Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta maġisterjali dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta’ toroq f'Għawdex ġietx konkluża? Jekk ġiet konkluża x'passi ttieħdu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Inkjesti Maġisterjali huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali u għalhekk il-mistoqsijiet magħmula ma jistgħux jiġu mwieġba
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax assolutament jeskludi li s-CCTV cameras li hemm fil-bini tal-Qorti, jew uħud minnhom, għandhomx il-kapaċità li jaqbdu jew jirrekordjaw il-ħsejjes jew ilħna li jitlissnu fil-viċin tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li CCTV cameras li hemm fil-bini tal-Qorti, m’għandhomx il-kapaċità li jaqbdu jew jirrekordjaw il-ħsejjes jew ilħna li jitlissnu fil-viċin tagħhom.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — Infiq fuq materjal ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Jannar 2022.
Jista’ l-Ministru jgħid a bazi ta’ liema artikolu tal-liġi jirriżulta li ħatra ta’ maġistrat sedenti – a distinzjoni ta’ persuna li tkun ex-Imħallef jew ex-maġistrat bħala president tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva - trid tkun ta’ erba’ snin?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Art. 8(3) tal-Kap 490, President tat-Tribunal, meta jkun ex-Imħallef jew ex-Maġistrat, għandu jiġi maħtur għal perjodu ta’ erba’ snin u għandu jispiċċa minn din il-kariga meta jiskadi l-perjodu ta’ dik il-kariga. F’ kaz ta’ Maġistrat jew Imħallef sedenti li jokkupa dil-kariga m’hemmx zmien stipulat fil-liġi, u ghalekk din il-kariga tinbidel mill-President ta’ Malta, li jaggixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru.
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u Qorti tal-Maġistrati – ittri uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati s-sena li għaddiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Jannar 2022.
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u Qorti tal-Maġistrati – ittri uffiċjali 166A
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali 166A fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati s-sena li għaddiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Jannar 2022.
Suwiċidju — persuni li tressqu l-Qorti fuq inċitament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-Qorti jew inħarġu akkużi kontrihom mill-Avukat Ġenerali in konnessjoni ma’ inċitament biex persuna twettaq suwiċidju mill-1 ta’ Novembru, 2021 sal-lum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru għall-fatt illi l-mod kif l-interpellanza hija ffukata fuq ¿mien partikolari, u għalhekk fuq incident magħruf, jista’ jiftiehem bħala li qed jimplkia akku¿a personali kontra persuna partikolari jew li kien hemm xi ħadd li jmissu tressaq il-Qorti u ma tressaqx abbazi ta’ xi nuqqas tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għalhekk l-interpellanza kif redatta tista, għall-inqas in kwantu tirreferi għal individwi privati, tmur kontra r-regola li hemm fl-Ordni Permanenti tal-Kamra 27(8) in kwantu timplika akku¿a personali kontra persuna jew persuni li ma humhiex f’ kariga pubblika.
Niġbed ukoll l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru illi għad illi l-fatt illi persuna tkun tressqet il-Qorti huwa wieħed pubbliku, x-xogħol preparatorju u d-deċi¿joni dwar jekk persuni għandhomx jitressqu la huma pubbliċi u lanqas ma huma affarijiet li jidħol fihom il-Ministeru.
Biss għall-informazzjoni ġenerali tal-Onorevoli Membru, u mingħajr ma nidħol fil-fatti partikolari ta’ xi ka¿ jew nesprimi ruħi dwar jekk xi persuna tressqitx jew kellhiex jew għandhiex titressaq quddiem il-Qorti, ninforma lill-Onorevoli Membru illi r-reat kontemplat fl-artikolu 213 tal-Kodiċi Kriminali ma jiddependix biss mill-element tal-istigazzjoni tas-suiċidju izda fiħ elementi kostituttivi oħrajn ukoll.
Ma nħossx li jkun prudenti fiċ-ċirkostanzi li nelabora i¿jed u dan b’ rispett sħiħ għall-indipendenza tad-deċi¿jonijiet tal-prosekuzzjoni li jittieħdu abbazi ta’ fatti speċifiċi li ma jkunux a konoxxenza tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlet l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati, kemm hu twil it-terminu tagħha u kemm hu s-salarju tagħha? Jista' jgħid jekk is-sejħa għall-applikazzjonijiet kenitx ristretta għall-Aġenzija u għala kienet hekk ristretta? Jista' iqiegħed kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-Avvi¿ Legali 197 tal-2019 li permezz tiegħu ġiet mwaqqfa l-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati hija prerogattiva tal-Ministru tal-Ġustizzja li jaħtar l-Uffiċjal Eżekuttiv tal-Aġenzija. Din il-kariga teżiġi li l-individwu li jokkupaha jkollu l-esperjenza u l-ħiliet neċessarji sabiex ikun jistà jaqdi bl-aħjar mod possibli dmirijiet f’din il-kariga. Għaldaqstant nħossu li l-għażla tal-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni kienet waħda idonea għal din il-kariga minħabba l-esperjenza li hi diġa kella fil-Qrati tal-Ġustizzja fejn hi serviet għal żmien twil f’diversi pożizzjonijiet fosthom dawk ta’ reġistratur u direttur. Din l-aħħar sena hi xhieda ta dan u x-xogħol li sar jitkellem waħdu.
Qed inpoġġi hawn taħt il-pakkett finanzjarju marbut ma’ din il-pożizzjoni.
Salarju annwali ta’ €50,000
Provvista ta’ karozza jew transport allowance ta’ €4,658 per annum
Communication Allowance ta’ €1,880 per annum
Expense Allowance ta’ €2,500 per annum
Responsibility Allowance ta’ €4,000 per annum
Dan il-kuntratt huwa validu għal 3 snin.
Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati – Deputat Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlet id-Deputat Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati, kemm hu twil it-terminu tagħha u kemm hu s-salarju tagħha? Jista' jgħid jekk is-sejħa għall-applikazzjonijiet kenitx ristretta għall-Aġenzija u għala, fil-każ, kienet hekk ristretta? Jista' jispjega għala nħasset il-ħtieġa li tinħatar Deputat Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni fl-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti? Jista' jqiegħed kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għażla tad-Deputat Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati saret mill-Ministru tal-Ġustizzja. Din l-għażla saret abbażi tal-fatt li d-Deputat Uffiċjal E¿ekuttiv Ewlieni magħżula nstabet idonea għal din il-po¿izzjoni minħabba l-esperjenza li hi għandha fil-qasam tal-ġustizzja. Inħass l-ħtieġa li jiġi appuntat Deputat Uffiċjal Eżekkuttiv Ewlieni minħabba l-importanza li għandha l-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati kif ukoll l-firxa wiesgħa ta’ dmirijiet u repsonsabilitajiet li għandha l-istess entità.
Qed inpoġġi hawn taħt il-pakkett finanzjarju marbut ma’ din il-pożizzjoni.
Salarju marbut ma’ Skala 3 tas-Servizz Pubbliku
Performance bonus sa massimu ta’ 15%
Transport allowance ta’ €4,658 per annum
Communication allowance ta’ €1,600 per annum
Expense allowance ta’ €1,630 per annum
Responsibility allowance ta’ €2,500 per annum
Dan il-kuntratt huwa validu għal 3 snin.
Amministrazzjoni tal-Qorti – Infiq ta’ flus fl-akkomodazzjoni ta’ Membri tal-Ġudikatura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-amministrazzjoni tal-Qorti kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, sena b'sena, fl-akkomodazzjoni ta' membri tal-ġudikatura mis-sena 2010 sas-sena 2021?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara għal liema akkomodazzjoni qed jirreferi.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €1,100 (VAT eskluża).
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul Jannar 2022 ma ingħatawx direct orders mill-Ministeru kkonċernat.
Armi tan-nar — permessi To Keep - trasferiment ta' armi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24218 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma lill-Kamra x'inhi l-proċedura meta persuna tiġi nieqsa u l-permessi To Keep ta' armi tan-nar u jgħaddu għand l-armla mingħajr il-bżonn li l-armi tan-nar joħorgu mir-residenza ta' fejn ikunu jinżammu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix differenza fil-proċedura bejn:
a) meta l-koppja miżżewġa u li għandha t-tfal, ikollha testment fejn il-konjuġi jkunu eredi universali ta' xulxin u
b) meta l-koppja miżżewġa u li għandha t-tfal ma jkollhomx testment bejniethom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nattira l-attenzjoni tal- Onorevoli Membru ghall-Ordni Permanenti 27(5) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra li bih ma jistgħux isiru domandi li jfittxu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet legali astratti. Madankollu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fatti li hemm referenza għalihom fid-domanda tagħha huma irregolati mill-Art 42 tal-Kapitlu 480 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24219 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma x'għandu jsir bejn il-konjuġi waqt li għadhom ħajjin, biex il-mara tkun tista' tibqa’ żżomm l-armi ta' żewġha u ma jinqalgħux problemi wara l-mewt tal-holder tal-liċenzja To Keep?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nattira l-attenzjoni tal- Onorevoli Membru ghall-Ordni Permanenti 27(5) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra li bih ma jistgħux isiru domandi li jfittxu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet legali astratti. Madankollu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fatti li hemm referenza għalihom fid-domanda tagħha huma irregolati mill-Art 42 tal-Kapitlu 480 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — organogramma
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ tmienja, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal ħdax.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23127 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 15867. Għall-informazzjoni wara l-24 ta’ Settembru 2020 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni hekk kif miġbura sad-data li saret din il-mistoqsija parlamentari.
Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja – investigazzjoni fuq membru tal-Ġudikatura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta’ Januar 2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja qatt kenitx mitluba tinvestiga, jew daħalx rapport quddiemha wara l-1 ta’ Jannar 2019 dwar jekk qattx kien hemm membru tal-Ġudikatura li seta’ ikkomunika sentenza jew digriet tiegħu lil terzi b’mod privat u qabel ma ġiet ippromulgata minnu s-sentenza jew digriet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja hija Korp Kostituzzjonali u għalhekk din il-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba mill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja.
Avukat Ġenerali – Akkuża ta’ tentattiv ta’ omiċidju volontarju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux aċċettabbli għalih li l-Avukat Ġenerali twaqqa’ akkuża ta’ tentattiv ta’ omiċidju volontarju fejn ikunu ġew sparati iktar minn 60 tir minn kriminali fid-direzzjoni tal-Pulizija waqt hold-up?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa Istituzzjoni li tgawdi Indipendenza fuq livell Kostituzzjonali u ma hija soġġetta għad-direzzjoni jew kontroll ta’ ebda persuna jew awtorità oħra. Dan huwa ukoll in konformita mal-prinċipji u l-ħtiġijiet tal-Istat tad-Dritt.
B’ differenza mas-sitwazzjoni fejn tingħata Maħfra Presidenzjali, l-Eżekuttiv ma jiffigura bl-ebda mod fil-patteġġjament ta’ proċessi kriminali u dan ukoll in konformita mal-indipendenza tal-prosekuzzjonijiet fis-sistema legali u kostituzzjonali ta’ Malta.
M’ hijiex il-funzjoni tal-Ministru li jintrometti ruħu fid-deċiżjonijiet indipendenti tal-Avukat Ġenerali fl-eżerċizzju tad-diskrezjoni tagħha dwar il-patteġġjamenti.
L-Eżekuttiv huwa biss tenut li jirrispetta l-indipendenza tal-istituzzjonijiiiet u dan ukoll billi jkompli jsaħħaħhom billi jinvesti fihom u jagħtihom l-mezzi biex jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod ġust u effettiv.
Il-Gvern huwa impenjat fi process kontinwu u bla precedent biex dejjem isaħħaħ l-istituzzjonijiet.
Electrogas — Avukat Ġenerali – talba lill-Gvern Amerikan rigward significant corruption ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta l-Avukat Ġenerali għamlet talbet lill-Gvern Amerikan biex tingħata l-informazzjoni li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan għandu dwar “significant corruption” tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fil-proġett tal-Electrogas li wasslet biex dawn iż-żewġ esponenti tal-Gvern Laburista jiġu mniżżla fi travel ban ix-xahar li għadda? Jekk le, għaliex ma għamlitx din it-talba?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritajiet kompetenti jagħmlu xogħolhom b'mod awtonomu.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni miġbura sas-17 ta’ Jannar 2022, l-ebda’ dipartiment, entita’ jew aġenzija li jiffurmaw parti mill-Ministeru tiegħi ma provdew kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew beneffiċċji oħra lill-fondazzjonijiet msemmija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament.