Jista' l-Ministru jgħid għalfejn Transport Malta qed tibni tip ta' ħitan bi blokok kbar tal-ġebel (ritratt anness), minflok b'ħitan tas-sejjieħ skont is-sengħa li jikkumplimentaw il-pajsaġġ Malti?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni (BCA) għal reklami jew spots ta' informazzjoni kull sena, minn kemm ilha li twaqqfet l-Awtorità fl-2021? Jista’ jgħid ukoll, skont il-każ, fuq liema media saru u kemm tħallset kull mediahouse/gazzetta/stazzjon tar-radju/stazzjon tat-televiżjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Stabbilimenti u każini – Mużika qawwija – Ħinijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid sa x'ħin tista' tindaqq mużika qawwija minn stabbilimenti jew każini, kemm matul is-sena, kemm f'avvenimenti speċjali bħall-aħħar tas-sena u l-Milied, u kemm fi żminijiet partikolari bħal żmien il-festa? Jista' jgħid ukoll jekk issirx differenza bejn stabbilimenti skont il-post fejn qegħdin (żona residenzjali jew le)?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li jekk l-Onor. Membru qed jirreferi għal avvenimenti ta’ darba fuq ġewwa, organizzati fi stabbilimenti jew każini, li jinvolvu daqq ta’ mużika, dawn huma rregolati mill-Artikolu 10 tal-Att dwar il-Liċenzji Kummerċjali (Kap. 441 tal-Liġijiet ta’ Malta), sakemm il-post ma jkunx diġà liċenzjat għal dak it-tip ta’ divertiment.
F’dawn il-każijiet, hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel mill-Pulizija. Dawn l-avvenimenti jistgħu jibqgħu għaddejjin sas-2:00 ta’ filgħodu, sakemm il-permess maħruġ mill-Pulizija ma jispeċifikax ħin aktar kmieni. Il-Pulizija tista’ wkoll timponi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet oħra fil-permess, li għandhom jiġu osservati mill-organizzaturi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Proprjetajiet mikrija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fid-dekasteru li jien responsabbli minnu hemm 43- il propjeta’ li hija mikrija mill-Gvern inkluż il-binja tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru,2 ċentri tas-servizz.gov mingħand l-Arċidjoċesi ta’Malta u 8 proprjetajiet li huma b’kirja mingħand il-privat.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ passiġġieri li għamlu użu mill-karozzi tal-linja mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard u l-Imtarfa (telgħu fuq il-karozza tal-linja minn dawn il-lokalitajiet), bejn l-2020 u l-2025, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jinnota li ż-żieda fin-numru ta’ passiġġieri li għamlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku f’dawn il-lokalitajiet, b’mod partikolari matul l-aħħar tliet snin tal-perjodu indikat, għandha titqies ukoll fid-dawl tal-investiment kontinwu li sar fis-servizz tat-trasport pubbliku.
Fil-fatt, matul dawn is-snin ġew introdotti diversi rotot ġodda u saru emendi sostanzjali f’rotot eżistenti, fosthom
TD3, TD1, X299, 207, 214, X300, 182, TD5, 101, 403, 404 u 405,
bil-għan li tissaħħaħ il-konnettività, titjieb l-aċċessibbiltà u s-servizz ikun aktar adattat għall-ħtiġijiet tal-komunitajiet rispettivi.
Għall-finijiet ta’ dawn il-figuri, għandu jiġi ċċarat li ċ-ċifri tal-Mellieħa jinkludu wkoll iċ-Ċirkewwa u l-Għadira, peress li dawn jagħmlu parti mil-limiti tal-Mellieħa; filwaqt li ċ-ċifri ta’ San Pawl il-Baħar jinkludu wkoll ix-Xemxija, Buġibba, il-Qawra u Burmarrad, peress li dawn jagħmlu parti mil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar.
Persuni li għandhom minn 60 sena ’l fuq – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom minn 60 sena ’l fuq sal-31 ta’ Diċembru 2025, fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard u l-Imtarfa, li kienu klassifikati bħala:
i. indipendenti;
ii. semi-indipendenti; u
iii. dipendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-NSO m’għandiex l-informazzjoni hekk kif mitlub fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti rreġistrati li għandhom liċenzja tas-sewqan valida fil-Mellieħa, San Pawl il Baħar, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard u l-Imtarfa bejn l-2020 u l-2025, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru totali ta’ vetturi privati u kummerċjali liċenzjati fil-Mellieħa, San Pawl il Baħar, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard u l-Imtarfa bejn l-2020 u l-2025, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hija l-enerġija medja kkunsmata u kemm tiswa (f’termini pekunjarji) għal kull metru kubu fil-produzzjoni ta’:
i. ‘new water’ mill-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ;
ii. ilma potabbli (tajjeb għax-xorb) prodott mill-impjanti RO/desalination; u
iii. ilma potabbli minn estrazzjoni mill-ilma tal-pjan (aquifer)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tindika l-proporzjonijiet tas-sorsi ta’ produzzjoni tal-ilma u tal-elettriku bejn l-2020 u l-2025, maqsuma sena b’sena, jiġifieri:
i. għall-ilma: estrazzjoni tal-ilma tal-pjan (aquifer), ilma minn impjanti tad-desalinizzazzjoni, u ‘new water’; u
ii. għall-elettriku: ġenerazzjoni lokali u enerġija permezz tal-interconnector?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx djar privati li jikru lil ċittadini barranin, ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) u ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE), u jekk iva, kemm?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx djar privati reġistrati li jikru lil ċittadini Maltin, u jekk iva, kemm?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekwiżiti marbuta mar-reġistrazzjoni huma dawk li jrid u jistipula l-Kap 604 tal-Liġijiet ta’ Malta.
L-informazzjoni msemmija fid-domanda mhijiex rekwiżit għall-fini ta’ reġistrazzjoni ta’ kuntratt ta’ kiri skont il-Kap 604 u għaldaqstant ma tinżammx mill-Awtorità.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 23896 tal-Erbatax-il Leġislatura u 679 ta' din il-Leġislatura dwar il-kmamar li hemm maġenb it-toilets fiċ-Ċirkewwa, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx jew hux qiegħda ssir diskussjoni mal-Ministru għal Għawdex, il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u/jew il-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli sabiex isir użu b’mod aktar bilanċjat mill-użu kurrenti tal-kmamar imsemmija u li jikkumplimentaw l-investimenti li saru fil-Park Marittimu fl-aħħar snin? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa essenzjali li dawn jibqgħu jintużaw mill-Kumpanija Gozo Channel meta din għandha aċċess għal faċilitajiet ferm ikbar fit-terminal taċ-Ċirkewwa u dawn il-kmamar huma maqtugħin ferm ’il bogħod miż-żoni prinċipali tal-operat tagħha? Minbarra li dawn ilhom is-snin f’idejn din il-kumpanija, jista’ jgħid jekk hemmx xi ġustifikazzjoni oħra li tbiegħed il-ħsieb li l-użu kurrenti hu ħela sfaċċat ta’ riżorsi?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm nies li mietu kawża ta’ sħana matul Lulju 2026?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond ir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet, in-numru ta’ persuni li mietu b’konsegwenza diretta tal-effett tas-sħana f’Malta u Għawdex f’Lulju ta’ 2026, kien ta’ għoxrin (20). Fil-biċċa l-kbira ta’ dawn il-każijiet, il-pazjenti kellhom ukoll kundizzjonijiet mediċi oħra li setgħu kkontribwew għall-mewt tagħhom
Kundizzjoni tal-Awtiżmu – Lista ta’ stennija għall-assessjar
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tfal fuq il-lista ta’ stennija biex isirilhom assessjar għall-kundizzjoni tal-awtiżmu?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ evalwazzjoni għall-awtiżmu/adhd fi ħdan CAYS ma jikkonsistix f’appuntament jew assessjar wieħed, iżda huwa parti minn proċess kliniku multidixxiplinarju li jinvolvi diversi stadji u professjonisti, skont il-ħtiġijiet individwali ta’ kull tifel u tifla.
Matul dan il-proċess, it-tfal jistgħu jkunu diġà qed jibbenefikaw minn evalwazzjonijiet, osservazzjonijiet kliniċi, konsultazzjonijiet u interventi minn professjonisti differenti, anke qabel ma tiġi konkluża l-evalwazzjoni dijanjostika għall-awtiżmu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tfal fuq il-lista ta’ stennija għas-Servizzi għat-Tfal, l-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ (CAYS)?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li fil-preżent, m’hemmx lista ta’ stennija għall-ewwel appuntament fi ħdan CAYS li jista jsir minn professjonisti varji. Ir-riferimenti jiġu skedati mal-ewwel punt ta’ kuntatt skont il-ħtiġijiet tal-każ.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk skont il-Patient Charter, wara kemm-il ġimgħa jew xahar, il-pazjent għall-MRI, bil-katarretti jew knee jew hip replacement għandu dritt ifittex rimedji privati bi spejjeż għall-Gvern?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ilha tistenna l-persuna li ilha l-aktar fuq il-lista ta’ stennija għal dawn l-interventi:
a. MRI;
b. Katarretti;
ċ. Knee replacement; u
d. Hip replacement?