Qorti tal-Appell Sede Superjuri u Qorti Kostituzzjonali — Appelli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati appelli quddiem il-Qorti tal-Appell Sede Superjuri u l-Qorti Kostituzzjonali matul l-2021, l-2022 u l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-7 ta’ Diċembru 2023.
Sena
Qorti tal-Appell Superjuri
Qorti Kostituzzjonali
2021
346
95
2022
391
220
Sas-7 ta’ Diċembru 2023
417
203
Ministeru għall-Ġustizzja — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat – kundizzjonijiet tal-avukati u prokuraturi legali
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 8957 u 11573, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim kollettiv fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat huwiex konkluż jew le?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Bi pjaċir ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-taħdidiet waslu fi stadju matur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili minn meta ġiet introdotta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija maqsuma sena b’sena u b’kemm ġew reżi eżegwibbli?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali li jrendu eżegwibbli kambjali minn meta ġiet introdotta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari possibilment maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-7 ta’ Diċembru 2023.
SenaQrati ta’ MaltaQrati ta’ Għawdex
20043820
20055923
20062924
200728312
20082326
200924710
201025313
201116214
20121294
20132204
20141643
2015972
2016733
20171074
20181866
20191211
20203292
20216308
20223206
Sas-7 ta’ Diċembru 2023845
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati talbiet għall-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja minn Diċembru 2003 possibilment sena b’sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura minn Diċembru 2003 sas-7 ta’ Diċembru 2023.
SenaQrati ta’ MaltaQrati ta’ Għawdex
200352
2004103496
200587893
200696992
200796368
2008112592
20091158105
20101237109
2011129285
20121271105
2013144294
20141463109
20151452111
20161512128
20171527116
20181659105
20191689113
2020133388
2021141093
20221770103
2023136379
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kompilazzjonijiet pendenti matul is-sena 2022 marbuta ma’ kawżi ta’ traffikar ta’ droga?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm tliet mija u tmien (308) kumpilazzjonijiet pendenti marbuta ma’ kawżi ta’ traffikar ta’ droga fil-Qrati ta’ Malta u erbgħa u għoxrin (24) kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qrati ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f’kull każ jgħid:
a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet?
b.Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta?
ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r raġuni li għaliha fil-kurituri fis-sular ta' fuq tal-Qorti, twaħħlu travi mal-ħitan, li jidher li ser jintużaw biex jitqegħdu soqfa ġodda fil-livell tat-travi? Jista’ jgħid ukoll x’wassal biex jitqiegħdu dawn it-travi, u wkoll dwar l-użu li mistenni jsir mill ispazji ġodda, peress li jidher li dawn l-ispazji ser ikunu ferm iktar baxxi milli mdorrijin bihom fl-awli tal-Qrati Maltin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat illi x-xogħol li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa intiż sabiex jiġi miżjud livell ieħor f’din il-parti tal-Qorti u jiġu utilizzati spazji li sal-lum minħabba nuqqas ta’ aċċessibiltà ma jistgħux jintużaw.
L-ispazji ġodda se jiġu kkonvertiti f’Awla ġdida li fost l-oħrajn tista’ tintuża bħala Awla għall-Ġurijiet kif ukoll numru ta’ uffiċini għall-użu tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati. Ittieħed inkonsiderazzjoni l-għoli tal-ispazji ġodda liema għoli se jkun bħal dawk ta’ Awli u uffiċini diġà eżistenti fil-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienu l-attivitajiet li l-Judicial Studies Committee organizza bejn Mejju u Lulju 2023 għall-Membri tal-Ġudikatura, inkluż il-ħarġa li kellhom f'Ġunju 2023?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex titwettaq il-wegħda li jkun hemm Lawyers’ Act?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward tal-Lawyers’ Act hemm proċess għaddej b’diskussjonijiet ma’ numru ta’ stakeholders, prinċipalament il-Kamra tal-Avukati. F’dan ir-rigward, il-Ministeru jrid jirriassumi d-diskussjonijiet mal-Kumitat il-ġdid tal-Kamra tal-Avukati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ikkomunikax mal-Kamra tal-Avukati l-pjan tiegħu li diversi Qrati (bħall-Qorti Kummerċjali) ikunu f’bini lil hinn mill-Belt Valletta u jekk iva, jista’ jagħti indikazzjoni tal-lokalitajiet identifikati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji dwar il-Qorti Kummerċjali u l-binja ser jitħabbru fil-mument opportun. Niċċara però li rigward il-binja tal-Qorti Kummerċjali qatt ma ntqal li din ser tkun lil hinn mill-Belt Valletta, kif timplika l-istess mistoqsija. Il-Ministeru jżomm djalogu miftuħ mal-istakeholders kollha fis-settur.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10762, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, u jgħid kemm kienet il-piena ta’ priġunerija għal nisa li nstabu ħatja ta’ prostituzzjoni u tlajjar rispettivament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din l-istatistika minħabba li dawn huma kawżi tad-distrett.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-Deputati tal-Oppożizzjoni li huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess maġġoritarju u ta' kontroll, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn qegħdin iservu u l-kariga li jokkupaw?
Ministeru għall-Ġustizzja — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din l-leġiżlatura sal-20 ta’ Novembru 2023 l-ebda entità li tagħmel parti mid-dekasteru tiegħi ma tat xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Ministeru għall-Ġustizzja — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu matul l-2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2017 ’l hawn kemm kien hemm każijiet fejn sewwieqa nstabu li kienu qegħdin isuqu taħt l-influwenza tad-droga? Jista’ jgħid ukoll x’kienet il-proċedura osservata biex instab li dawn kienu taħt l-influwenza tad-droga?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kawżi msemmijin fil-mistoqsija huma ta’ natura sommarja, u għalhekk l-Aġenzija ma żżommx statistika fuq dawn it-tip ta’ kawżi.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tad-direct orders li ngħataw matul is-sena 2023 u jgħid ukoll l-ammonti mħallsa, is-servizz provdut jew mitlub, u lil min ingħataw dawn id-direct orders?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – Każijiet Pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11294 u 12948 u jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni sal-aħħar tas-sena 2022?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li sal-aħħar tal-2022 kien hemm tlett każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.