Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet - Bordijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim-Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim-Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm għadda fondi pajjiżna u kull xort’oħra ta’ għajnuna umanitarja lill-poplu f’Gaża kemm ilu li qam il-konflitt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa marbuta ma’ bosta inizjattivi ta’ għajnuna diretta lill-poplu Palestinjan f’Gaża, ix-Xatt tal-Punent u lil hinn, minn Ottubru 2023 lil hawn, kienet tammonta ‘l fuq minn 630,000 ewro, kif qed jiġi spjegat hekk kif ġej.
Minn perspettiva ta' assistenza finanzjarja, Malta għenet b'total ta' €415,000 minn Ottubru 2023 'l hawn lil diversi għaqdiet tan-Nazzjonijiet Magħquda u tas-Salib l-Aħmar li qed joperaw f'Gaża. Dan l-ammont kien imqassam b’mod speċifiku għal UNRWA, Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-għajnuna u x-Xogħlijiet fost ir-Refuġjati Palestinjani (€225,000), WFP Il-Programm Dinji tal-Ikel (€25,000), FAO Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (€50,000), ICRC Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (€40,000), World Central Kitchen (€50,000) u l-Għaqda tas-Salib l-Aħmar Eġizzjana (€25,000).
F’koperazzjoni mal-pubbliku, is-settur volontarju, il-Protezzjoni Ċivili, u l-Ministeru tas-Saħħa, Malta organizzat donazzjonijiet ta' mediċina, ikel u affarijiet bżonnjużi oħra, fejn inħarġet spiża ta' €2,323 biex jintbagħat kontejner. Il-mediċina provduta mit-Taqsima Ċentrali ta’ Akkwist u Provvisti tammonta għal €4,653.59.
Barra minn hekk, Malta għenet refuġjati Palestinjani fil-Libanu u fis-Sirja, b’kontribuzzjoni ta’ €175,000 fil-qasam umanitarju lejn għaqdiet tan-Nazzjonijiet Magħquda u s-settur volontarju, fosthom IFRC Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-nofs Qamar l-Aħmar, UNHCR Kummissarjat Għoli tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati, WFP Il-Programm Dinji tal-ikel, OCHA Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji u YMCA L-Għaqda Nisranija tal-Irġiel Żgħażagħ.
Fl-istess waqt, minkejja s-sitwazzjoni ħażina f’Gaża, iddeċidejna li nkomplu noffru għadd ta’ boroż ta’ studju kif nagħmlu kull sena fil-grad ta' Masters, b'għanijiet li jinkludu reżoluzzjoni tal-kunflitti u s-sigurtà fil-Mediterran, għajnuna umanitarja (€54,300), u fid-diplomazija (€30,000). Għas-sena akkademika 2024/2025, dawn jammontaw għal total ta' €84,300. Dawn il-boroż ta’ studju qegħdin jiġu ipprovduti mill- Università ta’ Malta u iffinanzjati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l- Kummerċ.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm għadda fondi pajjiżna u kull xort’oħra ta’ għajnuna umanitarja lill-poplu fl-Ukraina kemm ilu li qam il-konflitt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, Malta rreaġixxiet mill-ewwel billi offriet konsenja ta' mediċini u tagħmir mediku li jiswa €1.4 miljun, li waslet fl-Ukrajna fit-22 ta’ Marzu 2022.
Permezz ta’ fondi umanitarji u ta’ żvilupp, Malta għamlet kontribuzzjonijiet sinifikanti lejn organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Maqgħuda li qed jipprovdu assistenza umanitarja fl-Ukrajna. Lejn it-tmiem tal-2022, Malta xtrat żewġ ġeneraturi li jiswew €52,000 sabiex tappoġġja l-Proġett ta’ Winterization fl-Ukrajna. Barra minn hekk, Malta wieġbet għal diversi appelli umanitarji minn organizzazzjonijiet internazzjonali prestiġġjużi, fosthom aġenziji tan-Nazzjonijiet Maqghuda, biex tgħin lill-Ukrajna u pajjiżi milquta oħra, partikolarment fir-reġjuni ġirien li laqgħu influssi ta’ refuġjati Ukreni ġewwa pajjiżhom.
Bejn Frar u Lulju tas-sena 2023, wara sforz kollaborattiv bejn dawk li kienu, Ministeri responsabbli għas-Saħħa, għall-Intern, għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Malta bagħtet 20 ġeneratur tal-elettriku addizzjonali u ammont sostanzjali ta’ tagħmir mediku lejn l-Ukrajna. Bejn April u Ottubru tal-istess sena, intefqu ‘l fuq minn €196,000 bħalha appoġġ għall-inizjattivi umanitarji ta’ tneħħija tal-mini, li huma kruċjali għall-ħidmiet ta’ rikostruzzjoni. L-għajnuna għadha sejra mill-ewwel ġurnata tal-invażjoni.
Riċentement, f’Ottubru Malta ffirmat ftehim ma’ Project Hope, wara li identifikat klinika fil-Kyiv Oblast li teħtieġ rinnovar immedjat. Project HOPE hija organizzazzjoni globali tas-saħħa u umanitarja b’aktar minn 65 sena esperjenza fit-titjib tas-saħħa u l-benesseri tal-komunitajiet madwar id-dinja. Se nkunu qed ninvestu €75,000 din is-sena. Dan l-impenn juri wkoll appoġġ konkret wara żjara li għamilt fl-Ukrajna aktar kmieni din is-sena, fejn żort waħda mill-iskejjel mibnija mill-ġdid tagħhom.
S’issa b’kollox, Malta kkontribwixxiet €613,814 f’għajnuna finanzjarja umanitarja u €1,905,547 oħra f’għajnuna in-kind, inkluż provvisti mediċi, tagħmir tal-enerġija, u ditekters tal-mini. Dawn il-kontribuzzjonijiet huma immirati sabiex itaffu t-tbatijiet tal-popolazzjoni Ukrena. Malta bi ħsiebha tkompli tindirizza l-konsegwenzi tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna kemm b’mod bilaterali kif ukoll permezz ta’ inizjattivi multilaterali.
Rigward għajnuna li għamilna ġewwa Malta li nista’ nsemmi huma dawn: Malta pprovdiet ukoll kura medika lil 325 ċittadin Ukren li jinsabu f’Malta. Il-valur tal-kura medika li rċevew jammonta għal €86,310.95.
Permezz tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Ogħla u Aktar Avvanzata, Malta neħħiet €1,970 f’miżati tal-MQRIC għal 34 applikant Ukren. Is-Servizzi Nazzjonali ta’ Appoġġ għall-Iskejjel ipprovdew ukoll għajnuna b’materjal edukattiv lil 214 -il student Ukren, biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fl-iskejjel Maltin. Din l-għajnuna kienet tikkonsisti f’uniformijiet, ikel, fotokopji, kartolerija u aċċess għal attivitajiet edukattivi u rikreattivi wara l-iskola. Għas-sena skolastika 2022/2023 din l-għajnuna kienet tammonta għal €179,042. Barra minn hekk, iċ-ċittadini Ukreni li għandhom status ta’ Protezzjoni Temporanja huma eżentati minn miżati internazzjonali meta jkunu rreġistrati studenti barranin f’Istituzzjonijiet Edukattivi tal-Istat, biex b’hekk jiġi żgurat l-aċċess għall-edukazzjoni mingħajr piżijiet finanzjarji.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim-Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx persuni li għandhom 'il fuq minn 65 sena u li jaħdmu fl-entità Trade Malta Ltd., li taqa' taħt il-Ministeru. Fir-rigward tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku, nitolbu jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ attendejt u pparteċipajt fil-laqgħat msemmija hawn taħt:
Lulju 2024 - FAC fi Brussell (ġejt mistieden);
Awwissu 2024 - Gymnich, Brussell (ġejt mistieden);
Settembru 2024 - Attendejt u pparteċipajt fil-FAC VTC Straordinarju;
Settembru 2024 - Attendejt u pparteċipajt fil-FMs informali tal-UE, fil-marġini tal-UNGA fi New York;
Ottubru 2024 – Attendejt u pparteċipajt fil-FAC u anke fil-GAC fil-Lussemburgu;
Ottubru 2024 - Kunsill tal-Affarijiet Barranin Informali fuq Kummerċ f’Budapest, l-Ungerija (ġejt mistieden);
Novembru 2024 – Se nattendi l-FAC fi Brussell, waqt li l-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni se jattendi l-GAC fi Brussell;
Novembru 2024 - Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq Kummerċ fi Brussell (ġejt mistieden);
Diċembru 2024 – Se nattendi u se nipparteċipa fl-FAC u ġejt mistieden għall-GAC fi Brussell;
Diċembru 2024 – Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq Żvilupp (ġejt mistieden).
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna matul is-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna fl-istess sena?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna fl-istess perjodu?
Direttorat tal-Protokol — Bastimenti militari - Talbiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu fil-portijiet ta’ pajjiżna matul is-sena 2021?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni sa mill-2004, hi kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Permessi Diplomatiċi – Bastimenti Militari jew Statali
SenaTotal
200473
200560
200667
200753
200859
200947
201037
2011119
201245
201373
201458
201592
2016133
201799
201867
201953
202026
202115
202247
202364
2024 (sal-aħħar ta’ Ottubru)45
Direttorat tal-Protokol — Bastimenti militari - Talbiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu fil-portijiet ta’ pajjiżna matul is-sena 2022?
Direttorat tal-Protokol — Bastimenti militari - talbiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu fil-portijiet ta’ pajjiżna matul is-sena 2023?
Direttorat tal-Protokol — Bastimenti militari - Talbiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu fil-portijiet ta’ pajjiżna matul is-sena 2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna matul is-sena 2021? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna fl-istess sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni sa mill-2005, hi kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Permessi Diplomatiċi – Ajruplani Militari jew Statali
SenaSpazju tal-AjruInżul
2005388158
2006284134
2007279125
2008421186
2009297110
2010347203
2011348323
2012449210
2013455194
2014464207
2015417267
2016430209
2017350275
2018344104
2019358126
2020297122
2021368152
2022441189
2023367223
2024 (sal-aħħar ta’ Ottubru)350161
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna matul is-sena 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna fl-istess sena?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22075.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti:
a. L-isem l-attivita;
b. L-iskop tal-attività;
c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.);
d. Id-Data tal-attività;
e. Il-post fejn saret;
f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u
g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?
Response (BORG, IAN)
Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.