk pubbliċi kif ukoll dawk privati), f’Malta u f’Għawdex, jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul, maqsuma sena b’sena mill-2010 sal-2023?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa pproġettat li jiżdiedu l-postijiet residenzjali għall-anzjani fil-ħames snin li ġejjin?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa stmat li l-Gvern jixtri madwar 200 sodda ġdida fis-sena meta wieħed jikkunsidra wkoll l-imwiet li jkun hemm fid-djar residenzjali għall-anzjani kull sena u ż-żieda fis-sodod ta’ kull sena, flimkien mad-domanda. Però s-sitwazzjoni tiġi evalwata l-ħin kollu sabiex ikun hemm rispons adegwat minnufih jekk ikun hemm xi problema, bħal meta tagħlaq xi dar tal-anzjani. Għalhekk id-dipartiment ikonċernat jimmonitorja kontinwament is-sitwazzjoni.
Faċilità ta’ San Vinċenz de Paul — Ventolin Solution for Nebulization
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13474, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm perjodu fejn il-Ventolin Solution for Nebulization kien out of stock? Jekk iva, jista’ jgħid meta kien dan il-perjodu u jekk huwiex in stock dan il-prodott illum?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm nuqqas temporanju ta’ Salbutamol 5mg/ml respiratory solution (Ventolin Solution for Nebulization). Madankollu hemm stocks fil-pajjiż li qed jiġu distribtwiti. Ta’ min wieħed jinnota li l-mediċini Aminophylline u Ipratroprium Bromide, li huma ta’ klassi differenti però li jintużaw għal skopijiet simili dejjem kienu in stock.
Residenza San Vinċenz de Paul — Problema ta’ internet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12014, jista’ l-Ministru jara li tissolva darba għal dejjem il-problema li teżisti fl-internet fil-blokka f’San Vinċenz de Paul fejn hemm is-swali St. Joseph 7, 8, 10 u 11 u dan peress li sa issa ma sssewwietx il-ħsara li kien hemm?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-problema tas-servizz ta’ internet issolviet u fis-swali msemmija, hemm servizz ta’ internet.
St. Thomas Community Living – Suġġerimenti mir-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-residenti tas-St. Thomas Community Living għandhomx kumitat fejn ikunu jistgħu jagħtu l-kontribut u s-suġġerimenti tagħhom u ta’ sħabhom residenti fit-tmexxija ta’ din id-dar residenzjali?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-djar residenzjali tal-Gvern, kif ukoll djar fejn il-Gvern jixtri sodod, inkluża dik ta’ St.Thomas Community Living, kollha għandhom kumitat magħmul mir-residenti stess fejn jistgħu jagħtu l-kontribut u s-suġġerimenti tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tad-dar fejn ikunu qed jgħixu.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – Positions of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pozizzjonijiet ingaġġati fuq bazi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f’kull każ jgħid:
a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet?
b.Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta?
ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-Deputati tal-Oppożizzjoni li huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess maġġoritarju u ta' kontroll, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn qegħdin iservu u l-kariga li jokkupaw?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13997.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva ma tat xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu matul l-2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tiagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tad-direct orders li ngħataw matul is-sena 2023 u jgħid ukoll l-ammonti mħallsa, is-servizz provdut jew mitlub, u lil min ingħataw dawn id-direct orders?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7775 fejn ġie ċċarat li l-iScooters għall-użu tal-anzjani kienu għaddew għand il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta biex imexxi dan il-proġett, iżda dan kellu jintemm ħesrem minħabba l-COVID, issa li l-COVID għaddiet, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan biex il-kunsill jerġa’ jniedi dan il-proġett biex iżid l-aċċessibiltà għall-anzjani fil-Belt Valletta, u jekk le, x’ser isir jew x’sar minnhom dawn l-iscooters?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7775, ma kienx hemm domanda għas-servizz tal-iscooters b’hekk dan waqaf milli jkompli jopera bħala servizz.
L-iscooters qegħdin fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa għall-użu tal-anzjani residenti tal-istess dar.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li kellhom jiġu minfuqa matul l-2020, 2021 u 2022 u ma ntefqux? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Skema Carer at Home – Evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tagħmilx evalwazzjoni mill-ġdid tal-applikazzjoni għall-Iskema Carer at Home f’każ ta’ tibdil fil-carer? Jista’ jgħid ukoll x’obbligi jeżistu biex jiġi assigurat li l-carer ikun wieħed kwalifikat?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun każ ta’ tibdil ta’ carer ma ssirx evalwazzjoni mill-ġdid tal-applikazzjoni għall-Iskema Carer at Home. Iżda sabiex jiġi assigurat li l-carer ikun wieħed kwalifikat, nitolbu l-kwalifiki tal-carer il-ġdid u f’każ ta’ carer barrani nitolbu wkoll iċ-ċertifikat MQRIC li joħroġ mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni fejn jgħid jekk il kwalifika hijiex rikonoxxuta f’pajjiżna u trid tkun ta’ MQF livell 2 jew aħjar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13568 u jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani fil-Faċilità San Vinċenz de Paul fis-sena 2022 u fis-sena 2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament minn xulxin u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 5 każi rrappurtati bejn l-2022 u l-2023. Wara l-investigazzjonijiet li saru rriżulta li kien hemm każ wieħed biss ikkonfermat fl-2022. Dan sar minn carer tal-kuntrattur fil-konfront ta’ resident. Il-carer telaq minn Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13378 u 13571 u jgħid x'tenders ħarġu mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment jew entità li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħu fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament minn xulxin u jagħti d-dettalji kollha dwarhom? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm tenderers għal kull tender u favur minn ġie aġġudikat kull tender?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed titlob għaliha tkun ippubblikata fil-gazzetta tal-Gvern perjodikament.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13379 u 13572 u jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment jew entità li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħu fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament minn xulxin u jagħti d-dettalji kollha dwarhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed imexxi ċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni b’kollox li jaħdmu f’dan iċ-Ċentru?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentru tat-Taħriġ f’San Vinċenz de Paul, hemm 2 practice nurses li jmexxu d-dipartiment. B’kollox hemm 7 impjegati jaħdmu f’dan iċ-Ċentru.