Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi – Ta’ Brandin – Problema ta’ vultaġġ għoli

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35755, tista’ l-Ministru tgħid meta se tissolva l-problema ta’ vultaġġ għoli fi Triq Ta’ Brandin, is-Siġġiewi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata  li l-problema ssolviet wara li fil-jiem li għaddew saru xogħlijiet fuq l-apparat tas-substation relatat mat-triq indikata.

REWS – Performance Appraisals

Question

Tista’ l-Ministru tispjega l-proċess tal-performance appraisals tal-impjegati tar-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS)? Tista’ tgħid ukoll għaliex waqt l-appraisal ta’ diversi impjegati, apparti l-Head of Unit, kienu wkoll preżenti s-CEO u l-HR, li hija xi ħaġa li ma kinitx prassi fis-snin ta’ qabel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Il-proċess tal-performance appraisals fi ħdan ir-REWS huwa wieħed intern u mmexxi skont il-proċeduri tar-Riżorsi Umani sabiex jiġi żgurat trattament ġust, konsistenti u transparenza tal-proċess.

REWS – Riżenji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm irriżenjaw jew telqu persuni mir-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS), mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Carbon Border Adjustment Mechanism – Importaturi rreġistrati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm importaturi li rreġistraw mal-Awtorità dwar l-Azzjoni Klimatika fil-kuntest tal-Carbon Border Adjustment Mechanism? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew irrappurtati tunnellati ta’ emissjonijiet għall-ewwel tliet xhur ta’ din s-sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li s’issa rreġistraw 73 importatur mal-Awtorità dwar l-Azzjoni Klimatika fir-reġistru tal- Carbon Border Adjustment Mechanism. It-tunnellati ta’ emissjonijiet ser jiġu rappurtati għall-ewwel darba f’Settembru tal-2027 meta l-importaturi stess itellgħu d-dikjarazzjoni ta’ CBAM fuq ir-reġistru, li tkopri l-importazzjonijiet kollha relatati ma’ CBAM għas-sena 2026.

Ir-Rabat, Malta - Triq Ħad-Dingli - Sistema tad-drenaġġ tad-djar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fi Triq Ħad-Dingli, ir-Rabat, Malta, fejn qed isir proġett mill-Ministeru, hux ser isiru konnessjonijiet mas-sistema tad-drenaġġ tad-djar li sa llum għadhom mhumiex konnessi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-proġett jinkludi l-konnessjonijiet neċessarji mad-djar.

EcoHive Complex - Tender CT2231/2024

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35364, tista’ l-Ministru tgħid f’liema sena u xahar ġie kkummissjonat u beda jitħaddem il-kumpless Ecohive relatat mat-tender ‘CT2231/2024 Tender for Rental and operation of treatment unit for leachate generated from Landfills at EcoHive Complex’? Tista’ tgħid ukoll kemm ġie jiswa b’kollox dan il-kumpless?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 35364, nispeċifika li l-unità għat-trattament tal-leachate fil-kumpless Ecohive bdiet topera b’mod regolari fit-2 ta’ Marzu 2026. Infurmata li l-kirja u l-operazzjoni ta’ din l-unità, għal perjodu ta’ 24 xahar, huma ta’ €12 għal kull m³ ta’ leachate trattat (eskluża l-VAT).

Ħal Luqa, Triq il-Gudja - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34932 fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34930, tista’ l-Ministru tgħid f’liema pożizzjoni jinsabu x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa, kemm ser jiġu jiswew u għaliex qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ir-Rabat, Għawdex - Triq Ġorġ Borg Olivier - WSC - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex ser ikunu jikkonsistu x-xogħlijiet kollha li hemm ippjanati li jsiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) f’parti minn Triq Ġorġ Borg Olivier, fir-Rabat, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll kemm ser jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet u meta hu maħsub (xahar u sena) li jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fit-triq indika diġà nbdew u dawn jikkonsistu f’tibdil ta’ katusi tad-drenaġġ, kif ukoll l-installazzjoni ta’ żewġ mejnijiet tal-ilma fuq kull naħa tat-triq, flimkien mal-bdil tal-konnessjonijiet li jidħlu ġewwa d-djar.  L-istima għal dan il-proġett hija ta’ €200,000 filwaqt li l-Ministeru għal Għawdex huwa mistenni li jiffinalizza dan il-proġett permezz tal-bdil tal-wiċċ tat-triq.

Santa Venera - Triq Reġjonali - Tisqif tal-mini - Studji

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji kollha li saru dwar it-tisqif tal-mini ta’ Triq Reġjonali, f’Santa Venera li saru f’din il-leġislatura?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32139.

Ix-Xemxija - Triq Telgħet ix-Xemxija - Xogħlijiet fuq is-sistema tal-ilma tax-xorb

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35171 dwar xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ u fuq is-sistema tal-ilma fi Triq Telgħet ix-Xemxija fix-Xemxija, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) hux ser tkun qiegħda twettaq ukoll xogħlijiet fuq is-sistema tal-ilma tax-xorb għall-istess inħawi, biex is-sistema tiġi upgraded jew mibdula kompletament?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 35171, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kontinwament għaddejja bl-evalwazzjoni u bl-ippjanar tagħha dwar proġetti relatati mal-ilma u d-drenaġġ.

Is-Siġġiewi - Żona ta’ Għar Lapsi - Ħsarat kawża tal-maltemp

Question

Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji dwar ix-xogħol li għaddej fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi biex jitranġaw il-ħsarat ikkawżati mill-maltemp li kien iffaċċja pajjiżna u tagħti timeline f’dan ir-rigward?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ir-Rabat, Għawdex – WSC – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet kollha li saru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq il-Wied fir-Rabat, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet, min kien il-kuntrattur li għamel dawn ix-xogħlijiet u kif intgħażel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li r-responsabbiltà ewlenija ta’ tali proġett kienet f’idejn il-Ministeru għal Għawdex li ħa ħsieb it-tibdil tal-katusi tal-ilma tax-xita li kienu bil-ħsara, kif ukoll irranġa l-livell tat-triq fejn meħtieġ.   Għal dan ix-xogħol ġie ngaġġat Gatt Tarmac Ltd. Ma’ dan ix-xogħol kien hemm ukoll il-bżonn li jinbidlu xi katusi tad-drenaġġ li kienu miksurin, kif ukoll isir tibdil ta’ mejnijiet tal-ilma u servizzi tad-djar.  Għaldaqstant, biex  jitħaffef il-proċess u l-inkonvenjent ikun l-inqas possibbli u mingħajr ħela ta’ riżorsi, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ingaġġat lill-istess kuntrattur għat-twettiq ta’ dawn ix-xogħlijiet. Ix-xogħol tal-Korporazzjoni huwa stmat li jlaħħaq madwar €50,000.

Kuntratt ta’ xiri ta’ gass

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jiskadi l-kuntratt ta’ xiri tal-gass (LNG) li kien sar oriġinarjament mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Tista’ tgħid ukoll sarux arranġamenti għax-xiri tal-gass għal wara li jiskadi dan il-ftehim?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR260639) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ April 2026, wara laqgħa li saret mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) fejn flimkien mal-Prim Ministru tajna preżentazzjoni teknika, u garanzija ta’ serħan il-moħħ mhux biss ta’ stabbiltà fil-prezzijiet imma wkoll ta’ stabbiltà fil-provvistà tal-enerġija.

Ħal Tarxien - Triq Joseph Burlò u Triq Xintill

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’obbligi jkun hemm fuq il-kuntrattur biex it-triq terġa’ tiġi rrestawrata għal stat tajjeb bit-tarmak meta jsiru xogħlijiet ta’ tqattigħ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew mill-Enemalta, hekk kif ir-ritratti annessi juru kif tħallew it-trinek fi Triq Joseph Burlò u fi Triq Xintill, f’Ħal Tarxien?

Response (DALLI, MIRIAM)

Wara li jsiru xogħlijiet ta’ trinek mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew minn Enemalta, dawn jerġgħu jnksew bit-tarmak skont il-kundizzjonijiet maħruġin minn Transport Malta. Infurmata li fir-rigward tat-trinka fi Triq Joseph Burlò din saret b’konnessjoni ma’ xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u għad trid tinkesa bit-tarmak. Fir-rigward tat-trinka indikata mill-Onor. Interpellant fi Triq Xintill infurmata li dik ma tappartjenix għal xogħlijiet ta’ waħda mill-entitajiet rispettivi, għalkemm f’dik it-triq sar intervent separat mill-Enemalta u hemm ukoll għad irid isir l-asfalt.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Marzu 2026?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W528.