Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet infrastrutturali fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi, liema xogħlijiet kienu diġà ppjanati li jsiru fix-xhur li għaddew?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi reġgħu bdew id-diskussjonijiet relatati ma’ dawn ix-xogħlijiet flimkien mal-Kunsill Lokali u l-entitajiet ikkonċernati, sabiex tiġi stabbilita’ data eżatta ta’ meta ser jibdew dawn ix-xogħlijiet, inkluż xogħlijiet tal-Enemalta, fl-ewwel kwart tas-sena 2027.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2010, jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni massima f'pajjiżna (f'termini numeriċi) li l-infrastruttura ta' Malta tista' ssostni u jiġi ppreżentat l-istudju li wassal għal din il-kapaċità?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlestew ix-xogħlijiet ta' restawr u restawr strutturali fil-Kappella tas-Salib tal-Għolja, biex iż-żona terġa’ tkun aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li l-proġett ta’ restawr tal-Knisja tal-Lunzjata, fiż-żona magħrufa bħala tas-Salib tal-Għolja, issa daħal fl-aħħar fażi tiegħu.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 828 dwar il-proġett ta’ Għar Lapsi wara l-maltempata Harry, tista’ l-Ministru tagħti aġġornament fuq it-tielet fażi ta’ dan il-proġett?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għat-tielet fażi tax-xogħlijiet f’Għar Lapsi li tinvolvi l-interventi meħtieġa fuq il-blat perikoluż, ġew konklużi l-istudji ġeotekniċi u tħejjew proposti għall-interventi meħtieġa. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jiffinalizza l-method statements u l-bill of quantities meħtieġa sabiex ikun jista’ jqabbad kuntrattur speċjalizzat biex iwettaq dawn ix-xogħlijiet.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 828 dwar il-proġett ta’ Għar Lapsi wara l-maltempata Harry, tista’ l-Ministru tgħid jekk it-tieni fażi ta’ dan il-proġett, li beda f'nofs Lulju u li kellu jieħu 34 ġimgħa, għadux 'on track' li jitlesta fiż-żmien mogħti?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tieni fażi tal-proġett ta’ Għar Lapsi tinsab għaddejja skont il-pjan u x-xogħlijiet mistennija jitlestew fiż-żmien previst.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 988 fejn intqal li “x-xogħlijiet fi Triq Blat il-Qamar, is-Siġġiewi, huma maħsuba li jibdew hekk kif jitlesta ix-xogħol kollu ta’ twessiegħ fi Triq Bur il-Kbir u t-triq tkun aċċessibbli fuq żewġ karreġġjati” u fid-dawl li Infrastructure Malta ħabbret li Triq Bur il-Kbir ser tkun miftuħa fil-ġranet li ġejjin, jista’ l-Ministru jagħti data meta ser jibda ix-xogħol fi Triq Blat il-Qamar, liema xogħol kien diġà skedat u l-kuntrattur ġie magħżul?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2973 u 3307 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għas-Saħħa – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2972 u 3306 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2971 u 3305 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2970 u 3304 u jgħid f’kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2969 u 3303 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2968 u 3302 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malti (AIMS) li fihom ġew diskussi u deċiżi r-rifużjonijiet ta’ allowances imħallsa lill-Kapijiet Eżekuttivi li okkupaw din il-kariga bejn Jannar 2022 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li ma saru l-ebda tali rifużjonijiet ta’ allowances lill-Kapijiet Eżekuttivi.
Jista’ l-Ministru jelenka l-lista ta’ kuntratturi li taw is-servizzi tagħhom waqt il-European Week of Sport 2026? Jista’ jgħid x’tip ta’ servizzi taw u kemm tħallsu, inkluż il-kantanti u l-mużiċisti li ħadu sehem?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport hija inizjattiva tal-Unjoni Ewropea biex tressaq nies ta’ kull età u ħila lejn l-isport u l-attività fiżika. Aktar minn 64 organizzazzjoni sportiva, 30 kunsill lokali, diversi postijiet tax-xogħol u 46 skola ħadu sehem f’total ta’ aktar minn 150 attività, kollha ffinanzjati minn €54,769.55 (excl.VAT) f’fondi Ewropej.
AIMS – Rapporti amministrattivi u finanzjarji annwali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti amministrattivi u finanzjarji annwali tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malti (AIMS) għas-snin 2023, 2024 u 2025?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li r-rapporti se jkunu ppubblikati wara li jitlestew il-proċessi interni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-Onorarja taċ-Chairman, Viċi Chairman u l-membri tal-Bordijiet ta’ SportMalta u tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malti (AIMS) fis-snin 2023, 2024, 2025 u kemm hi attwali fis-sena 2026?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-membri kollha tal-bordijiet jiġu remunerati skont il-Manwal tal-kategorizzazzjoni, klassifikazzjoni u rumenerazzjoni ta’ bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern.
Kopja tal-manwal diga tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Atleti, kowċis u uffiċjali sportivi Maltin – Miżuri ta’ protezzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri beħsiebu jieħu sabiex jiżgura li l-atleti, il-kowċis u l-uffiċjali sportivi Maltin ikunu protetti minn kull forma ta’ indħil politiku, pressjoni indebita jew żvelar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni, u sabiex każijiet simili jiġu investigati b’mod indipendenti u trasparenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 3475.
It-tim nazzjonali tal-waterpolo – Investigazzjonijiet – Komunikazzjonijiet mal-midja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, SportMalta jew xi entità oħra taħt ir-responsabbiltà tiegħu għamlux xi komunikazzjoni mal-midja dwar l-investigazzjonijiet relatati mat-tim nazzjonali tal-waterpolo qabel ma din l-informazzjoni saret pubblika? Jekk iva, jista’ jispeċifika d-dati, l-entitajiet involuti u n-natura ta’ dawn il-komunikazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 3475.
Skejjel tal-Istat – Deputy Heads of School – Postijiet vakanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Deputy Heads of Schools neqsin jew postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Istat sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li sal-ġurnata li fiha ġiet imwieġba din il-mistoqsija parlamentari kien hemm għoxrin (20) post għal Deputati Kapijiet tal-Iskejjel li l-proċess ta' ingaġġat huwa għaddej u ġie mtawwal minħabba proċess tal-appell.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skrivani neqsin jew postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Istat sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistaqsija parlamentari hemm wieħed u għoxrin (21) postijiet għal-skrivani fl-iskejjel tal-Istat li ħerġin is-sejħiet ghalihom.