Legislature:
Category:
Reset
Active:

Listi użati għal segwitu kliniku – Responsabbiltà għall-ġestjoni u l-validazzjoni tad-data

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema dipartimenti jew entitajiet huma responsabbli għall-ġenerazzjoni, l-aġġornament, il-verifika u t-trażmissjoni tal-listi użati għal segwitu kliniku? Jista’ jgħid ukoll liema proċeduri ta’ kontroll u verifika huma fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-informazzjoni f’dawn il-listi tkun korretta u aġġornata?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Valutazzjoni tar-riskju u miżuri korrettivi – Nuqqas ta’ aġġornament tal-informazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarux valutazzjonijiet tar-riskju, awditi jew investigazzjonijiet dwar il-possibbiltà li pazjenti li jkunu mietu jibqgħu jidhru bħala attivi f’listi użati għal skopijiet kliniċi minħabba nuqqas ta’ aġġornament tal-informazzjoni? Jekk iva, x’kienu l-konklużjonijiet u liema miżuri korrettivi ttieħdu jew huma ppjanati li jittieħdu biex jitnaqqas ir-riskju li dan jerġa’ jseħħ?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Listi użati għal kuntatt mal-pazjenti – Segwitu kliniku – Verifika u tqabbil tad-data

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema proċeduri ta’ verifika u tqabbil tad-data huma fis-seħħ biex jiġi żgurat li listi użati għal kuntatt mal-pazjenti, appuntamenti u segwitu kliniku jirriflettu l-istatus attwali tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kif jiġi żgurat li pazjenti li jkunu mietu ma jibqgħux inklużi f’dawn il-listi minħabba nuqqas jew dewmien fl-aġġornament tal-informazzjoni u jekk hemmx sistema ta’ awditjar biex jiġu identifikati diskrepanzi bħal dawn?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Baġit 2026 - Miżuri li għadhom ma ġewx implimentati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2166 u 3412 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u lill-Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u jgħid liema miżuri mħabbra fil-Baġit 2026 għadhom ma ġewx implimentati u jipprovdi l-istadju ta’ implimentazzjoni ta’ kull waħda minnhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 4074.

Il-Gżira – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika fil-Gżira? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

San Ġiljan – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’San Ġiljan? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Tas-Sliema – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’Tas-Sliema? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Id-Dipartiment tal-Artijiet – Rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman – Implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar iż-żjarat fuq il-post minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet sabiex jiġu mmarkati b’mod ċar il-konfini tal-art okkupata illegalment u jispjega għaliex dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom ma ġewx implimentati?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Anzjani – Baġit allokat

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3080 u 3314 u jgħid kemm kien il-baġit allokat lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Anzjani fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm effettivament intnefaq minn dawn l-allokazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità - Kuntratti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3315 u jippreżenta lista tal-kuntratti kollha li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tat lil entitajiet privati għall-provvista ta’ servizzi lill-anzjani matul l-2024, l-2025 u l-2026, u għal kull kuntratt jagħti l-isem tal-kuntrattur, is-servizz ipprovdut, il-valur tal-kuntratt, id-data tal-għoti, it-tul tal-kuntratt, in-numru ta’ benefiċjarji u jekk kienx hemm estensjonijiet jew varjazzjonijiet fil-valur tal-kuntratt?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li -Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ssegwi l-proċeduri u r-regolamenti li joħorġu mir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. Infurmat li l-informazzjoni tkun diġa pubblika u aċċessibbli fl-EPPS.

Ix-Xgħajra – Ħsarat ikkawżati mill-Maltempata Harry – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru jew qed isiru tul il-promenade tax-Xatt tax-Xgħajra wara l-ħsarat ikkawżati mill-maltempata Harry?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Infrastructure Malta – Xogħlijiet temporanji f’Raħal Ġdid – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tax-xogħlijiet temporanji li saru minn Infrastructure Malta fi Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm damu għaddejjin dawn ix-xogħlijiet billi jindika d-data ta’ meta bdew u d-data ta’ meta tlestew?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba ta’ PQ 3090.

Vjal Kulħadd – Applikazzjonijiet li ma ntgħażlux

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ġew sottomessi proposti jew applikazzjonijiet oriġinarjament taħt l-inizjattiva Vjal Kulħadd, kemm minnhom intgħażlu u kemm ma ntgħażlux? Jista’ jgħid ukoll x’se jsir mill-proposti li ġew sottomessi iżda ma ntgħażlux, u jekk dawn humiex se jibqgħu jiġu kkunsidrati għal fażi sussegwenti tal-inizjattiva jew jekk il-Kunsilli Lokali u/jew l-entitajiet li ssottomettewhom humiex se jkollhom jissottomettu applikazzjoni ġdida? Jista’ jgħid ukoll jekk Infrastructure Malta kkomunikatx mal-applikanti li ma ntgħażlux dwar il-possibbiltà li l-proposti tagħhom jiġu kkunsidrati fi stadju jew fażi sussegwenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25318 matul il-leġiżlatura preċedenti.

Vjal Kulħadd – Kontinwazzjoni tal-inizjattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jkompli bl-inizjattiva Vjal Kulħadd permezz ta’ sejħa jew fażi oħra li fiha jkunu jistgħu jintgħażlu proġetti addizzjonali? Jekk iva, jista’ jgħid meta huwa ppjanat li titnieda l-fażi jew sejħa li jmiss, kemm huwa l-baġit allokat għaliha u kemm-il proġett huwa previst li jintgħażel?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inizjattiva Vjal Kulħadd qed tkompli tiġi implimentata permezz tal-proġetti magħżula fl-ewwel fażi tagħha, li tħabbret f’Jannar 2025. Wara li kienu ġew sottomessi 40 applikazzjoni minn kunsilli lokali u NGOs ambjentali, intgħażlu 14-il proġett għall-ewwel fażi, filwaqt li 10 proġetti addizzjonali kienu għadhom taħt evalwazzjoni għat-tieni fażi. L-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa li tkompli tittrasforma l-ispazji pubbliċi f’żoni aktar aċċessibbli, siguri u sostenibbli, b’enfasi fuq il-mixi, il-mobilità alternattiva u ż-żieda fl-ispazji ħodor, filwaqt li tingħata prijorità lin-nies u lill-komunitajiet.

Vjal Kulħadd – Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab kull wieħed mill-proġetti magħżula taħt l-inizjattiva Vjal Kulħadd? Jista’ jgħid ukoll liema proġetti tlestew, liema jinsabu fil-fażi ta’ implimentazzjoni, liema għadhom fi stadju ta’ pjanar jew konsultazzjoni u d-data mistennija għat-tlestija ta’ kull proġett?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proġetti magħżula taħt l-inizjattiva Vjal Kulħadd jinsabu fi stadji differenti ta’ implimentazzjoni, skont in-natura tax-xogħlijiet meħtieġa u l-proċessi tekniċi u amministrattivi relatati ma’ kull proġett. Sal-lum, tlestew il-proġetti fi Triq Ħaż-Żabbar fiż-Żejtun, fi Triq il-Gudja fil-Gudja, fil-Pjazza Tommaso Dingli, Ħ’Attard u fi Triq San Tumas f’Ħal Tarxien. Tlesta wkoll ix-xogħol ta’ riallinjament tal-bypass tas-Siġġiewi, inkluża r-rikostruzzjoni sħiħa tiegħu, il-kostruzzjoni ta’ sistema ġdida għall-ġbir tal-ilma tax-xita sabiex titjieb is-sitwazzjoni f’żona li tbati minn għargħar qawwi, u t-titjib tal-bankina tul il-belvedere bi tqegħid ta’ madum ġdid tal-konkos aggregat espost. Fir-rigward ta’ Triq is-Saqqajja fir-Rabat, tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett, filwaqt li qed jiġu ffinalizzati x-xogħlijiet tat-tieni fażi u qed jitħejja l-bidu tat-tielet fażi. Din tal-aħħar tinkludi t-tħejjija tas-servizzi u l-kostruzzjoni tal-pedamenti tal-bankini u tal-parkeġġi. Fi Triq John Ayde fin-Naxxar, inbena r-reservoir, ġew installati s-servizzi kollha u tlestew ix-xogħlijiet kollha ta’ skavar. Ix-xogħlijiet tal-bankini tlestew ukoll. Fi Triq Oscar Zammit fl-Imsida, inbena r-reservoir, ġew installati s-servizzi kollha u tlestew ix-xogħlijiet kollha ta’ skavar. F’Xatt iċ-Ċangatura fil-Furjana, tlestiet l-ewwel fażi minn tlieta, filwaqt li għaddejjin ix-xogħlijiet fuq is-servizzi li jinsabu tul it-tieni fażi tal-proġett. F’Ħal Kirkop, l-Aġenzija riċentament irċeviet il-ftehim iffirmat mal-Kunsill Lokali, pass meħtieġ għall-iżvilupp tal-proġett. Fir-rigward ta’ Misraħ Santa Marija fiż-Żurrieq, ġiet sottomessa lill-Awtorità tal-Ippjanar l-applikazzjoni relatata mad-DNO, u bħalissa qed tkun mistennija l-approvazzjoni tagħha qabel ma jkun jista’ jsir aktar progress. Fir-rigward tal-proġetti f’Ħaż-Żebbuġ, il-Fgura, il-Mosta, il-Mellieħa u Ħal Safi, il-proċess ta’ implimentazzjoni għadu għaddej, u l-istadju rispettiv u l-iskedi ta’ żmien għat-tlestija tagħhom huma marbuta mal-iżvilupp u l-progress tal-proċessi tekniċi u amministrattivi meħtieġa. Id-dati mistennija għat-tlestija ta’ kull proġett jiddependu mill-istadju li jkun intlaħaq, mill-ħtiġijiet tekniċi u mill-approvazzjonijiet meħtieġa. Għaldaqstant, l-iskedi ta’ żmien jiġu stabbiliti jew aġġornati skont il-progress effettiv ta’ kull proġett.

Kunsilli lokali u d-Diviżjoni tal-Gvern Lokali – Studenti allokati jew ingaġġati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti ġew ingaġġati jew allokati mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u mal-kunsilli lokali matul is-sajf tal-2026, inklużi studenti permezz tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS), il-MITA u s-Summer Placement Programme, u tagħti din l-informazzjoni separata skont l-iskema jew programm rispettiv? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ġew allokati lill-kunsilli lokali u kemm baqgħu jew ġew assenjati mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali? Tista’ tgħid ukoll fuq liema kriterji ġie stabbilit in-numru ta’ studenti mitluba jew ingaġġati, u jekk qabel ma ġie stabbilit dan in-numru sarx eżerċizzju mal-kunsilli lokali sabiex tiġi determinata d-domanda effettiva għal studenti minn kull kunsill?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Ninsab infurmata mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-lista tal-istudenti ġiet komunikata lilhom mill-entitajiet konċernati. Id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali ħadet ħsieb biex tara illi kemm jista' jkun, l-istudenti jiġu allokati f'kunsilli viċin il-post tar-residenza tagħhom.

Nefqa turistika – Perċentwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’perċentwal taż-żieda fin-nefqa turistika matul l-2025 u l-2026 huwa attribwibbli għaż-żieda fin-numru ta’ viżitaturi u x’perċentwal huwa attribwibbli għal żieda fin-nefqa medja għal kull turist?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Wasliet ta’ turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jemminx li ż-żidiet sena wara sena fin-numru ta’ wasliet ta’ turisti jistgħu jibqgħu jiġu sostnuti indefinittivament, u, jekk le, x’limitu jew firxa massima ta’ wasliet turistiċi l-Gvern iqis kompatibbli mal-kapaċità ambjentali, infrastrutturali u soċjali ta’ Malta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3768.

Kapaċità turistika – Evalwazzjoni tal-infrastrutturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, qabel ma jiġu approvati aktar żidiet fil-kapaċità turistika, il-Gvern hux se jevalwa jekk l-infrastruttura tal-ilma, l-elettriku, id-drenaġġ, l-iskart, it-trasport u t-toroq tal-pajjiż għandhiex kapaċità biżżejjed biex takkomoda d-domanda addizzjonali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

EnVision 2050 – Miri tat-turiżmu – Metodoloġija

Question

F’każ li l-Gvern għandu pjan li jirrevedi l-miri tat-turiżmu inklużi f'EnVision 2050, jista’ l-Ministru jgħid x’metodoloġija differenti minn dik li ntużat fl-EnVision 2050 ser tiġi użata biex il-previżjonijiet ikunu aktar kredibbli?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.