Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità Maltija għat-Turiżmu - Promozzjoni ta’ siti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tikkollaborax mal-Kummissjoni Maltija għall-Films u Heritage Malta sabiex tippromwovi siti storiċi li dehru f’films u produzzjonijiet televiżivi bħala parti mill-offerta tat-turiżmu kulturali ta’ Malta? Jekk iva, jista' jagħti dettalji ta’ dawn l-inizjattivi mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu tippjana l- promozzjoni ta’ pajjiżna madwar id-dinja ġeografikament għall-pajjiżi individwali, fejn tiffoka fuq niċeċ u udjenzi magħżula, skont l-interessi u l-profil ta’ l-udjenza.  F’dawn l-aħħar snin, in-niċċa ta’ film tourism, tatna l-opportuita’ li nirreklamaw pajjiżna wara li siti storiċi u lokalitajiet ikunu dehru f’films u produzzjonijiet viżivi.

Awtorità tal-Ippjanar - Linji gwida għall-industrija tal-films

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għandhiex linji gwida li jqisu l-importanza ta’ siti storiċi għall-industrija tal-films meta tevalwa proposti għal interventi li jistgħu jbiddlu l-karatteristiċi viżivi jew arkitettoniċi tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Charging points pubbliċi ġodda

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1895 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbliu u tgħid kemm-il charging point pubbliku ġdid ġie installat kull sena mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom huma operattivi llum?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hawn 646 charging point li l-pubbliku jista’ juża mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Minnhom 578 huma responsabbiltà tal-Climate Action Authority u l-oħrajn huma ta’ operaturi privati. Minn dawn, hemm 438 charging point li kienu installati fl-aħħar ħames snin u li kollha huma operattivi.

Proġetti infrastrutturali – Transport impact assessments

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1890 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u jgħid kemm hemm proġetti infrastrutturali li qed isiru mingħajr transport impact assessment?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-Awtorita tal-Ippjanar titlob Traffic Impact Assessment għal proġetti ta’ żvilupp maġġuri li jaqgħu taħt il-kriterji kif stabliliti u kif inhu stipulat fiċ-cirkulari għall-Periti CIR 1/15. Proġetti infrastrutturali ma jaqgħux taħt waħda mill-kriterji stabbiliti fiċ-ċirkularili CIR 1/15 u għalhekk, waqt il-proċess ta’ applikazzjonijiet ta’ proġetti infrastrutturali , ma jintalabx studju ta’ Traffic Impact Assessment mill-Awtorita’ tal-Ippjanar.

Transport Malta u Malta Public Transport – Penali mħallsa lill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1888 u jgħid kemm tħallsu penali lill-Gvern, mill-Malta Public Transport u kemm tħallsu penali lill-Malta Public Transport fl-aħħar ħames snin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Malta Public Transport – KPIs mhux milħuqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1887 u jgħid kemm-il darba Malta Public Transport naqset milli tilħaq il-KPIs tagħha u x’penali ġew imposti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-informazzjoni mitluba tisab diġa disponibbli u pprovduta fil-kuntratt li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Trasport pubbliku – Vjaġġi skedati li ma twettqux

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1886 u jgħid kemm-il vjaġġ skedat tal-linja ma twettaqx matul kull xahar tal-aħħar sentejn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skont l-informazzjoni disponibbli, ir-rata ta’ twettieq tas-servizz tat-trasport pubbliku għal kull xahar matul il-perjodu mitlub kienet kif tidher fit-tabella segwenti: Twettieq Xahar 2024 2025 2026 Jannar 99.36% 99.17% Frar 99.27% 99.05% Marzu 98.46% 98.98% April 99.51% 99.42% Mejju 99.53% 99.06% Ġunju 98.49% 99.03% 99.34% Lulju 98.96% 99.23% 99.10% Awissu 99.51% 99.49% Settembru 99.28% 99.55% Ottubru 99.47% 98.97% Novembru 99.19% 99.24% Diċembru 99.03% 99.15%

POYC – Tqassim tal-mediċini

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’sar mill-wegħda dwar it-tqassim tal-mediċini tal-POYC?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif taf tajjeb il-wegħda tat-tqassim tal-mediċini permezz tal-Pharmacy of Your Choice twettqet, tant li hi stess staqsiet fuq it-tħaddim tal-iskema f'diversi Mistoqsijiet Parlamentari fis-Seduta suċċessiva.

Free Medical Aid – Mediċini out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm mediċini li jistgħu jinġiebu bil-Free Medical Aid (Kartuna r-Roża) li huma out of stock bħalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li minn 255 mediċina li jinġiebu bil-Free Medical Aid, hemm waħda li mhix disponibbli bħalissa.

Proċeduri fil-ġimgħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm minn dawn il-proċeduri jsiru kull ġimgħa: i.     Sleeve gastrectomy (gastric sleeve); ii.    Gastric bypass; iii.    Adjustable gastric band; iv.    Intragastric balloon; u v.     Endoscopic sleeve gastroplasty?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 2988.

Proċeduri – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal dawn il-proċeduri: i.    Sleeve gastrectomy (gastric sleeve); ii.    Gastric bypass; iii.    Adjustable gastric band; iv.    Intragastric balloon; u v.    Endoscopic sleeve gastroplasty?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 2988.

Proċeduri – Sena 2026

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru minn dawn il-proċeduri mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari: i.     Sleeve gastrectomy (gastric sleeve); ii.    Gastric bypass; iii.    Adjustable gastric band; iv.    Intragastric balloon; u v.     Endoscopic sleeve gastroplasty?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 2988.

L.S. 591.05 – Regolamenti dwar l-Intelliġenza Artifiċjali

Question

B’referenza għall-ħidma relatata mal-L.S. 591.05 - Regolamenti dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, jista’ l-Ministru jgħid: i.   kemm huwa n-numru ta’ uffiċjali fi ħdan il-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) li huma involuti fit-twettiq tan-normi stabbiliti fil-L.S. 591.05, u għal kull każ jgħid x’inhu r-rwol tiegħu; ii.  kemm saru lmenti, jekk saru, a tenur tar-Regolament 10 tal-L.S. 591.05, u għal kull ilment jgħid dwar xiex kien u x’inhu l-istatus attwali tiegħu; u iii.  jekk s’issa ttieħdux passi regolatorji a tenur tal-L.S. 591.05? Jekk iva, x’kienu dawn il-passi u x’inhu l-istatus attwali ta’ kull każ li dwaru ttieħdu tali passi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) hija l-awtorità kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-funzjonijiet assenjati lilha skont ir-Regolamenti dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (L.S. 591.05). L-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti titwettaq permezz tal-istrutturi amministrattivi u operattivi eżistenti fi ħdan l-Awtorità, skont il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-uffiċjali tagħha. L-Awtorità wettqet attivitajiet ta’ superviżjoni, inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni u varat servizz ta’ appoġġ u għajnuna għall-industrija. Ta’ min jinnota li d-dispożizzjonijiet relatati mas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali b’riskju għoli se jibdew japplikaw gradwalment f’Diċembru 2027 u Awwissu 2028, skont il-kategorija ta’ obbligi kkonċernata. Għaldaqstant, il-passi li ttieħdu ma wasslux għall-ħtieġa ta’ azzjonijiet ta’ infurzar. Għar-rigward ta’ ilmenti validi riċevuti, infurmat li r-risposta hija fin-negattiv.

REWS – Swimming pools mhux reġistrati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew identifikati swimming pools li ma kinux reġistrati mar-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS) u li ma kinux qegħdin iħallsu l-liċenzja annwali, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll x’azzjonijiet ittieħdu dwarhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

REWS – Swimming pools mhux reġistrati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’azzjoni jieħu r-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS) sabiex jiġu identifikati swimming pools li mhumiex reġistrati u mhumiex iħallsu liċenzja? Tista’ tgħid ukoll x’azzjoni tittieħed meta jiġu identifikati każijiet bħal dawn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) iwettaq verifiki regolari sabiex jiġu identifikati pixxini li mhumiex reġistrati u li għalihom ma tkunx qiegħda titħallas il-liċenzja annwali dovuta. Għal dan il-għan, ir-Regolatur juża sistemi ta’ informazzjoni u data disponibbli, inkluż informazzjoni ġestita mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll għodod oħra ta’ verifika li jassistu fl-identifikazzjoni u l-ispezzjoni tal-pixxini. Meta jiġu identifikati pixxini potenzjalment mhux reġistrati, isiru l-verifiki neċessarji u s-sidien jiġu kkuntattjati sabiex jiġu infurmati bl-obbligi tagħhom fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-pixxina u l-ħlas tal-liċenzja applikabbli. Ir-Regolatur iwettaq ukoll verifiki dwar il-karatteristiċi tal-pixxina, inkluż il-volum ta’ ilma u l-użu tagħha, u joħroġ il-kontijiet dovuti, inkluż għal perjodi preċedenti fejn applikabbli. F’każijiet fejn il-pożizzjoni ma tiġix regolarizzata, ir-Regolatur jieħu l-passi meħtieġa skont il-liġi sabiex jiżgura l-osservanza tal-obbligi regolatorji applikabbli.

Għawdex – Provvista tal-elettriku – Pjan ta’ azzjoni

Question

Tista’ l-Ministru, wara l-inċident ta’ qtugħ fil-provvista tal-elettriku li affettwa lil Għawdex fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2026, tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjan ta’ azzjoni b’miżuri, budgets u dati ta’ implimentazzjoni biex jiġi żgurat li l-provvista tal-elettriku f’Għawdex ikollha livell ogħla ta’ redundancy u resilience?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Għawdex – Ħsarat fil-feeders tal-elettriku – Risk register

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-possibbiltà ta’ simultaneous failure ta’ aktar minn feeder wieħed lejn Għawdex kinitx inkluża fir-risk register tal-Enemalta qabel it-28 ta’ Awwissu 2026, x’rating kellu dan ir-riskju u x’mitigation measures kienu ġew identifikati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Provvista tal-elettriku – Investimenti fin-network f’Għawdex

Question

Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet tal-Gvern fl-2025 li l-investimenti fin-network Għawdxi kellhom iwasslu għal provvista “aktar stabbli u affidabbli” u jtejbu r-reżiljenza, tista’ l-Ministru tispjega kif dawn id-dikjarazzjonijiet huma rikonċiljabbli mal-fatt li failure ta’ żewġ feeders wassal biex parti kbira minn Għawdex damet sigħat twal mingħajr provvista tal-elettriku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Tfal esposti għal vjolenza domestika – Terapija speċjalizzata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-medja tal-‘waiting time’ biex tifel jew tifla li jkunu esposti għal vjolenza domestika jingħataw terapija speċjalizzata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.