Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta' inqas minn €2,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 2372

Benesseri tal-popolazzjoni Maltija - Kumitati inter-ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqfux kumitati inter-ministerjali biex tiġi indirizzata l-benesseri tal-popolazzjoni Maltija? Jekk iva, meta bdew jiffunzjonaw u kemm-il darba ltaqgħu s’issa?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nirreferi lil Onor. Interpellanta għall-Mistoqsija Parlamentari 2226

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2026?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Persuni b’diżabilità impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 1231

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi r-risposta hija fin-negattiv

Baġit 2027 – Rendikont tal-attivitajiet, inizjattivi, proġetti u skemi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-attivitajiet, inizjattivi, proġetti u skemi li huma ppjanati li jiġu ffinanzjati taħt kull waħda minn dawn il-Line Items tal-Baġit 2027 tal-Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali: i.     5185 – Youth Activities; ii.    5483 – Youths’ National Programme; iii.   5566 – Youth Special Training Scheme; iv.   5631 – Band Music Traineeship Scheme; v.    5673 – Youth Organisation Projects; u vi.   5674 – Youth App? Għal kull line item, jista’ wkoll jipprovdi: i.    deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet u l-inizjattivi li hemm il-ħsieb li jitwettqu; ii.   il-gruppi ta’ żgħażagħ li għalihom huma mmirati dawn l-attivitajiet u l-inizjattivi, kif ukoll il-kriterji li ntużaw biex jintgħażlu dawn il-gruppi; u iii.   r-riżultati konkreti mistennija minn kull attività jew inizjattiva?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-estimi finanzjarji marbuta mal-Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali se jiġu diskussi fl-10 ta' Novembru 2026, hekk kif stipulat fil-Mozzjoni nru 70, Mozzjoni ta' Proċedura li tirregola s-seduti konnessi mal-Estimi Ġenerali, diskussa fis-Seduta Nru 25, nhar it-Tlieta, 20 Ottubru 2026.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Proprjetajiet mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-dekasteru li jien responsabbli minnu hemm żewġ proprjetajiet li huma b’kirja mingħand il-Gvern, inkluż il-binja tal-Ministeru u proprjeta’ waħda li hija b’kirja mingħand il-Knisja.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 702 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 975.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, flimkien mal–aġenzija, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom. Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nirreferi lil-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037.

Programm elettorali – Implimentazzjonijiet tal-miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jispeċifika l-kriterji li jintużaw biex miżura tal-programm elettorali tiġi kklassifikata bħala implimentata, u jgħid min huwa responsabbli biex jivverifika li dawn il-kriterji jkunu ntlaħqu? Jista’ jgħid ukoll liema dokumentazzjoni tintalab bħala prova tal-implimentazzjoni, kemm-il darba jitħejjew rapporti ta’ progress, lil min jiġu ppreżentati u jekk dawn ir-rapporti humiex ser jiġu ppubblikati?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċess ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-manifest elettorali beda immedjatament wara l-ħatra tal-membri tal-Kabinett il-ġdid, hekk kif il-proposti ġew assenjati lill-Ministri rispettivi skont id-dekasteru tagħhom. Sussegwentement, kull Ministeru ntalab jinnomina project manager, responsabbli mit-twettiq tal-proposti assenjati lill-Ministeru rispettiv, kif ukoll jissottometti pjan ta’ implimentazzjoni għal kull proposta elettorali. Ġaladarba dawn il-pjanijiet jiġu approvati u ffinalizzati jittellgħu fuq sistema ta’ project management, iddisinjata mill-MITA, sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ kontinwu f’real time. Fir-rigward tar-rappurtar, kull xahar issir laqgħa li matulha l-project managers jirrappurtaw dwar il-progress li jkun sar. Kull tliet xhur, imbagħad, issir laqgħa individwali fil-preżenza tas-Segretarji Permanenti, li matulha nidħlu f’aktar dettall għal kull proposta. Barra minn hekk, il-Kabinett tal-Ministri jiġi aġġornat perjodikament dwar il-progress li jkun sar fit-twettiq tal-manifest elettorali, li jikkostitwixxi l-programm ta’ ħidma tal-Gvern. Infatti, l-aħħar aġġornament sar fil-15 ta’ Settembru, waqt laqgħa tal-Kabinett miftuħ, fejn matulha tħabbar it-twettiq ta’ numru ta’ proposti oħra. Fi tmiem l-ewwel 100 jum ta’ din il-leġiżlatura, saret ukoll konferenza li matulha ngħata rendikont tax-xogħol li sar, b’diversi kelliema minn setturi differenti jitkellmu dwar l-ewwel proposti li daħlu fis-seħħ. Is-sistema u l-metodu ta’ ħidma li qed noperaw bihom flimkien mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jibnu fuq l-esperjenza miksuba matul l-aħħar tliet leġiżlaturi. Qed inkomplu nirfinaw u nsaħħu l-operat tagħna sabiex, għal darb’oħra, niżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-manifest elettorali. Ir-rapporti u l-preżentazzjonijiet li jitħejjew huma għall-użu intern, filwaqt li l-Prim Ministru u jien nagħtu rendikont lill-pubbliku, perjodikament, dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali.

Kejl tal-benesseri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux, jew huwiex qiegħed iħejji, qafas nazzjonali ta’ indikaturi għall-kejl tal-benesseri? Jekk iva, jista’ jispeċifika l-indikaturi magħżula, il-valuri ta’ referenza, il-miri, is-sorsi tad-data u l-frekwenza li biha ser jiġu aġġornati u ppubblikati r-riżultati? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-qafas, jekk diġà jeżisti, jew jagħti ż-żmien previst għat-tlestija u l-pubblikazzjoni tiegħu?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern diġà żviluppa qafas ta’ indikaturi għall-kejl tal-benesseri permezz tal-Wellbeing Index, li għandu l-għan li jkejjel il-progress fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi, lil hinn mill-indikaturi ekonomiċi tradizzjonali. Dan l-indiċi huwa mibni fuq 10 dimensjonijiet u 20 indikatur, b’żewġ indikaturi għal kull dimensjoni. Id-dimensjonijiet jinkludu s-sostenibbiltà ambjentali, il-kwalità tal-ambjent lokali, is-saħħa, il-benesseri personali, l-akkomodazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-parteċipazzjoni ċivika u d-drittijiet, id-dħul u l-ġid, l-edukazzjoni u l-ħiliet, u l-kwalità tax-xogħol. Kull dimensjoni għandha piż ugwali ta’ 10% fl-indiċi ġenerali, filwaqt li ż-żewġ indikaturi fi ħdan kull dimensjoni għandhom piż ugwali bejniethom. Il-qafas huwa bbażat fuq data statistika minn sorsi uffiċjali, fosthom l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u l-Eurostat. L-indiċi huwa bbażat fuq indikaturi statistiċi li d-data tagħhom tiġi aġġornata fuq bażi annwali. Madankollu, peress li l-indikaturi jiġu minn sorsi differenti, id-data rispettiva ma tkunx disponibbli kollha fl-istess żmien, u f’ċerti każijiet jgħaddu diversi xhur qabel ma tiġi ppubblikata. Għaldaqstant, l-indiċi se jiġi aġġornat perjodikament ladarba tkun disponibbli d-data kollha meħtieġa għall-indikaturi li jiffurmaw parti minnu. Barra minn hekk, għaddejja ħidma sabiex, apparti l-indiċi ġenerali fuq livell nazzjonali, jiġu żviluppati ukoll indiċijiet speċifiċi għal kategoriji differenti tas-soċjetà. Fost dawn hemm indiċijiet iddedikati għall-anzjani u għaż-żgħażagħ, kif ukoll indiċi speċifiku għal Għawdex, sabiex ikun jista’ jsir kejl aktar immirat tal-benesseri ta’ dawn il-gruppi u tar-reġjun. Dawn l-indiċijiet se jkomplu jsaħħu l-qafas eżistenti u jipprovdu għodda aktar dettaljata sabiex il-progress fil-benesseri jkun jista’ jiġi mmonitorjat u evalwat b’mod aktar komprensiv.

Youth Wellbeing Festival u Life Skills Lab

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema indikaturi u metodi jintużaw biex jitkejlu r-riżultati u l-impatt fuq il-parteċipanti, separatament għall-Youth Wellbeing Festival u għal-Life Skills Lab tal-2026? Jista’ jgħid ukoll jekk humiex ser jiġu ppubblikati rapporti ta’ evalwazzjoni, is-sejbiet tal-konsultazzjonijiet maż-żgħażagħ u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minnhom, u jekk iva, meta? Jista’ jgħid ukoll kif ser jiġu kkunsidrati dawn ir-riżultati fit-tfassil tal-politika pubblika?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, matul il-Youth Wellbeing Festival 2026, inġabar rispons mingħand il-parteċipanti permezz ta’ formoli ta’ evalwazzjoni dwar l-esperjenza tagħhom, il-kwalità tal-attivitajiet u l-benefiċċji miksuba. Fil-każ tal-Life Skills Lab 2026, inġabar feedback mingħand iż-żgħażagħ parteċipanti kif ukoll mingħand il-ġenituri tagħhom dwar l-esperjenza u l-benefiċċji tal-programm. Il-feedback miġbur jintuża biex issir evalwazzjoni interna bil-għan li kull sena jitjiebu l-inizjattivi li jsiru sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ.

Programm Youth.Inc – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet disponibbli fil-programm Youth.Inc u kemm minnhom huma okkupati fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikanti fuq il-lista ta’ stennija, x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija u jekk hemmx pjanijiet biex tiżdied il-kapaċità tal-programm?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm 79 parteċipant fil-programm Youth.Inc. Ma hemm l-ebda applikant fuq il-lista ta’ stennija.

Programm Youth.Inc – Reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ żgħażagħ li rreġistraw għall-programm Youth.Inc, kemm minnhom temmewh u kemm minnhom waqfu qabel temmewh, mill-2021 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jagħti wkoll, għal kull sena, l-infiq totali fuq il-programm u n-numru ta’ parteċipanti li, wara li temmewh, daħlu fl-impjieg jew komplew bl-edukazzjoni jew bit-taħriġ, filwaqt li jispeċifika l-perjodu li matulu ġew segwiti dawn ir-riżultati?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni disponibbli dwar il-programm Youth.Inc hija kif ġej: Sena Temmew il-programm Daħlu fl-impjieg Komplew bit-taħriġ Ma xtaqux jiġu segwiti 2021–2022 9 temmew kompletament u 14 parzjalment 9 16 4 2022–2023 25 temmew kompletament u 3 parzjalment 10 6 9 2023–2024* — 2 4 2 2024–2025 19 temmew kompletament u 11 parzjalment 11 9 10 *Matul is-sena 2023–2024, minħabba bidliet fil-programm, ma kienx hemm grupp fit-tielet sena.