Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tfal f’foster families

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal bħalissa f'foster families f'Malta u Għawdex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li, n-numru ta’ tfal u żgħażagħ fil- Foster Care , f’Malta u Għawdex, huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Numru totali ta’ tfal u żgħażagħ fil-Foster Care: 268 Bniet 166 (16 minnhom huma ’l fuq minn 18-il sena) Subien 102 (8 minnhom huma ’l fuq minn 18-il sena)

San Pawl il-Baħar – Proġett tal-mina

Question

B'referenza għall-proġett tal-mina f'San Pawl il-Baħar, tista' l-Ministru tagħti rendikont tax-xogħlijiet li twettqu sal-lum, ix-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru u tindika x'inhu l-istadju li jmiss fl-implimentazzjoni tal-proġett?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet li tlestew jinkludu l-kostruzzjoni tal-jacking u receiving shafts, aġġustamenti fil-mina minħabba l-infiltrazzjoni tal-ilma, kif ukoll saru konnessjonijiet oħra man-network eżistenti tad-drenaġġ.  Ix-xogħlijiet li fadal jinkludu t-tlestija ta’ xogħlijiet fil-mina bl-ewwel Lot dieħel fil-fażi finali tiegħu filwaqt li għaddejjin ix-xogħlijiet tal-microtunnelling. Meta jitlesta, dan il-proġett se jkun qiegħed iservi bħala l-infrastruttura ewlenija tas-sistema tad-drenaġġ fiż-żona.

San Pawl il-Baħar – Triq Cassarino – Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' xogħlijiet qed isiru fi Triq Cassarino, f’San Pawl il-Baħar, f'liema stadju waslu u meta huma mistennija li jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet biex jinbidlu l-mejnijiet kemm tal-ilma kif ukoll tad-drenaġġ fit-triq indikata waslu fl-aħħar fażi.

San Pawl il-Baħar – Triq San Martin – Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' xogħlijiet qed isiru fi Triq San Martin, f’San Pawl il-Baħar, f'liema stadju waslu u meta mistennija jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2588.

Skejjel - Programmi ta' edukazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux programmi ta' edukazzjoni finanzjarja fl-iskejjel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-edukazzjoni finanzjarja hija integrata permezz ta' suġġetti bħall-Matematika, l-Istudji Soċjali u l-PSCD, fejn l-istudenti jiżviluppaw għarfien dwar l-immaniġġjar tal-flus, l-iffrankar u l-ibbaġitjar. Barra minn hekk, l-edukazzjoni finanzjarja tkompli tissaħħaħ permezz ta' diversi inizjattivi u programmi, fosthom iċ-Centre of Excellence, ĠEMMA Outreach, il-programmi edukattivi tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Financial Literacy Challenge, kif ukoll il-programm MoneyWise ta' Aġenzija Żgħażagħ, li huwa programm ta' edukazzjoni mhux formali akkreditat.

Skejjel - Programmi ta' edukazzjoni diġitali u sigurtà online

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux programmi ta' edukazzjoni diġitali u sigurtà online fl-iskejjel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għall-Litteriżmu Diġitali u Ħiliet Trasversali jimplimenta diversi programmi u inizjattivi ta' edukazzjoni diġitali u sigurtà online fl-iskejjel. Dawn jinkludu attivitajiet għall-istudenti u taħriġ kontinwu għall-edukaturi biex jippromwovu ċ-ċittadinanza diġitali, l-użu responsabbli tat-teknoloġija u s-sigurtà online. Dawn l-inizjattivi huma wkoll parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali 2025–2030, li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kompetenzi diġitali tal-istudenti u tal-edukaturi. Infurmat ukoll li d-Direttorat għall-Wellbeing Services, permezz tat-tim kontra l-bullying, jintervjeni wkoll f'każijiet ta' bullying ta' natura diġitali jew online, billi jipprovdi appoġġ kemm lill-vittmi kif ukoll lill-istudenti involuti.

Ministeru għas-Saħħa – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 683 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 975.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 682 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-Amministrazzjoni Pubblika qed timplimenta ċentralment l-Intelliġenza artifiċjali permezz tal-iskjerament tal-copilot tal-Microsoft 365, taħt is-superviżjoni tal-MITA. Aktar minn 12,500 uffiċjal pubbliku ngħataw aċċess għas-servizz, li jappoġġja l-abbozzar u r-reviżjoni tad-dokumenti, l-analiżi tal-informazzjoni, is-sommarji tal-laqgħat, il-preżentazzjonijiet, il-komunikazzjoni u l-produttivita ’. Il-MITA tuża wkoll il-kapaċitajiet tal-Intelliġenza artifiċjali biex tappoġġa l-iżvilupp tas-software, is-cybersecurity, il-monitoraġġ tas-servizz u l-awtomatizzazzjoni amministrattiva. B’ mod simili l-Aġenzija Servizz.gov topera chatbot li jħares lejn il-pubbliku żviluppat bl-użu tal-Microsoft copilot Studio, disponibbli permezz tas-sit web tal-Servizz.gov biex iwieġeb mistoqsijiet dwar is-servizzi tal-Gvern u jidderieġi lill-utenti għall-informazzjoni rilevanti u s-servizzi online. Sadanittant  billi l-AI huwa suġġett li jinbidel il-ħin kollu, il-Gvern qed iwettaq aġġornamenti kontinwi tal-politika tiegħu.

Digitalise your SME – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-komponent tal-Intelliġenza Artifiċjali taħt l-iskema "Digitalise your SME" sal-lum, maqsuma skont is-settur ekonomiku?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sal-aħħar ta’ Settembru 2026, ġew sottomessi 180 applikazzjoni taħt l-iskema Digitalise your SME, li 35 minnhom kienu jinkludu component tal-Intelligenza Artifiċjali. Dettalji tas-setturi ekonomiċi jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt: Economic Sector Applications with AI component Accommodation & Food Service Activities 2 Administrative & Support Services Activities 2 Arts, Sports and Recreation 1 Education 2 Financial & Insurance Activities 1 Human Health & Social Work Activities 1 Manufacturing 5 Professional, Scientific & Technical Activities 8 Publishing, Broadcasting, & Content Production & Distribution Activities 1 Real Estate Activities 1 Telecommunication, Computer Programming, Consulting, Computing Infrastructure & Other Information Service Activities 2 Wholesale & Retail 9 Total 35

Reġistru tan-Negozji – Kumpaniji imħassra – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet imħassra mir-Reġistru tan-Negozji minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi legali matul l-aħħar tliet snin, maqsuma skont is-sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Sena Numru ta Kumpaniji 2023 2,658 2024 713 2025 2,080

Reġistru tan-Negozji – Reġistrazzjonijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-medja taż-żmien li r-Reġistru tan-Negozji jieħu sabiex jipproċessa reġistrazzjoni ġdida, annual return u notifika ta’ bidla, maqsuma skont it-tip ta’ servizz?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, meta r-Reġistru tan-Negozji jirċievi dokumenti jew notifiki li jkunu konformi mar-rekwiżiti legali u li ma jkunux jeħtieġu korrezzjonijiet jew emendi ulterjuri, il-proċess tal-ipproċessar isir fi żmien ta’ tliet sighat fil-każ ta’ reġistrazzjoni ġdida. Fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ annual return, il-proċess normalment jitlesta fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xoghol, filwaqt li notifiki relatati ma’ bidliet jiġu pproċessati fi żmien ġurnata jew jumejn.

Impjegati mal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-grad, il-pożizzjoni u l-ministeru jew entità fejn ġew assenjati dawk il-persuni li ġew impjegati mal-Gvern fi Frar, Marzu, April u Mejju 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 289.

Impjiegi mal-Gvern – Ingaġġi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li ġew impjegati mal-Gvern fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April u Mejju 2026 ġew ingaġġati permezz ta’ sejħa pubblika u kemm ġew ingaġġati mingħajr sejħa pubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 291.

Impjiegi mal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-impjiegi mal-Gvern li ngħataw fi Frar, Marzu, April u Mejju 2026 kienu: i.    full-time; ii.   part-time; iii.  positions of trust; u iv.  direct orders jew direct engagement?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-persuni li ġew ingaġġati mas-Settur Pubbliku bejn Frar u Mejju 2026 , ġew ingaġġati kif ġej: Numru ta' Impjegati- Tip ta' Ingaġġ Xhur Full time Part-Time Positions of Trust Direct orders/Direct Engagement Total Frar 110 4 18 8 140 Marzu 126 8 12 5 151 April 133 11 13 8 165 Mejju 67 0 1 6 74 Total 436 23 44 27 530

Impjiegi mal-Gvern u entitajiet governattivi – Lista dettaljata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-impjiegi kollha li ngħataw mal-Gvern, ministeri, segretarjati parlamentari, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 289

Persuni impjegati mal-Gvern u entitajiet governattivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata mal-Gvern jew ma’ entitajiet governattivi matul ix-xhur ta’ Frar, Marzu, April u Mejju 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li bejn Frar u Mejju 2026 spiċċaw 344 persuna mill-impieg tagħhom fis-Settur Pubbliku, filwaqt li ġew ingaġġati  530 persuna , l-parti kbira tagħhom daħlu jaħdmu fis-setturi tas-saħħa, sigurta u l-edukazzjoni.

Elezzjoni Ġenerali 2026 – Persuni li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija permezz ta’ programmi ta’ investiment

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni kisbu ċ-ċittadinanza Maltija f’dawn l-aħħar għaxar snin permezz ta’ programmi ta’ investiment u jekk dawn kinux eliġibbli biex jivvutaw fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali?

Response (ABELA, ROBERT)

Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru.  Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Health and Safety Officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tagħha u jekk le, għaliex?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi Health and Safety Officer li impjegat full time mhuwiex rikwest mill-liġi. Mandanakollu, għarfien rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2024?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Ninsab infurmata li ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili, fl-2024.