Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gazzetta tal-Gvern - Explanatory notes

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29985, waqt li wieħed japprezza l-ħtieġa tal-explanatory notes, jista’ l-Ministru jqis li huwa iktar prattiku li l-explanatory notes isegwu direttament il-liġi li huma qed jispjegaw milli jiġu ppubblikati separatament f’xi ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern lil hinn mil-liġi kkonċernata, dan kif wara kollox hi wkoll il-prassi segwita f’diversi pajjiżi oħra, fejn l-explanatory notes anke jekk mhux parti mil-liġi, huma magħmula direttament wara l-liġi li allura qed ifissru?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-Noti ta’ Spjegazzjoni ma għandhomx jiġu ppubblikati wara l-leġiżlazzjoni kif qed jiġi suġġerit, peress l-imsemmija Noti ma jifformax parti mil-liġi u għalhekk ma għandhomx il-forza tal-liġi. Għaldaqstant, huwa idoneju li jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern separatament, del resto kif qed isir, fit-taqsima li tinkorpora l-Avviżi tal-Gvern lill-pubbliku inġenerali, fl-istess ġurnata li tiġi ppubblikata l-leġiżlazzjoni li jkunu qed jispjegaw u jirreferu għaliha. Inoltre, l-imsemmija Noti jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern mal-Avviżi tal-Gvern lill-pubbliku u mhux fis-Suppliment tal-Gazzetta li hu intiż esklużivament għall-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni primarja u sekondarja. B’hekk qed jiġi sodisfatt l-element ta’ pubbliċità fir-rigward tan-negozji li jridu jaġġustaw għar-rikjesti l-ġodda tal-leġiżlazzjoni li se tidħol fis-seħħ, kif ukoll għaċ-ċittadini li se jiġu affettwati bl-istess leġiżlazzjoni.

Membri tal-Ġudikatura – Staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm staff complement ma’ kull membru tal-ġudikatura?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi staff complement ma’ kull membru tal-ġudikatura hemm 6, li jikkonsistu f’ deputat reġistratur, skrivan, messaġġier, xufier u judicial assistant u court attorney.

Court Attorneys – Kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34190 u 35227 u jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom jintgħażlu, jinħatru, jiġu assenjati u jitneħħew mill-kariga l-Court Attorneys? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ impjieg ta’ Court Attorney?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Court Attorneys

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34191 u 35224 u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-irwol ta’ Court Attorney, li issa ilu ’l fuq minn għaxar snin li ġie introdott fis-sistema ġudizzjarja tagħna u m’għadux aktar esperiment: i.    jiddaħħal u jiġi stabbilit b’mod konkret fil-liġi biex b’hekk jiġu regolarizzati fil-liġi tagħna l-funzjonijiet, il-ħatra u t-tneħħija mill-kariga tal-Court Attorneys u jekk iva, meta; u ii.    li l-Court Attorneys jingħataw kuntratt ta’ servizz għal żmien indefinit wara li jkunu għamlu erba’ snin fl-impjieg tagħhom, hekk kif kien ġie propost fil-Miżura 56 tar-Rapport tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja (Novembru 2013), minflok il-kuntratt ta’ servizz definit għal tliet snin b’raġuni oġġettiva, illi qegħdin jingħataw bħalissa u jekk iva, meta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Court Attorneys

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34189 u 35228 u jagħti lista ta’ dawk il-persuni li bħalissa qegħdin jaqdu dmirijiethom fil-kariga ta’ Court Attorney fejn jindika wkoll ma’ liema ġudikanti jinsabu assenjati dawn il-Court Attorneys?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ġudikanti – Servizz ta’ Court Attorney

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34188 u 35232 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li bħalissa qegħdin jinqdew bis-servizzi ta’ Court Attorney u kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li fil-preżent m’għandhomx Court Attorney assenjat magħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Att kontra Money Laundering – Profil ta’ persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xejriet ġodda fil-profil tal-persuni akkużati taħt l-Att dwar Money Laundering, Kap. 373 li huma ta’ tħassib għall-awtoritajiet fiskali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – asset recovery orders u freezing orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ każijiet fejn ġew infurzati asset recovery orders jew freezing orders fil-każijiet ta’ ħasil ta’ flus?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f' xi seduta oħra.

Money Laundering – Persuni taħt inkjesti maġisterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika dwar in-numru ta’ akkużati li kienu wkoll taħt inkjesti maġisterjali relatati ma’ każi ta’ ħasil ta’ flus?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma tistax tagħti din it-tip ta’ informazzjoni si come inkjesti huma sigrieti.

Money Laundering – Predicate Offences – Skemi u riformi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx introdotti skemi jew riformi fiskali biex ir-riskju li l-offiżi fiskali jsiru predicate offences għall-ħasil ta’ flus, jitnaqqas?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Impatt finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx valutazzjoni dwar l-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija minn reati relatati ma’ ħasil ta’ flus identifikati fl-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi - Nuqqasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx osservati nuqqasijiet jew sfidi fir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi (STRs) li affettwaw il-progress tal-każijiet ta’ ħasil ta’flus?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Investigazzjonijiet u kollaborazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet tal-Istat (bħal CFR, FIAU, Pulizija, MFSA, Dwana), kienu involuti f’investigazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus, u kemm-il darba saret kollaborazzjoni inter-dipartimentali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Setturi b’riskju għoli ta’ ħasil ta’ flus – Miżuri ta’ monitoraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx identifikati setturi b’riskju għoli ta’ ħasil ta’ flus li għalihom ġew introdotti miżuri ta’ monitoraġġ aktar stretti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Att kontra Money Laundering – Analiżi u rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux analiżi jew rapporti li juru l-konformità tal-investigazzjonijiet u proċeduri taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 mar-rekwiżiti tal-MONEYVAL jew l-FATF?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.