Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2025?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda rapporti ta' fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tagħha fl-2025?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2025 il-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili kif inhu kompost illum ma kienx iffurmat. Madanakollu ma jirriżultax li fis-sena msemmija kien hemm xi rapport ta’ fastidju sesswali fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu llum.
Membri tal-Korp tal-Pulizija – Miżuri ta’ protezzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm membri tal-Korp tal-Pulizija sfaw vittmi ta’ aggressjoni fiżika jew ġarrbu ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijiethom bejn l-2021 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-membri tal-Korp tal-Pulizija?
Persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali – Appoġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku, counselling u gwida qed jiġu offruti mill-Gvern lill-familjari ta’ persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali, partikolarment dawk li jieħdu ħsiebhom ta’ kuljum?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’miżuri konkreti qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tas-suwiċidju f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni jinsabu attwalment fuq il-lista ta’ stennija għas-servizzi tas-saħħa mentali offruti mill-Gvern, x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija għal dawn is-servizzi, u kif qed jiġi assigurat li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw għajnuna psikoloġika immedjata?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 940, minħabba l-fatt li l-parkeġġ fil-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala se jkun bla ħlas, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm kumpens għas-sid ta’ din l-art?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1273 u jgħid kemm hemm kunsilli lokali li jużaw il-fondi li għandhom ġewwa l-planning fund allokat għall-kunsill lokali tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 896 u 2016 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u lill-Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi u jgħid kemm-il persuna applikat għall-iskema ‘Buying Energy-Efficient Homes’ sa issa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħaż-Żabbar – St. Peter’s Area – Bus stop ‘Marżebb’
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35572 tal-14-il Leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu x-xogħlijiet fuq il-bus stop ‘Marżebb’ li jinsab f’St. Peter’s Area f’Ħaż-Żabbar?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li x-xogħlijiet relatati mal-bus stop ‘Marżebb’, li jinsab f’ St. Peter’s Area f’Ħaż-Żabbar għadhom mhux konklużi, hekk kif bħalissa qed jistennew ix-xogħlijiet konnessa mal-installazzjoni min-naħa tal-kumpanija Faces Ltd.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35571 tal-14-il Leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fix-Xatt tar-Rinella, il-Kalkara, wara l-ħsarat ikkawżati mill-maltempata ta’ Jannar li għadda?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet fil-Bajja tar-Rinella għaddejjin bħalissa, u fil-ġimgħat li ġejjin huwa mistenni li jerġa’ jinfetaħ l-ewwel nofs tal-bajja, fejn ix-xogħlijiet kienu bdew aktar kmieni din is-sena. Malli din il-parti tkun miftuħa għall-pubbliku, huwa ppjanat li jibda x-xogħol fuq in-nofs l-ieħor tal-bajja, bil-għan li x-xogħlijiet fuq il-ħitan tal-bajja jkunu lesti għas-sajf li ġej.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti – Laqgħat tal-bord u minuti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, u meta tlaqqa' dan il-bord fil-perjodu bejn Jannar 2025 u Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk itteħdux il-minuti f’kull laqgħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat kollha li saru f'dan il-perjodu?
Iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti – Laqgħat tal-bord u minuti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti u meta tlaqqa' fil-perjodu bejn Jannar 2025 u Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk itteħdux il-minuti f’kull laqgħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat kollha li saru f'dan il-perjodu?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant liċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, kif inhu stabbilit bil-liġi, m’għandux board tiegħu.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – Membri u laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, meta ġew appuntati u sa meta jagħlaq it-terminu tagħhom? Jista' jgħid ukoll meta saret l-aħħar laqgħa ta' konsultazzjoni bejn il-Kunsill u l-pubblikaturi lokali kif ukoll jelenka liema Djar tal-Pubblikazzjoni attendew għal din il-laqgħa?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa dak kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern no. 21,492 tat-22 t’Awwissu 2025, fejn qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal aħħar laqgħa ta’ konsultazzjoni kien hemm preżenti 11-il rappreżentant min-naħa tal-pubblikaturi lokali.
Valletta Cultural Agency – Laqgħat tal-bord u minuti
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta tlaqqa' l-bord tal-Valletta Cultural Agency fil-perjodu bejn Jannar 2025 u Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk itteħdux il-minuti f’kull laqgħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat kollha li saru f'dan il-perjodu?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3044 u jgħid minn min huwa kompost il-Bord Editorjali tal-PBS? Jista’ jgħid ukoll minn meta beda u meta jiskadi t-terminu ta’ kull membru tal-istess bord, u x’inhi r-remunerazzjoni finanzjarja ta’ kull membru?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord Editorjali tal-PBS huwa dak kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern no. 21,593 tas-27 ta’ Frar 2026, fejn qed inpoġġi Screen shot tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-remunerazzjoni annwali ssegwi strettament il-klassifika stabbilita’ fil-Manwal għall-istabbiliment tal-qafas għall-kategorizzazzjoni, il-klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni ta’ bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern, liema kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Vetturi elettriċi – Iċċarġjar f’garaxxijiet ma’ djar privati
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx rati favorevoli jew skemi oħra fis-seħħ, li minnhom jistgħu/qegħdin jibbenefikaw sidien ta' vetturi elettriċi li jiċċarġjaw il-vetturi tagħhom f’garaxxijiet privati mad-djar tagħhom, bl-istess meter tal-elettriku li jforni lid-djar privati? Tista' tgħid ukoll jekk dawn is-sidien humiex qed jinqabdu b'rati tal-elettriku ogħla minħabba li bl-iċċarġjar tal-vetturi qed jinqabeż l-ammont ġeneralment ikkonsmat mill-użu tad-djar biss?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tal-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f’residenzi privati, japplikaw ir-rati u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Electricity Connection and Supply Regulations (ECSR). Hija għażla tal-klijent jekk jinstallax meter dedikat għall-iċċarġjar ta’ vettura elettrika. Fejn jiġi installat tali meter, tapplika rata off-peak ta’ €0.1298/kWh, filwaqt li barra l-ħinijiet off-peak japplikaw it-tariffi residenzjali normali skont kif stabbiliti fl-ECSR.
Birżebbuġa – Triq iż-Żurrieq – Distribuzzjoni tal-elettriku
Question
B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, tista' l-Ministru tgħid jekk sarux, jew hemmx il-ħsieb li jsiru, ix-xogħlijiet neċessarji sabiex id-distribuzzjoni tal-elettriku issir minn taħt l-art?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-preżent l-Enemalta m’għandhiex ippjanati tali xogħlijiet.
Birżebbuġa – Triq iż-Żurrieq – Xogħlijiet – Ċertifikati
Question
B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra iċ-ċertifikati ta' kwalità u/jew konformità għax-xogħlijiet li diġà saru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li preżentament il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed twettaq spezzjonijiet permezz ta’ CCTV fuq il-mejnijiet li qed jitpoġġew waqt ix-xogħlijiet biex tiżgura li dawn qegħdin jiġu installati f’konformità mal-proċeduri stabbiliti. Meta ix-xogħol ikun finalizzat terġa’ ssir spezzjoni oħra finali fejn jiġi ċċertifikat ix-xogħol kollu.
Birżebbuġa – Triq iż-Żurrieq – Xogħlijiet – Ċertifikati
Question
B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra iċ-ċertifikati ta' kwalità u/jew konformità għax-xogħlijiet li diġà saru?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Birżebbuġa – Triq iż-Żurrieq – Sistema tad-drenaġġ
Question
B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, tista' l-Ministru tgħid kif u xiex ser jinbidel fis-sistema tad-drenaġġ, b'kemm ser tiżdied il-kapaċità tas-sistema u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi proġett estensiv fejn qed isir bdil tal-mejnijiet tad-drenaġġ eżistenti kollha biex titjieb l-effiċjenza tan-network eżistenti.