Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra

Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3037.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtha għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta għandha Earthquake Emergency Response Plan li kien aġġornat fl-2025 u hu presedut mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kemm Transport Malta, kif ukoll il-Malta Air Traffic Services Ltd. għandhom reġistru tar-riskji attiv, li jiġi segwit u aġġornat regolarment skont il-prassi professjonali fil-qasam tagħhom.

Preżenza tal-bagħal taż-żunżan – Danni lin-naħħala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru rċeviex rapporti dwar ħsarat li sofrew in-naħħala minħabba l-preżenza tal-bagħal taż-żunżan (hornets)? Jekk iva, kemm irċieva rapporti ta’ danni l-Ministeru minħabba l-preżenza tal-hornets? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu jew hemm il-ħsieb li jittieħdu, biex jiġi evitat li dan is-settur isofri konsegwenzi aktar gravi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru huwa konxju bis-sħiħ tal-isfidi li qed joħloq il-bagħal taż-żunżan fuq is-settur tan-naħal u ilu jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib permezz ta’ kuntatt regolari mar-rappreżentanti tal-apikultura kif ukoll mal-Kunsill Konsultattiv għall-Agrikoltura (ACC). F’ dan il-kuntest nagħmel referenza għar-risposta li ngħatat lill-Mistoqsija Parlamentari PQ 2618, li tirreferi għal-miżuri li ttieħdu sal-lum il-ġurnata. Fil-preżent il-Ministeru mhux biss qed jimmonitorja l-iżviluppi, iżda qed jaħdem b’mod attiv u koordinat mal-partijiet kollha involuti sabiex jiġu implimentati miżuri konkreti li jtaffu l-impatti ta’ dan il-pesti fuq il-kolonji tan-naħal u jsaħħu r-reżiljenza tas-settur fit-tul. Il-Ministeru se jimplimenta pjan komprensiv ta’ azzjoni li jinkludi miżuri konkreti, prattiċi u mmirati, fosthom interventi għall-kontroll u l-immaniġġjar tal-problema, appoġġ lin-naħħala affettwati sabiex titjieb il-kapaċità tas-settur li jirreaġixxi għal din l-isfida b’mod sostenibbli, kif ukoll programm ta’ tnissil tan-naħla Maltinja. Fil-futur qarib, il-Gvern ser ikun qed iħabbar dawn il-miżuri, li ġew żviluppati f’konsultazzjoni mas-settur u li ġew imfassla biex jindirizzaw il-problema b’azzjoni konkreta u effettiva, filwaqt li jipproteġu l-għajxien tal-apikolturi u s-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-għasel f’Malta u Għawdex.

Selmun Palace Hotel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex is-Selmun Palace Hotel ma tibqax abbandunata? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ security hemm ipprovduta, preżentement, f’din l-istess lukanda?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – Pjanijiet ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern biex isir ir-restawr tal-Palazz ta’ Selmun? Jista’ jgħid ukoll x’sar s’issa biex jiġi assigurat li t-tenders neċessarji jiġu ppubblikati/aġġudikati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ speed cameras li għandna madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-ispeed limit li japplika għaż-żona partikolari, f’kull każ, separatament? Jista’ jgħid ukoll meta l-aħħar li ġew kalibrati l-istess cameras u x’kien l-ogħla speed li ntlaħaq matul din is-sena għal kull speed camera?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta u Għawdex hemm total ta’ 24-l speed camera. Il-limiti tal-veloċità applikabbli fil-postijiet rispettivi huma kif ġej. Lokalità Triq / Post Numru ta’ cameras Limitu tal-veloċità Ħ’Attard Triq Antonio Manoel De Vilhena 1 60 km/h Ħ’Attard Triq in-Nutar Zarb 1 50 km/h Birkirkara Triq Dun Karm 2 60 km/h Il-Gudja Triq Ħal Far 1 60 km/h In-Naxxar Triq il-Kosta, ħdejn Triq Porzjunkola, fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana 1 70 km/h In-Naxxar Triq il-Kosta, ħdejn l-Għallis, fiż-żewġ direzzjonijiet 2 70 km/h In-Naxxar Triq il-Kosta, ħdejn Triq Ramla, fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar 1 60 km/h In-Naxxar Triq il-Kosta, ħdejn Triq Ridott, fid-direzzjoni lejn it-Tramuntana 1 60 km/h Ħal Qormi Triq l-Imdina 2 60 km/h Ħal Qormi Vjal ir-Royal Malta Artillery (Mrieħel Bypass) 2 80 km/h San Ġiljan Triq Mikiel Anton Vassalli 2 60 km/h San Pawl il-Baħar Dawret San Pawl 2 80 km/h San Pawl il-Baħar Triq Burmarrad 1 60 km/h Is-Siġġiewi Triq Mons. Mikiel Azzopardi 1 60 km/h Ħaż-Żebbuġ Triq l-Imdina 2 70 km/h Iż-Żejtun Triq tal-Barrani 2 60 km/h Total 24

Project Green – Skema ta’ tħawwil ta’ siġar

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti l-iskema ta' tħawwil ta' siġar li għandha Project Green? Tista’ tgħid ukoll kemm persuni bbenefikaw minn din l-iskema, kemm siġar fil-fatt tqassmu permezz ta' din l-iskema u x'tip ta' siġar tqassmu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li permezz tal-Iskema ta’ Tħawwil ta’ Siġar applikanti eliġibbli jistgħu jingħataw siġar mingħajr ħlas biex jitħawwlu fl-artijiet tagħhom, bil-għan li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ambjentali fit-tul, ir-reżiljenza għall-klima u t-tħaddir tal-gżejjer Maltin. Permezz ta’ din l-iskema, applikanti li jgħaddu mill-proċess ta’ verifika jingħataw vouchers diġitali biex jiġbru s-siġar mingħand fornituri approvati. Infurmata li s’issa nħarġu 8,390 voucher, ekwivalenti għal 47,303 siġra, lil 688 benefiċjarju. Il-proċess tal-ġbir tas-siġar mill-benefiċjarji għadu għaddej skont il-validità tal-vouchers u d-disponibbiltà mingħand il-fornituri approvati. Is-siġar jitqassmu minn lista ta’ speċi produttivi u mhux produttivi li tinkludi fost oħrajn il-Balluta x-Xewwikija, l-Għargħar, is-Siġra ta’ Ġuda, iċ-Ċipress, iż-Żebbuġ Selvaġġ, it-Tin, il-Ħarrub, iż-Żebbuġ, ir-Rummien u t-Tut.

Limiti tal-Mellieħa – Impjant taċ-Ċumnija – New water

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa li qed jingħataw new water mill-impjant Taċ-Ċumnija, fil-limiti tal-Mellieħa? Tista’ tgħid ukoll f'liema lokalitajiet jinsabu l-bdiewa li qed jirċievu dan l-ilma, u kemm f'kull lokalità? Tista’ tgħid ukoll x'inhi r-raġuni li għaliha l-bdiewa li qed jirċievu dan l-ilma qed jingħataw ilma għal ħinijiet qosra ħafna? Tista' tgħid ukoll jekk l-impjant hux qed jitħaddem il-ħin kollu, inkella għal ħinijiet iqsar? Jekk għal ħinijiet iqsar, tista’ tgħid x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sistema tan-New Water fit-Tramuntana tal-pajjiż qed tforni madwar 700 bidwi u tinkorpora fiha 200 dispenser.  In-network jestendi f’diversi żoni fosthom iċ-Ċumnija, l-Aħrax, il-Miżieb, il-Manikata, Binġemma, l-Imġarr, tas-Santi, Għajn Tuffieħa u ż-żona ta’ Popeye Village. L-ammont li jiġi prodott kuljum mill-polishing plant, li jopera b’mod kontinwu ħlief għal waqfien f’istanti fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma jkollhiex kontroll fuqhom, jiġi mqassam skont il-volumi li ġew kalkolati mill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel (MAFF) ibbażati fuq il-crop plan.  Ta’ min jenfasizza hawnhekk li l-allokazzjoni tal-ilma mill-MAFF issir bil-metru kubu u mhux bil-ħin. Matul is-sena li għaddiet, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma produċiet ammont rekord ta’ 1.6 miljun metru kubu ta’ New Water.

L-istrateġija nazzjonali dwar il-parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tlestietx l-istrateġija nazzjonali dwar il-parkeġġ u l-ġestjoni tad-domanda għall-ivvjaġġar? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istrateġija, l-istudji li fuqhom hija bbażata u l-pjan ta’ implimentazzjoni? Jekk le, jista’ jgħid f’liema stadju tinsab, kemm kienet in-nefqa fuqha sal-lum u meta se tiġi ppubblikata? Jista’ wkoll jipprovdi stima tan-numru ta’ spazji legali ta’ parkeġġ fit-toroq u barra mit-toroq f’kull lokalità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, Meta tħabbar il-pjan ta’ Malta in motion ingħataw d-dettalji ta’ meta ser tkun lesta din il-policy. Dan l-istudju jinkludi l-ġbir ta data dwar l-ispazji ta’ parkeġġ fit-toroq u barra minnhom, l-użu u l-okkupazzjoni tagħhom, il-ħtiġijiet ta’ lokalitajiet bi pressjoni qawwija fuq il-parkeġġ residenzjali, kif ukoll reviżjoni tal-qafas legali, is-sinjali u l-infurzar. Dan ix-xogħol qed jitwettaq b’mod koordinat mall-workstreams ta’ Malta in Motion, inklużi t-trasport pubbliku, it-trasport tal-massa u l-ġbir ta’ data tat-traffiku f’ħin reali. Id-dettalji jinsabu fuq is-sit: https://www.transport.gov.mt/sustainable-mobility/malta-in-motion-overview-7816

Numru ta’ vetturi liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ vetturi liċenzjati klassifikati bħala: karozzi privati, muturi, vetturi tal-merkanzija, vetturi tal-kiri, vetturi bil-Y-plate, taxis, karozzi tal-linja u vetturi oħra, fl-aħħar ta’ kull xahar minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jipprovdi wkoll in-numru ta’ reġistrazzjonijiet ġodda, dereġistrazzjonijiet, vetturi skrappjati u vetturi esportati matul l-istess perjodu, u jgħid liema mira li tista’ titkejjel ġiet stabbilita biex tonqos id-dipendenza fuq il-karozzi privati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninfora lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta tinġħata f'xi seduta oħra.

Numru ta’ vetturi liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-total ta’ vetturi liċenzjati fil-pajjiż sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ikklassifikati bħala: karozzi privati, muturi, vetturi tal-merkanzija, vetturi tal-kiri, vetturi bil-Y-plate, taxis, karozzi tal-linja, trakkijiet u vetturi oħra? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ reġistrazzjonijiet ġodda, dereġistrazzjonijiet, vetturi skrappjati u vetturi esportati matul l-aħħar għaxar snin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninfora lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta tinġħata f'xi seduta oħra.

Malta u Għawdex – Karreġġjati riżervati għall-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kilometri ta’ karreġġjati riżervati għall-karozzi tal-linja li bħalissa huma operattivi f’Malta u Għawdex u jidentifika fejn jinsabu? Jista’ jgħid ukoll liema karreġġjati ġodda għall-karozzi tal-linja, punti ta’ aċċess ikkontrollat magħrufa bħala “bus gates”, sistemi li jagħtu prijorità lill-karozzi tal-linja fid-dwal tat-traffiku u sistemi ta’ infurzar permezz ta’ cameras, huma ppjanati, flimkien mal-baġit u d-data mistennija għat-tlestija ta’ kull miżura?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fid-dawl tat-tħejjijiet għall-konċessjoni l-ġdida tat-trasport pubbliku li mistennija tidħol fis-seħħ fl-2030, bħalissa għaddejjin diversi studji bħala parti min Malta in Motion, b’mod partikolari dawk relatati mad-disinn mill-ġdid tan-network tat-trasport pubbliku u mal-Intelligent Transport Systems.

Transport Malta u l-Malta Public Transport – Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċevew ilmenti Transport Malta u l-Malta Public Transport dwar: i.    iffullar żejjed; ii.    karozzi tal-linja li ma waslux; iii.   karozzi tal-linja li ma waqfux; iv.   ħinijiet twal ta’ stennija; v.    informazzjoni mhux korretta f’ħin reali; vi.   aċċessibbiltà; vii.  l-imġiba tas-sewwieqa; u viii.  l-arja kkundizzjonata, matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jipprovdi ċ-ċifri skont ir-rotta u x-xahar, flimkien mal-ħin medju li ttieħed biex ġie indirizzat kull ilment?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninfora lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta tinġħata f'xi seduta oħra.