Persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali – Appoġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3726 u jgħid x’servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku, counselling u gwida qed jiġu offruti mill-Gvern lill-familjari ta’ persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali, partikolarment dawk li jieħdu ħsiebhom ta’ kuljum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa Mentali joffru appoġġ psikoloġiku, konsulenza u gwida lill-familjari u lil dawk li jieħdu ħsieb persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.
Ir-riferimenti għal dawn is-servizzi jsiru permezz tat-tabib tal-familja, tat-tim multidixxiplinarju responsabbli mill-kura tal-pazjent, jew ta’ psikologi li jidentifikaw il-ħtieġa ta’ appoġġ għall-familjari.
Is-servizzi offruti jinkludu:
Sessjonijiet individwali ta’ psikoedukazzjoni, li jipprovdu informazzjoni u gwida dwar il-kundizzjoni tal-pazjent u l-kura tiegħu;
Sessjonijiet ta’ psikoedukazzjoni fi gruppi, organizzati b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tat-Terapija Okkupazzjonali;
Sessjonijiet ta’ psikoterapija, għal dawk li jesprimu interess f’dan is-servizz;
Terapija tal-familja, għal dawk li jixtiequ jibbenefikaw minn dan it-tip ta’ appoġġ.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3725 u jgħid x’miżuri konkreti qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tas-suwiċidju f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni jinsabu attwalment fuq il-lista ta’ stennija għas-servizzi tas-saħħa mentali offruti mill-Gvern, x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija għal dawn is-servizzi, u kif qed jiġi assigurat li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw għajnuna psikoloġika immedjata?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3509 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 988 fejn intqal li “x-xogħlijiet fi Triq Blat il-Qamar, is-Siġġiewi, huma maħsuba li jibdew hekk kif jitlesta ix-xogħol kollu ta’ twessiegħ fi Triq Bur il-Kbir u t-triq tkun aċċessibbli fuq żewġ karreġġjati” u fid-dawl li Infrastructure Malta ħabbret li Triq Bur il-Kbir ser tkun miftuħa fil-ġranet li ġejjin, jista’ l-Ministru jagħti data meta ser jibda ix-xogħol fi Triq Blat il-Qamar, liema xogħol kien diġà skedat u l-kuntrattur ġie magħżul?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, wara t-tlestija tax-xogħlijiet fi Triq Bur il-Kbir fis-Siġġiewi u l-ftuħ tat-triq għat-traffiku, il-prijorità li jmiss hija li titkompla l-implimentazzjoni tal-proġetti skedati taħt l-inizjattiva Vjal Kulħadd.
Sussegwentement, Infrastructure Malta terġa’ tagħmel il-koordinazzjoni meħtieġa sabiex jiġi stabbilit l-aħjar żmien biex jibdew ix-xogħlijiet fi Triq Blat il-Qamar, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet u l-iskeda tax-xogħlijiet infrastrutturali ppjanati.
Ir-Rabat, Għawdex – Transport Malta – Tiġdid tal-permessi tal-vetturi bil-Y-plates
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex l-uffiċċju ta’ Transport Malta fir-Rabat, Għawdex, m’għandux aċċess għas-sistema online meħtieġa għat-tiġdid tal-permessi tal-vetturi bil-Y-plates, bil-konsegwenza li l-operaturi Għawdxin spiss ikollhom jivvjaġġaw lejn Malta sabiex iġeddu dawn il-permessi? Jista’ wkoll jindika x’miżuri se jittieħdu, u sa meta, sabiex dan is-servizz ikun jista’ jingħata wkoll minn Għawdex?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-operaturi Għawdxin jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet u d-dokumentazzjoni meħtieġa fl-uffiċċju tal-Awtorità f’Għawdex, wara li jkunu niżżlu l-applikazzjonijiet u l-formoli meħtieġa mis-sit eletroniku ta’ Transport Malta, fejn hemm indirizz elettroniku dedikat għall-operaturi kollha.
Minħabba l-ħtieġa ta’ verifiki u spezzjonijiet fosthom ta’ garaxxjar, l-evalwazzjoni u l-approvazzjoni jsiru mill-uffiċċju ċentrali biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti legali kollha.
Reġistrazzjoni tal-imwiet – Aġġornament awtomatiku jew manwali tad-data
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ir-reġistrazzjoni tal-mewt ta’ pazjent f’sistema waħda twassalx għal aġġornament awtomatiku tal-istatus tal-pazjent fis-sistemi l-oħra, jew jekk dan jiddependix minn intervent manwali? Jista’ jgħid ukoll fejn ikunu meħtieġa aġġornamenti manwali, liema kontrolli huma fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi aġġornata b’mod korrett u fil-ħin?
Sptarijiet pubbliċi – Sistemi elettroniċi tal-informazzjoni – Reġistrazzjoni tal-imwiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-proċeduri fis-seħħ fl-isptarijiet pubbliċi biex il-mewt ta’ pazjent tiġi rreġistrata fis-sistemi elettroniċi tal-informazzjoni? Jista’ jispeċifika liema sistemi jintużaw, inklużi l-ICM, il-Patient Dashboard, l-EPR u l-Converge, u jispjega kif l-informazzjoni dwar il-mewt ta’ pazjent tiġi trażmessa u aġġornata bejn dawn is-sistemi? Jista’ jispjega wkoll jekk hemmx differenza bejn meta persuna tmut fid-dar residenzjali tagħha jew fl-isptar?
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar fil-Gżira
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet fil-Gżira mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’San Ġiljan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’San Ġiljan mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’Tas-Sliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri li attwalment jiffurmaw il-Kumitat dwar il-Kunflitti ta’ Interess (Conflicts of Interest Committee)? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-Kumitat għandux kriterji oġġettivi u stabbiliti li abbażi tagħhom jevalwa każijiet ta’ kunflitti ta’ interess u jekk iva, jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kriterji?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li skont Directive 16 – Governing Framework for Preventing and Managing Conflicts of Interest in the Public Administration, il-Kumitat dwar il-Kunflitti ta’ Interess huwa responsabbli li jikkunsidra każijiet riferuti mis-Segretarju Permanenti Ewlieni u/jew mis-Segretarji Permanenti u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tagħhom. Il-Kumitat huwa magħmul minn Chairperson, Deputy Chairperson, żewġ Membri u żewġ Membri Sostituti, kollha Segretarji Permanenti fil-kariga jew irtirati. Membru tal-Kumitat li jkollu interess fil-każ in kwistjoni għandu jastjeni milli jipparteċipa fid-diskussjoni tiegħu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3429 u jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord editorjali tal-PBS mill-1 ta' Ġunju 2026 sal-aħħar ta' Settembru 2026 u liema huma d-dati li fih iltaqa' dan il-bord?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3429, ninforma lill-Onor. Interpellant li, gejt infurmat li fil-perjodu msemmi, il-membri tal-Bord Editorjali tal-PBS kienu impenjati bis-sħiħ fl-evalwazzjoni ta’ iktar minn 200 proposta għall-programmi tal-iskeda l-ġdida.
Kien propju dan ix-xogħol importanti li kellhom iwettqu l-membri tal-Bord fil-perjodu msemmi u li ġie ifformalizzat waqt laqgħa formali fl-1 ta’ Settembru 2026.
Malli tlesta dak il-proċess ta’ analiżi, il-Bord kompla jiltaqa’ fuq bażi regolari ta’ kull xahar.
Xogħol ieħor tal-Bord fil-perjodu msemmi nkluda d-direzzjoni u l-approvazzjoni tal-kontenut, il-kwalità tal-produzzjoni u l-konformità tal-programmi mal-obbligi ta’ servizz pubbliku tal-PBS.
Din il-ħidma tinvolvi konsultazzjoni kontinwa bejn il-membri tal-Bord stess u mal-maniġment tal-PBS. Fejn meħtieġ, il-Bord jikkonsulta wkoll mal-produtturi. Din il-konsultazzjoni ssir ukoll permezz ta’ laqgħat informali.
B’hekk, ninforma li l-Onor. Interpellant li l-Bord Editorjali jaħdem fuq bażi kontinwa, kemm fil-laqgħat formali kif ukoll fix-xogħol informali li huwa marbut li jwettaq skont l-obbligi tiegħu.
Ħal Tarxien – Proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika – Inawgurazzjoni – Spiża
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3426 u jgħid kemm swiet l-inawgurazzjoni li saret f’Mejju 2026 ta’ parti mill-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika f’Ħal Tarxien?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Ħal Tarxien – Proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika – Spiża totali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3425 u jgħid kemm sewa s’issa l-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika u t-toroq tal-madwar f’Ħal Tarxien, u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża totali tal-proġett meta jitlesta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3424 u jgħid meta hu mistenni li jitlesta l-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika u t-toroq tal-madwar f’Ħal Tarxien?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Infrastructure Malta – Xogħlijiet infrastrutturali – Kumpens għal danni jew telf finanzjarju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proċeduri stabbiliti minn Infrastructure Malta sabiex persuni jew negozji li jqisu li ġarrbu danni jew telf finanzjarju b’riżultat ta’ xogħlijiet infrastrutturali mwettqa mill-istess entità jkunu jistgħu japplikaw għal kumpens?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
L-Isptar Mater Dei – Servizz ta’ Egg Freezing – Nisa li bbenefikaw
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm nisa bbenefikaw mill-miżura ta’ ‘Egg freezing’ b’xejn mill-Isptar Mater Dei minn meta ġie introdott dan is-servizz sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità - Professjonisti esterni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3316 u jgħid kemm-il konsulent, advisor, expert jew professjonist estern kien ingaġġat mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità matul l-2024, l-2025 u l-2026, maqsuma sena b’sena u għal kull persuna jew entità, jagħti l-isem, is-servizz jew il-konsulenza mogħtija, id-data tal-ħatra, it-tul tal-kuntratt u l-valur totali tal-kuntratt?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1087, 2065, 3203 u 3404 u jgħid kemm hawn anzjani f’pajjiżna li ġew dijanjostikati bil-kundizzjoni tad-dimenzja? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-anzjani qed jirċievu servizzi speċjalizzati u x’tip ta’ servizzi qed jingħataw?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 4678 pazjent dijanjostikat bil-kundizzjoni tad-dimensja. 4,325-il persuna qed jagħmlu użu mis-servizz tad-
Dementia Intervention Team
. Ukoll 1,097 -il benefiċjarju użaw is-servizz ta’ Ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni bid-dimensja.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3078, 3202 u 3403 u jgħid meta ser tkun lesta d-Dar tal-Anzjani tal-Mosta? Jista' jgħid ukoll għaliex ix-xogħlijiet qed idumu daqshekk u meta ser jirritornaw lura l-anzjani li nħarġu mid-dar biex isiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta huma mistennija jitlestew matul is-sena 2028. Wara li jsiru l-verifiki meħtieġa mill-persuni u l-awtoritajiet kompetenti, id-dar tkun tista’ terġa’ tilqa’ lir-residenti.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3086 u 3400 u jgħid min huma l-membri tal-Kunsill għall-Anzjani stabbilit taħt l-Att dwar il-Kummissarju għall-Anzjani?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-terminu tal-Kunsill għall-Anzjani għalaq, u fil-preżent għaddej process ta’ ħatriet għat-terminu li jmiss.