Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel tal-Istat – Għalliema – Postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema neqsin jew postijiet vakanti għall-għalliema fl-iskejjel tal-Istat sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fis-settur Primarju m’hemm ebda klassi mingħajr għalliem. Dan għaliex il-postijiet vakanti, li sal-lum huma 9, huma kollha marbuta ma’ servizzi peripatetiċi. Dawn l-edukaturi ma għandhomx klassi permanenti tagħhom, iżda jżuru diversi skejjel matul il-ġimgħa. In-numru ta’ postijiet vakanti jinbidel kontinwament matul is-sena skolastika, skont il-ħtiġijiet tal-iskejjel, u l-Ministeru qed ikompli bil-proċessi ta’ reklutaġġ biex dawn il-postijiet jimtlew mill-aktar fis possibbli.

Skejjel tal-Istat – LSEs – Postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs neqsin jew postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Istat sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għan tal-Ministeru hu li jkun ta’ appoġġ lill-istudenti u huwa għalhekk li l-proċess ta’ reklutaġġ għall-LSEs u s-SLSEs jibqa’ attiv u għaddej b’mod kontinwu. L-Edukaturi ta’ Appoġġ fit-Tagħlim (LSEs) kollha li għaddew mill-proċess tal-għażla ġew impjegati għal din is-sena skolastika. Fil-fatt il-popolazzjoni ta’ LSEs u SLSEs llum qed tħallaq it-total ta’ 3,109. Barra minn hekk fis-snin riċenti, il-kundizzjonijiet ta’ min jokkupa dawn ir-rwoli tjiebu wkoll. Il-Ministeru jaċċetta applikazzjonijiet fuq bażi kontinwa, u jikkuntattja lill-kandidati li japplikaw għal intervista malajr kemm jista’ jkun. L-intervisti jsiru matul is-sena kollha biex il-ħtiġijiet jiġu indirizzati fil-pront, u l-istudenti jirċievu l-appoġġ meħtieġ mingħajr dewmien żejjed.

Allied Health – Uniformijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid ⁠kemm hemm ħaddiema tal-allied health li għadhom ma rċevewx uniformi matul l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u kemm hemm ħaddiema li rċevew parti mill-uniformi biss?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema kollha rċevew l-uniformi tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’ erba’ (4) ħaddiema li jeħtieġu uniformi magħmula apposta fuq il-qies tagħhom.

Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal telework

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid ⁠kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal sigħat ta’ telework, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal career break

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid ⁠kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal career break, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal unpaid leave

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal unpaid leave, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

In-Naxxar - Splużjoni tal-Kamra tan-Nar - Rapporti ta’ ħsarat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1179, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet kien hemm binjiet li ġarrbu xi tip ta’ ħsarat – inkluż fi twieqi u bibien - b’riżultat tal-isplużjoni tal-kamra tan-nar fil-limiti tan-Naxxar li seħħet iktar kmieni din is-sena? Jista’ jgħid ukoll jekk dawk li ġarrbu ħsarat humiex ser jingħataw xi tip ta’ kumpens mill-Gvern, u jekk iva, x’tip ta’ kumpens ser jingħata u meta?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha diversi rapporti minn bnadi fil-limiti tan-Naxxar. Billi dwar dan il-każ hemm pendenti inkjesta maġisterjali  ikun għaqli li għalissa nkunu kawti fir-rapporti tagħna.

Awtorità tal-Ippjanar - Applikazzjonijiet approvati - Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1795 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ fondi miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-applikazzjonijiet li ġew approvati fil-passat? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-fondi għal kull lokalità f’Malta u f’Għawdex u kemm kienu f’Diċembru 2024 u f’Diċembru 2025? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex jinbidlu l-kriterji li fuqhom il-kunsilli lokali jistgħu jaċċessaw dawn il-fondi biex bihom ikunu jistgħu jwettqu bosta xogħlijiet li sal-lum mhux permess li jwettqu skont il-kriterji ta’ użu ta’ dawn il-fondi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtha għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 3037.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nirreferi lil-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037.

Persuni b’diżabilità – Permessi għal parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabilità fis-sena 2025 u jaqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1467 f’Seduta 15.

Persuni b’diżabilità – Permessi għal parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabilità fis-sena 2026 u jaqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li qed ngħaddi l-informazzjoni mitluba dwar permessi maħruġa għal perkeġġi riservati għall persuni b’diżabilita’ xahar b’xahar mill-1 ta’ Jannar sa l-20 t’Ottubru 2026. PQ 3028 Persuni B'Disabilita' - Permessi Ghal Parkeggi Riservati Minn Jannar 2026 sa Ottubru 2026 Personalizzati Komuni Jannar 51 15 Frar 38 15 Marzu 37 7 April 32 14 Mejju 59 24 Gunju 43 0 Lulju 37 0 Awwissu 45 6 Settembru 15 12 Ottubru 18 0 Total 375 93

Awtorità tal-Ippjanar – San Pawl il-Baħar – Applikazzjonijiet pendenti għall-iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kif inhuma maqsuma dawn l-applikazzjonijiet skont it-tip ta’ żvilupp li qed jiġi propost?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3027, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-238 applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, skont dak rikjest.

Naħħala reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta’ naħħala reġistrati mal-Ministeru u jaqsam din l-informazzjoni separatament lokalità b’lokalità?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabelli segwenti numri 1, 2 u 3. Tabella 1 - Malta  Lokalita’ Numru ta’ naħħala rreġistrati Ħ'Attard 4 Baħija 8 Bidnija 3 Binġemma 1 Birgu 1 Birżebbuġa 5 Burmarrad 4 Dingli 15 Fgura 1 Għarghur 4 Għaxaq 8 Gudja 1 Ħal Far 1 Iklin 2 Kirkop 1 Ħal Lija 1 Luqa 3 Madliena 4 Magħtab 1 Marsa 1 Wied il-Għajn 7 Marsaxlokk 6 Mellieħa 32 Mġarr 15 Mosta 18 Mtaħleb 3 Mtarfa 1 Naxxar 4 Raħal Ġdid 1 Ħal Qormi 5 Qrendi 2 Rabat 33 Safi 6 San Ġwann 1 Selmun 2 Siġġiewi 30 San Pawl il-Baħar 13 Wardija 2 Żabbar 4 Żebbug 12 Żejtun 2 Żurrieq 8 Tabella 2 - Għawdex  Lokalita’ Numru ta’ naħħala rreġistrati Għajnsielem 9 Għarb 6 Għasri 3 Kerċem 2 Marsalforn 6 Munxar 1 Nadur 19 Qala 11 San Lawrenz 6 Sannat 1 Rabat 5 Xagħra 11 Xewkija 5 Żebbuġ 6 Tabella 3 - Kemmuna  Lokalita’ Numru ta’ naħħala rreġistrati Kemmuna 1

Trasport pubbliku – Karozzi tal-linja elettriċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kull waħda mill-40 karozza tal-linja elettrika mħabbra f’Mejju 2026 se tasal Malta u tidħol fis-servizz tal-passiġġieri? Jista’ jipprovdi l-prezz tax-xiri, is-sors tal-finanzjament, il-kapaċità tal-passiġġieri, ir-rotot ippjanati, l-ispiża tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u t-tnaqqis annwali mistenni fil-konsum tal-fjuwil u fl-emissjonijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tinaġħata f'xi seduta oħra.

Malta in Motion – Studji u pjan ta’ implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-pjan ta’ implimentazzjoni għal kull parti tal-programm ‘Malta in Motion’, inkluż in-network il-ġdid tal-karozzi tal-linja, is-servizzi bil-baħar, l-ivvjaġġar attiv, il-miżuri dwar il-parkeġġ, il-ġestjoni tan-network tat-toroq u s-sistema ta’ rapid transit? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji dwar id-domanda, l-għażliet tar-rotot, l-istimi tal-ispejjeż, l-għażliet ta’ finanzjament, l-istudji ambjentali u d-dati previsti għad-deċiżjonijiet ewlenin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tinaġħata f'xi seduta oħra.

Regoli tal-2026 dwar is-servizzi Y-plate – Sewwieqa, vetturi u infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mid-dħul fis-seħħ tar-regoli tal-2026 dwar is-servizzi Y-plate sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm: i.    hu t-total ta’ sewwieqa liċenzjati maqsuma Maltin u barranin; ii.   hu t-total ta’ vetturi reġistrati bil-Y-plate, maqsuma skont it-tip ta’ vettura u l-kapaċità massima awtorizzata ta’ passiġġieri, eskluż is-sewwieq; iii.    hu n-numru ta’ vetturi għal kull kapaċità ta’ passiġġieri kif indikata fil-liċenzja tal-vettura; iv.   ġew spezzjonati sewwieqa u operaturi; v.    instabu ksur tar-regoli dwar il-ħin massimu tax-xogħol u l-perjodi ta’ mistrieħ; vi.   instabu sewwieqa mingħajr liċenzja, mingħajr awtorizzazzjoni jew mhux irreġistrati kif suppost; vii.   ġew sospiżi jew irtirati permessi; u viii.  inħarġu multi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tinaġħata f'xi seduta oħra.

Trasport Malta – Permessi għal xogħlijiet jew għeluq ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm permessi għal xogħlijiet jew għeluq ta’ toroq inħarġu minn Transport Malta matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll: i.    kemm kien hemm permessi li qabżu l-perjodu approvat; ii.   kemm ġew identifikati permessi li kienu f’kunflitt jew sovraposti ma’ xogħlijiet oħra; iii.  kemm inħarġu twissijiet, multi jew ordnijiet biex jitwaqqfu x-xogħlijiet; u iv.   meta se tkun kompletament operattiva u aċċessibbli għall-pubbliku, is-sistema integrata u bbażata fuq mappa għall-permessi tat-toroq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tinaġħata f'xi seduta oħra.