Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forzi Armati ta’ Malta – Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jikkwantifika l-ammont ta’ investiment f’inġenji, f’apparat, f’munizzjon u fl-infrastruttura fil-Forzi Armati ta’ Malta, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2022 ’il hawn, l-investiment totali fil-Forzi Armati ta’ Malta f’inġenji, apparat, munizzjon u infrastruttura ammonta għal €76 miljun, li minnhom €7.5 miljun intefqu matul is-sena 2026, sal-aħħar ta’ Settembru

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jikkwantifika l-ammont ta’ investiment f’inġenji, f’apparat u fl-infrastruttura fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2022 ’il hawn, l-investiment totali fi ħdan id- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’inġenji, f’apparat u fl-infrastruttura tammonta għal €21 miljun.

Santa Venera – Rata ta’ kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-aħħar statistika marbuta mar-rata ta’ kriminalità f’Santa Venera u jgħid x’qed isir abbażi tad-data li tinkiseb sabiex tissaħħaħ is-sigurtà?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra

L.S. 350.14 – PBS – Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1121, 1620 u 3358 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 18 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Excess Mortality u Temperature Attributable Mortality

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3184 u jgħid jekk il-Gvern jikkalkulax l-excess mortality u t-temperature-attributable mortality waqt temperaturi estremi u heatwaves u, jekk iva, jispeċifika: (a) is-snin u l-perjodu użati sabiex jiġi stabbilit il-baseline tal-imwiet mistennija; (b) jekk il-baseline jiġix aġġustat għat-tkabbir u t-tixjiħ tal-popolazzjoni, ix-xejriet fit-tul u l-varjazzjoni staġjonali; (c) liema kejl tat-temperatura jintuża u jekk jiġux ikkunsidrati l-umdità, it-temperaturi minimi ta’ billejl, it-tul u l-intensità tal-heatwave; (d) jekk jiġux ikkunsidrati l-effetti differiti tas-sħana fuq il-mortalità fil-jiem ta’ wara; (e) jekk l-analiżi tiġix aġġustata għal fatturi oħra, fosthom it-tniġġis tal-arja u l-prevalenza ta’ mard infettiv; u (f) liema definizzjoni operattiva ta’ heatwave tintuża mill-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta? Jista’ jiddentifika d-dati tal-heatwaves jew tal-livelli ta’ twissija tas-saħħa relatati mas-sħana bejn Ġunju u Settembru tas-snin 2023, 2024, 2025 u 2026? Jekk il-Gvern ma jikkalkulax l-excess mortality jew it-temperature-attributable mortality, jista’ jgħid għaliex dawn l-istimi ma jsirux u jekk hemmx il-ħsieb li tiġi stabbilita sistema nazzjonali ta’ monitoraġġ tal-mard u tal-mortalità attribwibbli għas-sħana?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kriterji kliniċi użati għall-imwiet bi sħana eċċessiva

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3183 u jgħid liema definizzjoni, kriterji kliniċi, kriterji epidemioloġiċi u metodoloġija jintużaw mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex mewta tiġi identifikata u kklassifikata bħala relatata mas-sħana eċċessiva? Jista’ jispeċifika: (a) liema kodiċijiet tal-ICD-10 jintużaw, inklużi X30 u T67 u s-sottokategoriji tagħhom; (b) jekk jiġux eżaminati kemm il-kawża prinċipali kif ukoll il-kawżi sekondarji jew kontributorji fuq iċ-ċertifikat tal-mewt; (c) jekk jitqisux ir-rekords mediċi u tal-isptar, iċ-ċirkostanzi tal-esponiment u d-data meteoroloġika; (d) kif jiġu identifikati każijiet fejn is-sħana aggravat kundizzjoni kronika jew kundizzjoni eżistenti; u (e) jekk il-metodoloġija hijiex konformi mal-linji gwida tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u mal-prattika Ewropea rikonoxxuta?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Persuni li mietu b’heatstrokes fl-2023, 2024, 2025 u 2026

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3182 u jgħid f’Malta u f’Għawdex, separatament, matul ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru tas-snin 2023, 2024, 2025 u 2026, kemm ġew irreġistrati mwiet li fihom minħabba l-esponiment għal sħana naturali eċċessiva, heatstroke, sunstroke, ipertermija jew kundizzjoni oħra relatata mas-sħana kienu rreġistrati bħala: (a) il-kawża prinċipali tal-mewt; jew (b) kawża sekondarja, kontributorja jew fattur li kkontribwixxa għall-mewt? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont ix-xahar, separatament għal Malta u Għawdex, is-sess,  gruppi ta’ età 0–64, 65–74, 75–84 u 85 sena jew aktar? Jista’ jgħid ukoll, għall-istess perjodi, kemm kienu: (a) l-imwiet osservati minn kull kawża; (b) l-imwiet mistennija skont il-baseline użat mill-awtoritajiet; (c) l-excess all-cause mortality waqt perjodi ta’ temperaturi estremi u heatwaves; u (d) l-għadd stmat ta’ mwiet attribwibbli għal temperaturi għoljin, inklużi mwiet li fihom is-sħana ma ġietx imniżżla fuq iċ-ċertifikat tal-mewt iżda setgħet wasslet għall-aggravament ta’ kundizzjoni eżistenti, fosthom mard kardjovaskulari, ċerebrovaskulari, respiratorju jew renali, id-dijabete u kundizzjonijiet relatati mas-saħħa mentali? Jista’ jipprovdi dawn l-istimi bħala għadd ta’ mwiet u bħala rata għal kull 100,000 persuna, flimkien mal-intervalli ta’ kunfidenza jew miżura oħra tal-inċertezza statistika?  Fejn id-data għall-2026 għadha mhix finalizzata, jista’ jipprovdi l-aħħar data proviżorja disponibbli, jindika d-data sa meta tkopri u jgħid meta mistennija tkun disponibbli d-data finali?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Imwiet tal-bhejjem waqt mewġiet ta' sħana – Miżuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri konkreti qed jieħu jew qed jippjana l-Gvern biex jipproteġi l-bhejjem f'Malta u Għawdex minn temperaturi estremi u mewġiet ta' sħana, partikolarment matul ix-xhur tas-sajf? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx skemi ta' għajnuna finanzjarja jew teknika għall-bdiewa u r-raħħala sabiex jinvestu f'sistemi ta' ventilazzjoni, tkessiħ, dell u provvista adegwata tal-ilma, bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta' mwiet fost il-bhejjem?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà għall-protezzjoni u l-benesseri tal-annimali miżmuma fl-irziezet, inkluż it-teħid tal-miżuri meħtieġa sabiex jiġu protetti mit-temperaturi estremi u l-effetti tagħhom fuq saħħithom, taqa’ fuq min iżomm dawn l-annimali. Madankollu, il-Gvern qed jassisti lil dawk li jrabbu l-annimali permezz ta’ miżuri ta’ prevenzjoni, gwida u konsulenza teknika, kif ukoll billi jiffaċilita l-ippjanar u jappoġġa investimenti mmirati lejn it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-annimali u t-tisħiħ tar-reżiljenza tal-irziezet għall-effetti tat-tibdil fil-klima. Permezz tas-servizzi ta’ konsulenza agrikola, il-bdiewa jistgħu jingħataw pariri mfassla għall-kundizzjonijiet partikolari tal-azjenda tagħhom, fosthom fir-rigward tal-akkomodazzjoni tal-annimali, il-ventilazzjoni u t-tkessiħ, il-provvista tal-ilma, in-nutrizzjoni, il-bijosigurtà u l-ġestjoni ġenerali. Il-linji gwida dwar it-tfassil ta’ programmi ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali jipprevedu wkoll li l-pjanijiet tal-azjendi jikkunsidraw miżuri ta’ emerġenza relatati mal-għalf u l-ilma f’kundizzjonijiet bħal nixfa u temperaturi estremi. B’mod komplementari, l-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) jipprovdu għajnuna finanzjarja għal investimenti produttivi fl-azjendi agrikoli, inkluż xiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid u titjib fl-infrastruttura. F’dan il-qafas, jistgħu jiġu appoġġati investimenti bħal sistemi ta’ ventilazzjoni u tkessiħ, dell għall-akkomodazzjoni tal-bhejjem u sistemi li jassiguraw provvista adegwata tal-ilma, dejjem suġġett għall-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-iskemi u għall-valutazzjoni tal-investiment propost. B’hekk, l-approċċ lejn temperaturi estremi huwa mmirat lejn prevenzjoni u adattament aktar fit-tul, permezz ta’ konsulenza, monitoraġġ, ippjanar u investimenti li jgħinu lill-azjendi jsaħħu r-reżiljenza tagħhom filwaqt li jħarsu l-benesseri tal-annimali.

Imwiet ta' bhejjem minħabba s-sħana – Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux investigazzjonijiet jew valutazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti dwar imwiet ta' bhejjem li setgħu kienu relatati mat-temperaturi għoljin matul ix-xhur ta' Ġunju sa Settembru 2026? Jista' jgħid ukoll x'kienu s-sejbiet ta' dawn l-investigazzjonijiet, jekk saru, u jekk ġewx identifikati xi kategoriji ta' bhejjem jew tipi ta' rziezet li huma partikolarment vulnerabbli għall-istress mis-sħana?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Imwiet ta' bhejjem f’irziezet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati mwiet ta' bhejjem f'irziezet f'Malta u Għawdex minn Ġunju sa Settembru 2026, maqsuma xahar b'xahar? Jista' wkoll jagħti rendikont separat skont it-tip ta' annimal, inklużi baqar, fniek, nagħaġ, mogħoż, ħnieżer, tjur u bhejjem oħra, filwaqt li jindika kemm minn dawn l-imwiet ġew attribwiti għal temperaturi għoljin jew stress ikkawżat mis-sħana?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta’ mwiet ta’ bhejjem f'irziezet f'Malta u Għawdex minn Ġunju sa Settembru 2026 skont in-National Livestock Database (NLD) huwa indikat fit-tabella segwenti. Tip ta' Annimali Ġunju Lulju Awwissu Settembru Bovini 99 100 151 83 Ovini 126 119 202 154 Caprini 65 40 44 45 Tiġieġ 385 0 250 24 Majjali 187 89 122 80 Total 862 348 769 386 Din it-tabella tagħti rendikont ta’ kemm mietu annimali, maqsuma xahar b’xahar.  L-Awtorita' għas-Sigurta' ta' l-Ikel ma jkollhiex informazzjoni dwar il-kawża tal-mewt,  iżda tiġi nfurmata biss jekk l-ammonti ta' mwiet ikunu ta’ perċentwal iktar minn normal minħabba kawża ta’ xi mard jew temperaturi estremi. Fir-rigward tal-fniek, dawn ma jkunux notifikati bħal annimali oħra, u għalhekk tali informazzjoni mhix disponibbli.

Djar tal-anzjani – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija biex persuna tidħol f’dar tal-anzjani fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1518.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom. Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom. Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

Ministeru għall-Finanzi – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għal Finanzi, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom. Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi.  Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Infiq fuq reklamar

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tagħha u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tagħha, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ wkoll tipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li tispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor, Interpellanta li l-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Ruġenerazzjoni tal-Port il-Kbir flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom. Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u Sport, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom. Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

Ministeru għal Għawdex – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għal Ghawdex, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom. Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

PBS - Bulettini tal-aħbarijiet - Sound on tape

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3297 u jgħid kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Gvern fil-bulettini tal-aħbarijiet tal-PBS u kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Oppożizzjoni f’Ġunju 2026, Lulju 2026, Awwissu 2026 u Settembru 2026?  Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-politiċi u f’liema dati xxandru?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bulettini tal-aħbarijiet tal-PBS għall-perjodi ċitati diġà xxandru, għaldaqstant huwa materjal awdjoviżiv fid-dominju pubbliku. Madankollu, sabiex jiffaċilita l-aċċess għal din l-informazzjoni, kif mitluba mill-Onor. Interpellant, il-Ministeru qiegħed jagħmel kopja tal-bulettini tal-aħbarijiet fuq hard disk li se tkun disponibbli għall-Onor. Interpellant.

L.S. 350.14 - PBS - Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1122, 1621 u 3298 u jgħid min fil-PBS hu responsabbli li jinforza u/jew li jiġu infurzati sezzjonijiet 18 u 19 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Liġi Sussidjarja hija ċara.