Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-ilma mormi illi jinġabar f’Malta qed jiġi trattat, f’liema impjanti, u kemm minnu wara t-trattament qed jerġa’ jintuża, inkluż għall-agrikoltura u għall-użu mill-bdiewa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 2464.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ residenti fil-Belt Valletta mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm mir-residenti attwali għandhom ’il fuq minn sittin sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Sena
Popolazzjoni
2013
5,516
2014
5,466
2015
5,421
2016
5,332
2017
5,288
2018
5,296
2019
5,303
2020
5,195
2021
5,163
2022
5,182
2023
5,201
2024
5,197
2025
5,189
Sa’ l-aħħar tas-sena 2025, ir-residenti tal-Belt Valletta li għandhom ‘il fuq minn sittin sena kien ta’ 1,849.
Il-Belt Valletta – Storbju eċċessiv – Passi meħuda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu da parti tal-Pulizija biex titrażżan l-inkonvenjenza li qed isofru diversi residenti fil-Belt Valletta minħabba storbju eċċessiv billejl?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li, fi tmiem il-ġimgħa u fil-ġranet tal-festi, il-Pulizija tiżgura li l-istabbilimenti jagħlqu fil-ħinijiet preskritti mil-liġi u jirrispettaw lill-Kommunita..
Il-Belt Valletta – Stabbilimenti tal-ikel – Konċessjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw konċessjonijiet da parti tal-Awtorità tal-Artijiet fil-Belt Valletta, biex stabbilimenti tal-ikel - irrispettivament tal-mod kif deskritti – ikunu jistgħu jagħmlu l-imwejjed tagħhom fit-toroq pubbliċi, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1614 dwar pannelli solari installati fuq entitajiet kulturali, mużewijiet u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni b'mod separat għal kull binja u jgħid ukoll meta saret l-installazzjoni għal kull waħda?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pannelli solari huma installati hekk kif ġej:
Entita/mużew/binja
Daqs tal-installazzjoni
Data tal-installazzjoni
kWhr
(sa Ġunju 2026)
Fortress Builders
118 pannella
2012
291,829 kWh
Ġgantija
20 pannella
2015
79,831 kWh
MUŻA
682 pannella
2018
117,108 kWh
Il-Katakombi ta’ San Pawl
30 pannella
2018
69,516 kWh
Valletta Design Cluster
36 pannella
2022
1911.47 KWh
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1613 dwar pannelli solari installati fuq skejjel u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni b'mod separat għal kull binja u jgħid ukoll meta saret l-installazzjoni għal kull waħda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 1613.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jerġgħu jibdew jaħdmu l-lifts għall-bridge pedonali li jintuża biex jaqsam il-Marsa Junction minn Raħal Ġdid?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-infrastruttura tal-liftijiet il-ġodda tal-Marsa/Raħal Ġdid, li jinsabu fuq Vjal Sir Paul Boffa, hija lesta u li ż-żewġ liftijiet issa jinstabu miftuħin għall-użu tal-pubbliku.
Tista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Ħarsien tal-Annimali tgħid meta huwa mistenni li jiftaħ l-Isptar tal-Annimali f’Għawdex? Tista’ tgħid jekk ġiex identifikat u allokat is-sit fejn se jkun dan l-isptar, u jekk iva, fejn hu dan is-sit? Tista’ tgħid ukoll kif huwa ppjanat li jopera dan l-isptar, jekk hux se jipprovdi servizz ta’ 24 siegħa kuljum, liema servizzi veterinarji se jkunu disponibbli, u jekk hux se jkun mgħammar sabiex joffri kura ta’ emerġenza u interventi kirurġiċi għall-annimali f’Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat,
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jiftaħ l-Isptar tal-Annimali f’Għawdex? Jista’ jgħid jekk ġiex identifikat u allokat is-sit fejn se jkun dan l-isptar, u jekk iva, fejn hu dan is-sit? Jista’ jgħid ukoll kif huwa ppjanat li jopera dan l-isptar, jekk hux se jipprovdi servizz ta’ 24 siegħa kuljum, liema servizzi veterinarji se jkunu disponibbli, u jekk hux se jkun mgħammar sabiex joffri kura ta’ emerġenza u interventi kirurġiċi għall-annimali f’Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa is-sezzjoni tal-Animal Welfare f’Ghawdex diġà toffri kura ta’ emerġenza b’servizz ta’ 24 siegħa, sebat’ijiem fil-ġimgħa
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-Gvern għandu l-ħsieb li jiftaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat Għawdex fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, sabiex il-poplu Għawdxi jibbenefika minn servizz tas-saħħa aktar aċċessibbli, effiċjenti u kontinwu? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx valutazzjoni tal- benefiċċji li tali servizz iġib, b’mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis tal-ħinijiet ta’ stennija, it-titjib fil-kura mogħtija lill-pazjenti u aċċess aħjar għas-servizzi tas-saħħa, speċjalment għall-anzjani u persuni vulnerabbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-introduzzjoni ta’ servizz ta’ 24 siegħa kuljum fiċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat, Għawdex, hija impenn ċar tal-Gvern kif imniżżel fil-Programm Elettorali, u l-Gvern jibqa’ impenjat li jwettaq dan l-impenn matul din il-leġiżlatura.
Bħalissa għaddejja l-ħidma meħtieġa, inkluż fir-rigward tar-riżorsi kliniċi u operattivi, sabiex dan is-servizz ikun jista’ jiġi introdott u jitħaddem b’mod effiċjenti, sigur u sostenibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tiġi riveduta l-frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja fuq ir-rotta 300 bejn Lascaris u l-Isptar Mater Dei matul il-weekends, sabiex ikun ikkoordinat aħjar mal-ħinijiet tal-wasla u t-tluq tal-fast ferry minn u lejn Għawdex? Jista’ jikkonferma li, filwaqt li matul il-ġimgħa dan is-servizz jipprovdi konnessjoni effiċjenti mal-fast ferry, is-Sibt u l-Ħadd in-numru ta’ vjaġġi jitnaqqas b’mod sostanzjali, bil-konsegwenza li jonqsu l-konnettività u l-aċċessibilità għall-passiġġieri Għawdxin u b’inkonvenjent kbir għall-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei, pazjenti, kif ukoll qraba ta’ pazjenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-31 ta’ Mejju ta’ din is-sena, is-servizz fuq ir-rotta 300 matul tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi żdied minn erba’ għal tmien vjaġġi kuljum. Għaldaqstant, in-numru ta’ vjaġġi f’dawn il-ġranet irdoppja sabiex titjieb il-konnettività bejn Lascaris u l-Isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jsaħħaħ ir-riżorsi u t-tagħmir tal-iskwadra tar-Rapid Intervention Unit (RIU) f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll għaliex l-uffiċjali tar-RIU f’Għawdex għadhom ma ngħatawx l-istess tagħmir u riżorsi bħall-kollegi tagħhom f’Malta, inkluż l-uniformi uffiċjali, l-armament operattiv, il-vetturi apposta għall-patrol u tagħmir ieħor meħtieġ għat-twettiq ta’ dmirijiethom, minkejja li qed jirċievu l-istess taħriġ? Jista’ jgħid ukoll x’jiġri f’każ li jinqalgħu sitwazzjonijiet ta’ riskju għoli f’Għawdex peress li l-uffiċjali hemmhekk ma jistgħux jiddependu fuq l-appoġġ immedjat ta’ sezzjonijiet speċjalizzati oħra bħall-iSpecial Intervention Unit (SIU) kif iseħħ f’Malta? Jista’ jgħid ukoll x’passi konkreti se jittieħdu sabiex ir-RIU f’Għawdex tkun mgħammra bl-istess livell ta’ tagħmir, protezzjoni u riżorsi bħar-RIU f’Malta?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nnsab infurmat li, it-taqsima tal-RIU f’ f’Għawdex se tibqa’ tingħata riżorsi meħtieġa biex ittejjeb l-operat. Illum l-uffiċċjali tal-RIU ġewwa Għawdex għandhom uniformijiet ġodda tal-RIU, drop leg holders għal armi tagħhom, bullet proof vests personali, kif ukoll high dexterity tactical gloves. Dalwaqt ser jaslu u jingħatalhom ukoll, leg restrainers and tourniquet u tourniquet pouches. Fl-istess ħin għaddej il-process ta’ akkwist ta’ Glock flashlight bil-laser u optics għal istess uffiċċjali. Filwaqt li r-RIU f’Għawdex ingħataw vetturi addattati għat-twettiq tax-xogħol assenjat lilhom, dwar l-għoti ta’ vetturi alternattivi għall qadi ta’ rondi minnhom għadu qed jiġi evalwat u mistħarreġ. F’sitwazzjonijiet ta’ riskju għoli, kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, bħal ma dejjem sar, il-Pulizija f’Għawdex tieħu azzjoni immedjata biex tikkontrolla kull sitwazzjoni u tagħmel l-ewwel intervent tagħha waqt li tintalab l-assistenza skond il-livell tar-riskju u tinżamm komunikazzjoni kontinwa biex tiġi assigurata koordinazzjoni mat-taqsimiet involuti. Dan sakemm tasal l-assistenza tat-taqsimiet specjalizzati permezz tal-mezzi tat-trasport kontinwu li llum jeżisti bejn iz-żewġ gżejjer, jew b’mezzi disponibbli minn aġenziji oħra tal-istat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 952 u jgħid x'inhi t-target date tal-Gvern għat-tlestija u t-tħaddim tal-Qorti l-ġdid f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-istadju li jinsab fih il-proġett issa u x'passi għad iridu jitlestew qabel jibda jintuża l-bini l-ġdid?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-target date għat-tlestija tal-Qorti ta’ Għawdex hija Diċembru 2028.Bħalissa l-proġett jinsab fl-istadju tat-tħejjija tad-disinn u tal-pjanti, sabiex dawn ikunu lesti għas-sottomissjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-pass li jmiss, wara l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, huwa l-bidu tax-xogħlijiet ta’ rinovar. Fl-istess ħin, se jibda t-tfassil tad-dokumenti tat-tenders għall-provvista tal-għamara u tal-apparat meħtieġ, sabiex il-Qorti tkun tista’ tibda topera malli jitlestew ix-xogħlijiet ta’ rinovar u jkunu ġew installati s-servizzi u t-tagħmir kollu neċessarju.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1524 u jgħid liema proċedura amministrattiva ġiet applikata mill-awtoritajiet Maltin fil-każ tad-dħul f’Malta tal-humanoid robot magħruf bħala “Sophia”, inkluż jekk dan ġiex trattat bħala persuna, oġġett, tagħmir, jew taħt xi kategorija oħra għall-finijiet ta’ kontrolli ta’ fruntiera, sigurtà jew immigrazzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1523 u jgħid jekk mad-dħul f’Malta tal-humanoid robot magħruf bħala “Sophia” ġiex ippreżentat lill-awtoritajiet Maltin xi passaport, visa, permess jew dokument ieħor ta’ vjaġġar jew identifikazzjoni? Jekk iva, jista’ jgħid x’tip ta’ dokument kien, minn liema Stat jew awtorità kien maħruġ, u jekk dan ġiex aċċettat jew irreġistrat mill-awtoritajiet Maltin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1522 u jgħid jekk l-awtoritajiet Maltin għandhomx rekord li l-humanoid robot magħruf bħala “Sophia” daħal f’Malta jew ġie ppreżentat għal kontroll ta’ fruntiera f’Malta? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema data daħal, taħt liema kategorija ġie rreġistrat, u jekk ġiex ippreżentat xi dokument ta’ identifikazzjoni jew vjaġġar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot – Kundizzjonijiet/kriterji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 490, 996 u 1478 u jgħid liema sezzjonijiet, dipartimenti, direttorati, aġenziji jew entitajiet fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku għandhom ħaddiema li jaħdmu b’mod remot, kemm hemm ħaddiema f’kull waħda minnhom, u x’inhuma l-kundizzjonijiet jew kriterji applikabbli biex ħaddiem ikun jista’ jaħdem b’mod remot?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 604 u 2022.
Transport Malta – Billboards – Azzjoni ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u liema passi ser jittieħdu minn Transport Malta fir-rigward tad-diversi billboards li kienu ttellgħu f’diversi toroq arterjali u distributorji fil-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali u li kienu ntużaw bħala billboards politiċi skont Leġislazzjoni Sussidjarja 552.28 (Regolamenti dwar billbords u reklami), li numru kbir minnhom għadhom f’posthom u qed jibqgħu jintużaw minn entitajiet pubbliċi u privati, bi ksur tal-imsemmija regolamenti? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Awtorità hix qed tinforza l-imsemmija regolamenti b’mod ġenerali, inkluż fir-rigward tal-billboards użati għal reklamar kummerċjali , kemm jekk elettroniċi kif ukoll dawk li mhumiex, f’dak li jirrigwarda l-illuminazzjoni, il-pożizzjonament tagħhom, u l-effett jew l-impatt li jista’ jkollhom fuq is-sigurtà fit-toroq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
L-Awtorità tal-Ippjanar – Billboards – Azzjoni ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u liema passi ser jittieħdu mill-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward tad-diversi billboards li kienu ttellgħu f’diversi toroq arterjali u distributorji fil-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali u li kienu ntużaw bħala billboards politiċi skont Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.28 (Regolamenti dwar billbords u reklami), li numru kbir minnhom għadhom f’posthom u qed jibqgħu jintużaw minn entitajiet pubbliċi u privati, bi ksur tal-imsemmija regolamenti? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Awtorità hix qed tinforza dawn ir-regolamenti b’mod ġenerali, inkluż fir-rigward tal-billboards użati għal reklamar kummerċjali, kemm dawk elettroniċi kif ukoll dawk li mhumiex, f’dak li jirrigwarda l-illuminazzjoni, il-pożizzjonament tagħhom, u l-effett jew l-impatt li jista’ jkollhom fuq is-sigurtà fit-toroq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar, permezz tad-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar, qiegħda f’kuntatt mal-partiti politici sabiex il-billboards jitneħħew. L-Awtorità sabet kooperazzjoni min-naħa tal-partiti, u fil-fatt ħafna minn dawn il-billboards diġà tneħħew u ħa jkomplu jiġu mneħħija fil-jiem li ġejjin.
Inkwantu għas-sigurta fit-toroq nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika annwali li turi n-numru ta' każijiet ta' cyberbullying irrapportati fl-iskejjel mill-ewwel sena li għaliha hija disponibbli d-data, sal-aktar data reċenti disponibbli? Jista' jgħid ukoll jekk din l-istatistika tinkludix biss skejjel tal-Istat jew ukoll skejjel tal-Knisja u skejjel Indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Hawn taħt hija t-tabella bin-numru ta’ każijiet ta’ Cyberbullying li daħlu għand is-servizz ta’ kontra l-Ibbuljar bejn is-sena 2020 u s-sena 2025. Dan in-numru jirrifletti r-rapporti li daħlu għand is-servizz. Każijiet oħrajn jista’ jkun li ġew rapurtati dirett lill-pulizija jew ġew indirizzati mill-iskola partikolari. Mis-sena 2022 ‘l hawn rapporti mill-iskejjel tal-knisja ma baqgħux jidħlu għand is-servizz tal-istat imma għand servizzi mwaqqfa mis-Segretarjat tal-iskejjel tal-knisja stess. Fir-rigward tal-iskejjel indipendenti l-każijiet kienu ta’ natura differenti u mhux ta’ cyberbullying.
Cyberbullying
Sena
Każijiet rapurtati
Stat / Knisja / Indipendenti
2020
37
Stat / Knisja / Indipendenti
2021
30
Stat / Indipendenti
2022
16
Stat
2023
25
Stat
2024
23
Stat
2025
37
Stat