Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4433 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propoganda li saret mill-Gvern wara d-Diskors tal-Budget 2027, li sar nhar it-Tnejn 26 ta’ Ottubru 2026?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3740 u 4465 u jagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3739 u 4464 u jelenka l-proprjetajiet pubbliċi mogħtija għall-użu ta’ NGOs taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u jispeċifika l-NGO, l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ kull ftehim?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3738 u 4463 u tagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn żmien għal żmien, il-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, inklużi l-entitajiet li jaqgħu taħtu, joħorġu skemi ta’ assistenza jew sejħiet għal proġetti li minnhom ikunu jistgħu jibbenefikaw l-NGOs. Fost dawn wieħed jista’ jsemmi l-Iskema ta’ Assistenza taħt il-Fond tal-Iżvilupp Sostenibbli, l-iskemi intiżi għal inizjattivi favur użu aktar effiċjenti tal-enerġija kif maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, u skemi oħra fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali li jipprovdu, fost l-oħrajn, għal titjib fil-faċilitajiet u servizzi veterinarji.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3737 u 4462 u telenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u tispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, inklużi l-entitajiet li jaqgħu taħtu, u l-NGOs - l-aktar dawk li joperaw fil-qasam ambjentali - hija waħda soda u stabbilita. Fost l-aqwa eżempji ta’ din il-kollaborazzjoni wieħed jista’ jsemmi d-diversi ftehim ta’ sħubija li jkopru t-tmexxija ta’ siti protetti kif ukoll l-assistenza li tingħata f’inizjattivi ta’ afforestazzjoni, tħaddir, edukazzjoni ambjentali u f’dik li hija kura u ħarsien tal-annimali.
L-NGOs li saret kollaborazzjoni magħhom huma
Friends of the Earth Malta, Fondazzjoni Caritas Malta, Scout Association of Malta, Nature Trust Malta, Heritage Parks Federation, FOSAM/LOOP (Fondazzjoni għall-Opri Soċjali fl-Arċidjoċesi ta' Malta), Kaċċaturi San Ubertu, Malta Falconers Club, Birdlife Malta, Malta Beekeepers Association, Richmond Foundation, Hospice, Autism Parents Association, Mosta Girl Guides, Depiro Sports Club, AAA, Noah’s Ark, Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), Island Sanctuary, MSPCA, CSAF, CLAWS, RAR, Animal Guardians, Second Chance Horse u Our Rescue Malta.
Fil-każ li r-reviżjoni tal-Local Plans twassal għal tibdil fil-parametri tal-iżvilupp, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux se jsir b’rispett sħiħ lejn l-Urban Conservation Areas (UCAs), il-karatteristiċi arkitettoniċi, il-proporzjonijiet u l-karattru storiku tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema parametri tal-iżvilupp qed tirreferi. Il-princċpji ta' salvagwardja tal-Urban Conservation Areas jinstabu kemm fl-iSPED (Urban Objective 2), kif ukoll fil-Viżjoni 2050 u l-Manifest Elettorali.
Fid-dawl taż-żieda fid-densità tal-bini f’diversi lokalitajiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex iżid l-ispazji miftuħa permezz tar-reviżjoni tal-Local Plans? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed jiġi kkunsidrat li tiġi allokata aktar art għal spazji pubbliċi, żoni ħodor u spazji rikreattivi, u jekk hemmx mira konkreta jew ammont ta’ art, f’metri kwadri, li qed jiġi kkunsidrat għal dan il-għan?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-izvilupp fil-lokalitajiet tagħna isir skont dak stipulat fil-pjanijiet lokali, liema pjanijiet jidentifikaw ukoll l-ispazji miftuħa fiż-żoni urbani tagħna. L-iSPED Thematic Objective 1.7 jippromwovi ż-żieda ta' dawn l-ispazji. Dan hu sostnut ukoll bil-Vizjoni 2050 kif ukoll fil-Manifest Elettorali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4137, jista’ l-Ministru jgħid meta ġie appuntat għall-ewwel darba kull wieħed mid-Diretturi Ġenerali li attwalment huma fil-kariga, u jekk ġiex sussegwentement riappuntat fil-kariga? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-proċedura segwita f’każ ta’ riappuntament?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li
t-tweġiba tingħata f’seduta oħra
.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’għajnuna joffri l-Gvern fir-rigward ta’ min ibati mill-Glaucoma, inklużi spejjeż marbuta ma’ medikazzjoni u xiri ta’ mediċini?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-pazjenti dijanjostikati bil-glawkoma huma intitolati għal mediċini b’xejn taħt l-Iskeda V, u jistgħu jiġbruhom mill-ispiżerija tal-għażla tagħhom permezz tal-iskema POYC. Il-firxa ta’ mediċini disponibbli għal din il-kundizzjoni tiġi riveduta regolarment.
Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti se jsiru biex jingħataw laptops lill-istudenti ġodda li jidħlu fis-sistema edukattiva Maltija mill-ħames sal-għaxar sena, u li għalhekk ma jkunux ibbenefikaw mill-iskema tat-tqassim tal-laptops fis-snin preċedenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti ġodda li jidħlu fis-sistema edukattiva Maltija mill-ħames sal-għaxar sena u li ma jkunux ibbenefikaw mill-iskema fis-snin preċedenti għandhom jiġu pprovduti b’laptop permezz tal-proċedura formali tal-Form S.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex jiġu pprovduti laptops lill-istudenti tar-raba’ sena, wara li l-fornitur informa lill-Ministeru li ma setax jonora l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-kuntratt, u sa meta huwa previst li dawn il-laptops jitqassmu lill-istudenti affettwati?
Studenti tar-raba’ u s-seba’ sena – Tqassim ta’ laptops – Kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-fornitur tal-laptops li kellhom jitqassmu lill-istudenti tar-raba’ u s-seba’ sena informa lill-Ministeru li ma setax jonora l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-kuntratt u x’kienu r-raġunijiet li ta għal din id-deċiżjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-qagħda ġeopolitika internazzjonali, li laqtet ukoll b’mod negattiv il-produzzjoni ta’ aċċessorji u apparat teknoloġiku, waslet biex il-fornitur informa lill-Ministeru li ma kienx għadu f’pożizzjoni li jforni l-laptops skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-prezzijiet stipulati fil-kuntratti rispettivi.
Il-Ministeru mexa skont ir-regolamenti u l-proċeduri applikabbli tal-akkwist pubbliku u, wara konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Kuntratti u l-Awtorità Maniġerjali tal-Fondi Ewropej, beda l-proċess ta’ terminazzjoni tal-kuntratti skont il-liġi u qed jieħu l-passi kuntrattwali meħtieġa.
Jobsplus – Impjieg ta’ persuni b’diżabilità – Skemi u għajnuniet finanzjarji
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1742, dwar inċentivi li Jobsplus joffru lill-employers sabiex jinkoraġġixxu l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità, jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw kumpaniji minn kull waħda mill-iskemi msemmija fl-istess tweġiba, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skema, skema?
Response (ATTARD, JONATHAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4973, qed nipprovdi lill-Onorevoli Interpellant tabella li turi n-numru ta’ employers li bbenefikaw mill-iskemi u l-miżuri msemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1742.
It-tabella hija maqsuma sena b’sena, għas-snin 2024, 2025 u 2026 sal-aħħar ta’ Ottubru 2026. In-numru ta’ employers uniċi huwa kkalkulat separatament għal kull skema/miżura u għal kull sena. Għaldaqstant, l-istess employer seta’ bbenefika minn aktar minn skema/miżura waħda fl-istess sena, kif ukoll matul snin differenti.
Skema /Miżura
2024
2025
2026 s’ Ottubru
Employers Uniċi
Numru tad-drabi
Employers Uniċi
Numru tad-drabi
Employers Uniċi
Numru tad-drabi
Inċentiv Fiskali
106
259
117
283
127
324
Eżenzjoni mill-KSS
325
581
290
546
307
544
Bridging the Gap Scheme
32
32
13
13
9
9
Job Carving
111
173
103
176
66
106
Job Coaching
211
402
196
379
205
375
I
nċentiv Fiskali
- In-numru ta’ drabi jindika n-numru ta’ persuni b’diżabilità li għalihom ingħata l-
Inċentiv Fiskali.
Eżenzjoni Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali - In-numru ta’ drabi jindika n-numru ta’ persuni b’diżabilità li għalihom ingħatat din l-eżenzjoni.
Bridging the Gap Scheme – In-numru ta’ persuni b’diżabilità li bbenefikaw huwa uniku.
Job Carving - In-numru ta’ drabi jindika n-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew impjegati ma’ dawn l-employers.
Job Coaching -In-numru ta’ drabi jindika n-numru ta’ interventi ta’ sapport li bbenefikaw minnhom il-persuni jew impjegati b’diżabilità fuq il-post tax-xogħol ma’ dawn l-employers. It-tul ta’ żmien li għalih jingħata s-sapport dejjem ikun skont il-ħtiġijiet individwali.
Ix-Xewkija, Għawdex – Proġett tal-Playfield ta' Ġokk
Question
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju jinsab il-proġett tal-Playfield ta' Ġokk fix-Xewkija, Għawdex?
Tista’ tgħid ukoll:
i. liema xogħlijiet saru s’issa u liema għad iridu jitwettqu;
ii. jekk kienx hemm dewmien fl-implimentazzjoni u x’kienu r-raġunijiet għalihom;
iii. x’inhi l-ispiża totali prevista, kemm intefaq s’issa u minn fejn qed jiġi ffinanzjat il-proġett;
iv. jekk il-proġett għadux se jinkludi l-faċilitajiet kollha mħabbra oriġinarjament; u
v. meta hu mistenni li jitlesta u jinfetaħ għall-pubbliku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara talba mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija, il-proġett tal-Playfield ta’ Ġokk ġie approvat minn Project Green sabiex jibbenefika minn finanzjament ta’ €390,233 permezz tal-Local Greening Programme.
Il-proġett approvat u li se jkun implimentat mill-Kunsill Lokali għandu l-għan li jirriġenera u jsebbaħ l-ispazju rikreattiv eżistenti, sabiex jinħoloq ambjent aktar aċċessibbli, sigur u akkoljenti għall-familji u r-residenti tal-lokalità. Ix-xogħlijiet proposti jinkludu l-installazzjoni ta’ tagħmir tal-logħob għat-tfal u tagħmir għall-eżerċizzju fiżiku fil-beraħ, pavimentar apposta għas-sigurtà, bankijiet, passaġġi pavimentati, kif ukoll aktar tħawwil ta’ siġar u arbuxelli. Il-proġett jipprevedi wkoll spazji għall-parkeġġ, inkluż parkeġġ aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Ix-Xewkija, Għawdex – Proġett tal-Playfield ta' Ġokk
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab il-proġett tal-Playfield ta' Ġokk fix-Xewkija, Għawdex?
Jista’ jgħid ukoll:
i. liema xogħlijiet saru s’issa u liema għad iridu jitwettqu;
ii. jekk kienx hemm dewmien fl-implimentazzjoni u x’kienu r-raġunijiet għalihom;
iii. x’inhi l-ispiża totali prevista, kemm intefaq s’issa u minn fejn qed jiġi ffinanzjat il-proġett;
iv. jekk il-proġett għadux se jinkludi l-faċilitajiet kollha mħabbra oriġinarjament; u
v. meta hu mistenni li jitlesta u jinfetaħ għall-pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ix-Xewkija, Għawdex – Proġett ta’ Ġnien Castelvenere
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab il-proġett ta’ Ġnien Castelvenere fix-Xewkija, Għawdex?
Jista’ jgħid ukoll:
i. liema xogħlijiet saru s’issa u liema għadhom iridu jitwettqu;
ii. jekk kienx hemm dewmien fl-implimentazzjoni u x’kienu r-raġunijiet għalihom;
iii. x’inhi l-ispiża totali prevista, kemm intefaq s’issa u minn fejn qed jiġi ffinanzjat il-proġett;
iv. jekk il-proġett għadux se jinkludi l-faċilitajiet kollha mħabbra oriġinarjament; u
v. meta hu mistenni li jitlesta u jinfetaħ għall-pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ix-Xewkija, Għawdex – Proġett ta’ Ġnien Castelvenere
Question
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju jinsab il-proġett ta’ Ġnien Castelvenere fix-Xewkija, Għawdex?
Tista’ tgħid ukoll:
i. liema xogħlijiet saru s’issa u liema għadhom iridu jitwettqu;
ii. jekk kienx hemm dewmien fl-implimentazzjoni u x’kienu r-raġunijiet għalihom;
iii. x’inhi l-ispiża totali prevista, kemm intefaq s’issa u minn fejn qed jiġi ffinanzjat il-proġett;
iv. jekk il-proġett għadux se jinkludi l-faċilitajiet kollha mħabbra oriġinarjament; u
v. meta hu mistenni li jitlesta u jinfetaħ għall-pubbliku?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kellhom jiġu installati kameras tas-sigurtà (CCTVs) mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat, Għawdex f’dawn l-aħħar snin, kemm minnhom ġew installati, fejn ġew installati u kemm minnhom qegħdin jaħdmu? Tista’ tgħid ukoll kemm kameras tas-sigurtà għadhom ma ġewx installati, fejn huma ppjanati li jitwaħħlu, u għaliex l-installazzjoni għadha ma saritx, kif ukoll tindika meta mistennija ssir?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li l-Kunsill kellu jinstalla 3 CCTVs fi Triq Sannat. Inħarġet sejħa għall-offerti għal tliet darbiet iżda għadu ma nstabx fornitur minħabba li dawk li ssottomettew offerta ma kinux teknikament konformi mar-rekwiżiti. Madankollu, infurmata wkoll li fiż-żmien li ġej, il-Kunsill mistenni joħroġ l-offerta mill-ġdid biex ikunu jistgħu jiġu installati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellhom jiġu installati kameras tas-sigurtà (CCTVs) fil-lokalità Ta’ Sannat, Għawdex f’dawn l-aħħar snin, kemm minnhom ġew installati, fejn ġew installati u kemm minnhom qegħdin jaħdmu? Jista’ jgħid ukoll kemm kameras tas-sigurtà għadhom ma ġewx installati, fejn huma ppjanati li jitwaħħlu, u għaliex l-installazzjoni għadha ma saritx, kif ukoll jindika meta mistennija ssir?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4989.