Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCCAA – każijiet ta’ ksur tad-dispożizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ u f’liema setturi ħa passi d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir-rigward ta’ xi allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima VIII tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur mill-2015 sal-lum maqsuma sena b’sena? F’kull każ, fiex kienu jikkonsistu l-miżuri meħuda u x’kien l-eżitu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Għawdex — kunsilli lokali - allokazzjoni diretta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun l-allokazzjoni diretta lil kull Kunsill Lokali f'Għawdex għas-sena 2020 u kemm kienet l-allokazzjoni diretta fis-sena 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Assenteiżmu: Debt Collection

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9342, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-eżerċizzju ta’ debt collection? Kemm kienu dawk il-ġenituri li ħallsu l-multi f’dawn l-aħħar tliet snin wara li rċevew l-ittra legali? X’isir jekk il-ġenituri jibqgħu ma jħallsux il-multa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

MCCAA – Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) – klawsoli meqjusa inġusti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11954, fejn il-Ministru wieġeb li fl-2018 kien hemm żewġ interventi fejn id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), ħa passi biex jitwarrbu jew jinbidlu klawsoli meqjusa inġusti (unfair contract terms), jista’ l-Ministru jgħid dwar liema settur jittratta l-każ li għadu pendenti u x’inhi r-raġuni għalfejn għadu pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

MCCAA – Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) – klawsoli meqjusa inġusti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11954, fil-każijiet li ġew riżolti permezz ta’ konformità volontarja, jista’ l-Ministru jgħid jekk b’mod elettroniku fuq il-website tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) il-pubbliku jkunx jista’ jaċċedi u jara fiex kienet tikkonsisti f’kull każ il-konformità volontarja mogħtija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Sistema tas-Sentencing Guidelines

Question

Jista’ l-Ministru jara li fil-proġett il-ġdid li se jitwettaq għal aktar effiċjenza fis-sistema ġudizzjarja, tiddaħħal is-sistema tas-Sentencing Guidelines kif għandhom pajjiżi oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Marsaskala: Żoni għall-parkeġġ pubbliku

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11945, jista’ l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jgħid jekk identifikax siti f’din il-lokalità sabiex jiġu utilizzati għall-parkeġġ pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu

Il-Fgura – Triq Wied Blandun – tisbiħ u rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-Ministeru tiegħu tul is-sena li ġejja sabiex jkun hemm tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn Triq Wied Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi preċedenti tal-baġit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-Direttorat tar-Restawr se jkun qed jikkontribwixxi lejn ir-rijabilitazzjoni tal-imsemmija żona permezz ta’ xogħol ta’ restawr tal-Bastjun ta’ San Ġwann, li jifforma parti mis-swar tal-Kottonera, u li huwa ippjanat li jibda għal nofs l-2020. Se jkun qed isir ukoll ir-restawr tas-Sur biswit il-Bastjun, u cioe’ is-Sur ta’ San Ġwann, li huwa ippjanat li jibda aktar tard fis-sena. Iż-żewġ proġetti mistennija li jieħdu sal-2021 biex jitwettqu. Intant minn naħa tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzzjoni ser jsiru interventi ta’ tindif kull meta jkun hemm il-bżonn.

Miżuri għall-konformità ma’ Regolament UE 2016/1191 tal-Parlament Ewropew

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8625, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pożizzjoni nbidletx u jinforma għalhekk x'miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma' Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur — entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista bl-ismijiet tal-entitajiet kollha f’Malta li huma meqjusa bħala entitajiet kwalifikati għall-finijiet tal-artikolu 2 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur tal-Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – ħlas lil Infrastructure Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12157 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għaddha lil Infrastructure Malta bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Mejju 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat milll-Kunsill Lokali ta’ San Pawl li għaddha € 500,000 lill-Infrastructure Malta bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Mejju 2019. Dawn il-fondi ntużaw minn Infrastructure Malta sabiex wettqet tiswijiet estensivi f’għadd ta’ toroq residenzjali fl-istess lokalità.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – ħlas lill-Foundation for Tourism Zones Development

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12158 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għaddha lill-FTZD (Foundation for Tourism Zones Development) bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Mejju 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – ħlas lill-Cleaning and Maintenance Division

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12159 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għadda lill-Cleaning and Maintenance Division bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u t-30 ta’ Mejju 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11990 u jgħid, xahar b'xahar, min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Maġistrat li rtira — kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinħatar ġudikant biex jieħu l-kawżi li kellu l-Maġistrat wara li dan irtira bl-età u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li żamm l-aħħar seduta tiegħu fil-25 ta' Ottubru 2019? Jista' jgħid kemm-il kawża li kienet taħt dan il-Maġistrat ġiet differita bla ma sar xejn u bla ebda data għal meta ser terġa’ tinstema’ sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

L-Għarb Għawdex – Triq il-Madonna tal-Virtut — asfalt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għalfejn Triq il-Madonna tal-Virtut fl-Għarb Għawdex ilha iktar minn sena b'kisja waħda ta' asfalt u hemm it-tappieri kollha tad-drenaġġ għoljin iktar mill-ewwel kisja tarmak u huma ta' periklu kbir għas-sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq? Jista’ jgħid f’liema xahar u sena hi ppjanata li ssir it-tieni kisja tarmak?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Għarb li f’din it-triq imsemmija kien beda x-xogħol fuqha i¿da minħabba l-kundizzjoni tat-temp dan ma setax jitkompla. Għaldaqstant din ser tkun tista’ titkompla hekk kif it-temp jippermetti.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.