Legislature:
Category:
Reset
Active:

PBS - Impjegati li għandhom rwol mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3299 u jgħid jekk hemmx impjegati tal-PBS, kif ukoll preżentaturi jew produtturi ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti mxandra fuq il-PBS, li fl-istess waqt jokkupaw xi kariga jew rwol mal-Gvern, ma’ Ministeru jew Segretarjat Parlamentari, jew ma’ xi bord, kumitat, entità jew aġenzija tal-Gvern, inkluż bħala persons of trust, konsulenti jew advisors?  Jekk iva, jista’ jagħti lista ta’ dawn il-persuni, l-irwol tagħhom mal-PBS jew fil-programm rispettiv, u r-rwol jew il-kariga l-oħra li għandhom mal-Gvern jew ma’ entità pubblika?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Din il-materja hija soġġetta għal proċeduri kostituzzjonali li l-Partit Nazzjonalista għażel li jiftaħ kontra l-ħaddiema tal-PBS u l-Awtorità tax-Xandir, li fihom l-istess Onorevoli Interpellant qiegħed jaġixxi bħala wieħed mill-avukati tal-parti rikorrenti, u għalhekk għandu interess professjonali marbut mal-interpellanza. Kif jistgħu jixhdu l-udjenzi tax-Xandir Nazzjonali, nirrimarka li l-iskeda tal-PBS hija waħda varjata u tinkludi programmi ta’ ġeneri differenti, li jkunu saħansitra prodotti minn terzi. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba mhijiex limitata għall-impjegati tal-PBS biss, iżda testendi wkoll għal preżentaturi u produtturi esterni, li jistgħu jkunu jaħdmu jew jipproduċu produzzjonijiet ma’ media houses varji, inkluż tal-Partit Nazzjonalista, u jkollhom impenji professjonali oħra. L-informazzjoni kif mitluba jkun għalhekk jeħtieġ eżerċizzju ta’ verifika individwali dwar il-karigi, ir-rwoli jew l-impjiegi l-oħra ta’ dawn il-persuni, inklużi dawk li mhumiex impjegati tal-PBS. Il-Gvern ma jaqbilx mal-istrateġija li qed taddotta l-Oppożizzjoni kontra professjonisti serji u ta’ fehmiet politiċi differenti, li qed jaqdu dmirhom fit-twassil ta’ informazzjoni bl-aktar mod serju.

TCNs - Permessi ġodda ta’ residenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3300 u jgħid kemm inħarġu permessi ġodda ta’ residenza lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) matul is-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi huma dawn l-individwi u kemm inħarġu permessi ġodda ta’ residenza lil ċittadini ta’ kull pajjiż?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Marsaskala – Tal-Fajtata – Parkeġġ – Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 983 dwar ix-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala fejn intqal li “fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ u tal-proċessi li għadhom għaddejjin, ma jkunx xieraq, li f’dan l-istadju, tiġi preġudikata l-pożizzjoni legali tal-Aġenzija dwar il-materja inkwistjoni” u tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1449 fejn intqal li “fuq l-art inkwistjoni ma sar l-ebda espropju”, jista’ l-Ministru jagħti aġġornamenti fuq il-proċeduri legali msemmija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Qormi – Triq San Bastjan – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet infrastrutturali fi Triq San Bastjan, Ħal Qormi, liema xogħlijiet kienu diġà ppjanati li jsiru fix-xhur li għaddew?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Enemalta rigward it-tisħiħ fid-distribution network f’Ħal Qormi, li abbażi tagħhom ser ikun hemm pjan ħolistiku ta’ xogħlijiet f’Ħal Qormi.

Is-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema – Rapporti relatati ma’ storbju, diżordni u mġiba antisoċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1751 u 2003 u jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet relatati ma' storbju eċċessiv, imġiba anti-soċjali, ġlied jew diżordni fiż-żoni residenzjali tas-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rapporti wasslu għal prosekuzzjonijiet jew għal xi forma ta’ azzjoni legali?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi t-tabelli hawn taħt juru każi ta’ ksur  ta’ bon ordni u paċi pubblika li ġew irrapurtati mal-Pulizija u rreġistrati fin-National Police System, f’San Ġiljan, is-Swieqi u tas-Sliema matul l-2024, l-2025 u sa l-15 ta’ Settembru 2026. Dawn il-figuri ma jinkludux ilmenti li jsiru mill-pubbliku lill-Pulizija waqt ir-rondi tagħhom, telefonati dirett lilhom jew tramite messaġġi fuq WhatsApp jew mezzi oħra fejn il-pulizija tintervjeni mill-ewwel fuq tali ilment. Ksur ta’ paċi u ordni pubblika San Ġiljan fis-snin 2024, 2025 and 2026 sa 15/09/2026 irreġistrati fin-NPS 2024 2025 2026 San Ġiljan 34 58 37 Swieqi 7 22 23 Sliema 32 17 21 Kontravenzjonijiet taħt il-Kodici Kriminali, Kap. 9, tal-Ligijiet ta’ Malta, mahruga mill-Pulizija mill-ewwel ta’Jannar, 2024 sas-15 ta’ Settembru f’ San Ġiljan, Sliema u Swieqi. ( tinkludi persuni mhux residenti f’Malta) 2024 2025 2026 San Giljan 3 22 302 Sliema 3 4 122 Swieqi 14 3 351

KM Malta Airlines – Servizzi ta’ konsulenza professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet KM Malta Airlines fuq servizzi ta’ konsulenza professjonali mill-bidu tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll: i.    jipprovdi l-isem tal-konsulenti jew tad-ditti li ngħataw dawn il-kuntratti; ii.   jipprovdi l-ammont imħallas lil kull wieħed minnhom; iii.  jgħid is-servizzi li għalihom ġew ingaġġati; u iv.  jgħid jekk dawn is-servizzi ngħatawx permezz ta’ sejħa għall-offerti, proċess kompetittiv jew b’għotja diretta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

KM Malta Airlines – Kontijiet finanzjarji awditjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kontijiet finanzjarji awditjati ta’ KM Malta Airlines, li twaqqfet fl-2023, ġewx approvati mill-Bord tad-Diretturi u ppreżentati lill-Malta Business Registry, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk le, jista’ jispjega r-raġunijiet għal dan id-dewmien, jindika jekk ingħatawx estensjonijiet addizzjonali u jagħti data sa meta dawn il-kontijiet huma mistennija li jiġu ppreżentati u ppubblikati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

POYC – Mediċina Insulin Aspart

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Insulin Aspart, li tingħata permezz tal-Programm tal-Gvern għall-Mediċini (POYC), kinitx indisponibbli għal perjodu ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat matul is-sena 2026? Jekk iva, jista’ jindika matul liema perjodu seħħet din in-nuqqas ta’ disponibbiltà, x’kienet ir-raġuni għaliha u jekk ġewx ipprovduti mediċini alternattivi lill-pazjenti affettwati, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fit-trattament tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-Insulina Aspart qatt ma kienet out of stock mill-POYC fl-2026.

POYC – Mediċina Perindopril

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Perindopril, li tingħata permezz tal-Programm tal-Gvern għall-Mediċini (POYC), kinitx out of stock għal perjodu ta’ seba’ ġimgħat matul is-sena 2026? Jekk iva, jista’ jindika matul liema perjodu seħħet din in-nuqqas ta’ disponibbiltà, x’kienet ir-raġuni għaliha u jekk il-pazjenti ngħatawx mediċini alternattivi?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-mediċina Perindopril 4mg qatt ma kienet out of stock mill-POYC fl-2026.

POYC – Mediċina Amlodipine

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Amlodipine, li tingħata permezz tal-Programm tal-Gvern għall-Mediċini (POYC), kinitx out of stock għal perjodu ta’ seba’ ġimgħat matul is-sena 2026? Jekk iva, jista’ jindika matul liema perjodu seħħet din in-nuqqas ta’ disponibbiltà, x’kienet ir-raġuni għaliha u jekk il-pazjenti ngħatawx mediċini alternattivi?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-mediċini Amlodipine 5mg u 10mg qatt ma kienu out of stock mill-POYC fl-2026.

Ħaż-Żebbuġ – Triq it-Twila – Ilmenti dwar duħħan eċċessiv

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk daħlux ilmenti relatati mas-saħħa pubblika u sanità rigward duħħan eċċessiv li joħroġ minn ċumniji fiż-żona ta’ Triq it-Twila f’Ħaż-Żebbuġ? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri ttieħdu?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li, wara li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva xi lmenti rigward emissjonijiet minn forn li jinsab fi Triq it-Twila, Ħaż-Żebbuġ, saru diversi spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Matul dawn l-ispezzjonijiet ma ġew osservati ebda rregolaritajiet fir-rigward tal-liġijiet u r-regolamenti sanitarji applikabbli. Konsegwentement, ma setgħet tittieħed ebda azzjoni ta’ infurzar minn dan id-Direttorat. Fid-dawl tan-natura tal-ilmenti u r-riżultat tal-ispezzjonijiet li saru, il-każ ġie riferut lill-Pulizija sabiex tieħu kwalunkwe azzjoni ulterjuri jew twettaq l-investigazzjonijiet li tqis meħtieġa min-naħa tagħha.

Studenti li ma jafux il-Malti – Miżuri ta’ appoġġ għat-tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex studenti li ma jafux il-Malti sew jingħataw l-appoġġ meħtieġ biex jitgħallmu l-lingwa Maltija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li studenti li jaslu Malta u ma jkunux kapaċi jikkomunikaw la bil-Malti u lanqas bl-Ingliż jattendu programm ta' Induction. Dawk l-istudenti li jkunu kapaċi jikkomunikaw b'waħda miż-żewġ lingwi uffiċjali imorru fil-Mainstream u jieħdu sapport addizzjonali fil-lingwa l-oħra Dan is-sapport jissejjaħ pull-out. Infurmat li L-International Learners' Directorate (ILD) jorganizza wkoll il-Language to Go, li huwa programm li jsir fis-sajf biex l-istudenti jiksbu aktar ħiliet fil-lingwa komunikattiva (Malti u Ingliż). Dan il-programm jibbenefikaw minnu l-istudenti internazzjonali.

Studenti internazzjonali – Lezzjonijiet tal-Malti flimkien ma’ studenti Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin li bħalissa qed jattendu l-istess lezzjonijiet tal-Malti ma’ studenti Maltin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqija parlamentari numru 3333.

Studenti internazzjonali – Lezzjonijiet tal-Malti flimkien ma’ studenti Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li bħalissa qed jgħallmu studenti Maltin u studenti internazzjonali tal-istess livell fl-istess klassijiet tal-Malti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-iskejjel tal-istat għandhom l-obbligu li joffru kull tagħlim neċċessarju inkluż il-linġwa maltija.

Programmi tat-tagħlim tal-Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programmi tat-tagħlim tal-Malti humiex adattati għal studenti li m’għandhomx il-Malti bħala l-ewwel lingwa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li studenti li m’għandhomx il-Malti bħala l-ewwel lingwa, hemm il-programmi tat-tagħlim apposta tal-Malti bħala lingwa barranija.

Studenti internazzjonali – Kompetenza fil-lingwa Maltija – Evalwazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx evalwazzjoni dwar il-livell tal-kompetenza fil-lingwa Maltija fost l-istudenti barranin fl-iskejjel tal-Istat, u jekk iva, jista’ jgħid kemm studenti ħadu sehem f’din l-evalwazzjoni u x’kienu r-riżultati miksuba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-istudenti barranin fl-iskejjel tal-Istat jiġu assessjati skont il-ħtiġijiet tagħhom u jingħataw is-sapport meħtieġ sabiex ikomplu jiżviluppaw il-kompetenzi lingwistiċi tagħhom. Dan anke permezz tal-International Learners Directorate. Dan il-proċess isir permezz ta’ diversi forom ta’ assessjar u monitoraġġ matul is-sena skolastika, kemm fil-livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju.

Skejjel tal-Istat – Guidance Teachers – Postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm guidance teachers neqsin jew postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Istat sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li s-servizz tal-guidance meħtieġ qed jingħata fl-iskejjel kollha bl-għalliema tal-guidance u bis-servizz tal-Blossom li jingħata mill-professjonisti.

Biomedical scientists - Uniformi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid ⁠jekk hemmx pjan biex il-ħaddiema tal-laboratorji (biomedical scientists) ikollhom uniformi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, huwa ppjanat li l-Biomedical Scientists jiġu provduti b’uniformi fil-futur.