Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm kienu l-impjegati (imqassma skont l-azjenda, is-sena, u l-pagi mħallsa lilhom) li tul dawn l-aħħar għaxar snin sad-data li fiha tkun imwieġba d-domanda, ibbenefikaw mill-Fond ta' Garanzija li jitwaqqaf skont artiklu 21 tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, biex iħares lill-ħaddiema minn pagi mhux imħallsa mill-prinċipal tagħhom f'każ ta' falliment?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Fondi mill-Unjoni Ewropea – titjib tal-prodott Malti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-fondi mill-Unjoni Ewropea li suppost kellhom jintużaw biex il-bidwi u r-raħħal Malti jtejjeb il-prodott Malti, minflok il-Gvern użahom biex jagħti l-concrete u t-tarmak lill-mogħdijiet tal-kampanja u l-widien?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-iskema t’għajnuna taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014/2020 li tassisti lill-bdiewa u raħħala jipparteċipaw fi skemi ta’ kwalità ġiet varata f’Mejju 2017. Għalkemm l-iskema baqgħet miftuħa kontinwament f’dawn l-aħħar sentejn u nofs, l-ewwel applikazzjoni (flimkien ma l-informazzjoni kollha meħtieġa) daħlet ftit tal-ġranet ilu. Nifhem li din l-applikazzjoni qed tiġi evalwata skont ir-regoli stabiliti. Tajjeb ngħid ukoll li bħalissa qed jintlaqgħu applikazzjonijiet sat-30 ta’ Jannar 2020.
Dwar it-titjib f’toroq rurali li qed isir bis-saħħa ta’ dan il-Programm tajjeb li wieħed isemmi li t-titjib fit-toroq kienet waħda mill-azzjonijiet previsti mill-bidu tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014/2020. Dawn l-interventi huma ntiżi sabiex il-bdiewa u r-raħħala itejbu l-aċċess għall-egħlieqi u l-irziezet tagħhom u b’hekk itejbu il-kompetitivita’ ta’ l-operat tagħhom.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nefqa fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 7526 fit-XIII il-leġiżlatura għall-perjodu mit-3 ta’ Ġunju 2017 sal-31 ta’ Ottubru 2018.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar in-nefqa f’reklamar fuq is-sit soċjali Facebook għall-perjodu Novembru 2018 sa Ottubru 2019.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — credit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministru m’għandu l-ebda ‘credit card’ maħruġa mill-Gvern ta’ Malta għalih. Hemm ¿ewġ persuni fi ħdan l-entitatijiet li jaqgħu taħt l-imsemmi Ministeru li għandhom credit card maħruġa f'isimhom pero’ tintu¿a biss għall-u¿u tad-dipartiment tagħhom.
L-infieq dejjem sar skont il-parametri stabbiliti ta' kif għandhom jintefqu l-fondi pubbliċi. L-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019 hu kif indikat fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rappreżentanza Permanenti għal Malta f’Brussell – membri tal-istaff
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm telqu membri tal-istaff mir-Rappreżentanza Permanenti għal Malta f'Brussell minn meta beda l-ambaxxatur il-ġdid, minn Ġunju 2018?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li fil-perjodu konċernat
· 18-il persuna rriżenjaw u
· 11-il persuna spiċċalhom il-kuntratt tagħhom.
Koppji tal-istess sess li daħlu f’unjoni ċivili f’Malta
Question
Jistà l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-koppji tal-istess sess li daħlu f’Unjoni Ċivili f’Malta mill-2014 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti li daħlu fl-uffiċċju tal-Konsumatur f'Għawdex matul is-sena 2017 u 2018? Minn dawn l-ilmenti li daħlu f'Għawdex matul is-sena 2017 u 2018 jista' l-Ministru jgħid kemm il-uffiċċju t'Għawdex irnexxielu jasal għal ftehim bejn konsumatur u negozjant wara medjazzjoni? Jista' jgħid kemm kien hemm ilmenti li daħlu fl-uffiċċju tal-Konsumatur f'Għawdex matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2019? Minn dawn l-ilmenti li daħlu f'Għawdex matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2019, jista' jgħid ukoll kemm l-uffiċċju t'Għawdex irnexxielu jasal għal ftehim bejn konsumatur u negozjant wara medjazzjoni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — servizz ta' kumpanija għal microtargeting
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma użat is-servizzi tad-ditta konċernata fil-perjodu msemmi.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2017
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2017?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 ġew reġistrati 22 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 15 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2018
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2018?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 ġew reġistrati 27 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 24 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2019
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li sa Settembru tal-2019 ġew reġistrati 23 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 21 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Kriterji għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li trid tissodisfa Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-kriterji li trid tissodisfa Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg huma dawn li ġejjin :
·Irid jiġi ppubblikat “
Avviż ta' Intenzjoni
” għal jum wieħed biss, f'żewġ gazzetti ta' kuljumdifferenti. Kopja oħra tal-Avviż ta' Intenzjoni” għandha tiġi esposta għall-pubbliku f’post prominenti fejn ser isir in-negozju. L-“Avviż ta' Intenzjoni” irid jiġi espost għal mhux inqas minn wieħed u għoxrin jumqabel ma ssir l-applikazzjoni. L-“Avviż ta' Intenzjoni” għandu jispeċifika l-isem, in-numrutal-karta tal-identità u l-indirizz tal-applikant.
·Jekk l-applikant ikun Kumpanija jew
Joint Venture
irid jinkludi n-Numru/i tal-Kumpanija, l-Isem/Ismijiet tal-Kumpanija, l-indirizz irreġistrat u l-indirizz ta’ minn fejn ser jopera. F’każ ta’ applikazzjoni bħala
Partnership
, ikunu meħtieġa l-ismijiet, in-numri tal-karta tal-identità u l-indirizzi ta’ kull sieħeb kif ukoll l-indirizz tal-post minn fejn ser joperaw l-aġenzija tal-impjieg. Huwa importanti li l-Avviż ta’ Intenzjoni ppublikat jindika li huwa skont it-Taqsima 23 tal-
Att dwar is-Servizzi ta’ Impjieg u Taħriġ
tal-1990 (Att XXVII tal-1990).
L- “
Avviż ta' Intenzjoni
” irid jindika wkoll il-klassi tal-attivitajiet li ser jitwettqu bħal:
• Servizzi ta’ Konsulenza għar-Reklutaġġ;
• Intervisti, għażla u tqegħidtal-kandidati fil-post tax-xogħol;
• Reklutaġġ ta’ persuni barra minn Malta għall-impjieg f'Malta jew fi stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
• Reklutaġġ ta’ persuni f’Malta għal impjieg f’Malta jew fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
• Ħruġ ta' reklami għal postijiet vakanti;
• Żamma ta’ reġistru tal-applikanti li qed ifittxu impjieg.
Il-Persuna Kompetenti (il-persuna li ser tmexxi l-Aġenzija tal-Impieg) għandha:
a) tkun ta’ età ta’ mhux inqas minn ħamsa u għoxrin sena;
b) tkun ta' karattru morali tajjeb; u
c) jkollha mhux inqas minn sitt snin esperjenza f'attività li tinkludi l-ġestjoni tar-riżorsi umani, jew
d) mhux inqas minn tliet snin esperjenza f’attività li tinkludi l-ġestjoni tar-riżorsi umaniu tkun fil-pussess ta' grad universitarju jew diploma f'qasam li fil-fehma tad-Direttur, ikun rilevanti għall-ġestjoni tal-aġenzija tal-impieg jew tan-negozju tal-impjieg.
Min japplika irrid ukoll jagħmel dikjarazzjoni ffirmata minn għand id-Direttur tal-kumpanija li l-uffiċċju li ser topera minnu:
• huwa aċċessibbli għall-persuni bi bżonnijiet speċjali (jekk il-post mhux aċċessibbli, indika fejn ser isirul-intervisti għal dawn il-persuni);
• jinkludi kamra fejn jistennew l-applikanti għall-intervista;
• jinkludi kamra fejn isiru l-intervisti `l bogħod mill-kandidati l-oħra.
(Din id-Dikjarazzjoni trid tinkludi l-firma oriġinali tal-Persuna Kompetenti/Direttur u għandha tinkludi l-Intestatura (Letter Head) tiegħek).
Proċedura użata mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg f’każ ta’ tilwima industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura addottata mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg f’każ ta’ tilwima industrijali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
L-Att Dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jistipula li meta jkun hemm tilwima ta’ xogħol jew ikun hemm il-biża’ ( il-possibiltà) li se jkun hemm tilwima ta’ xogħol, il-partijiet fit-tilwima jistgħu jiftiehmu li jirreferu t-tilwima lid-Direttur Ġenerali jew lil konċiljatur li jista’ jintgħażel jew mill-istess partijiet fit-tilwima, bi ftehim bejniethom; jew, jekk ma jkunx hemm ftehim bħal dan, mid-Direttur Ġenerali minn fost il-Panel ta’ konċiljazzjoni stabbilit bis-saħħa tal-artikolu 68 tal-Att.
L-Att jagħti wkoll il-fakulta biex id-Direttur Ġenerali jew id-delegat tagħha jistieden il-partijiet fit-tilwima biex jattendu għal laqgħat ta’ konċiljazzjoni. Dan qed isir preżentament fil-prattika.
Il-funzjonijiet tal-konċiljatur huma li:
· jikkomunika mal-partijiet fit-tilwima ta’ xogħol minnufih malli tiġi riferita lilhu;
· li jorganizza u jippresjedi laqgħat ta’ konċiljazzjoni bejn il-partijiet kif ikun meħtieġ biex tintemm it-tilwima ta’ xogħol;
· li jikkonsidra r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi tat-tilwima ta’ xogħol;
· li jipprova jwassal għal ftehim bejn il-partijiet kemm jista’ jkun malgħajr;
· li jagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet li l-konċiljatur jidhirlu xierqa biex tintemm it-tilwima ta’ xogħol.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2013?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2013 ġew reġistrati 49 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 38 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2014
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2014 ġew reġistrati 32 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 22 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2015
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2015 ġew reġistrati 35 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 29 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2016
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2016?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2016 ġew reġistrati 26 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 20 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.