Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liċenzji għall-kaċċa – Persuni mmultati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti jew ġiet immultata minħabba ksur relatat mal-liċenzja għall-kaċċa matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu indikat, inħarġu 4 multi amministrattivi fir-rigward tal-offiżi msemmija fl-Iskeda VIII tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi. Fir-rigward ta’ proċeduri quddiem il-Qorti, ġentilment ninfurmak li t-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) tiġi mitluba mill-Pulizija biex tipprovdi assistenza teknika matul il-prosekuzzjoni ta’ ċerti każijiet relatati mal-kaċċa. Madankollu, peress li l-WBRU mhijiex l-awtorità responsabbli mill-prosekuzzjoni, ma jkollhiex l-informazzjoni kompleta li qed tiġi mitluba.

Kaċċa – Spezzjonijiet/enforcement checks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni jew enforcement checks saru mill-awtoritajiet relatati mal-kaċċa matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) tipprovdi assistenza teknika lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta meta tintalab biex tassisti fl-ispezzjoni ta’ ċerti każijiet. Madankollu, peress li l-WBRU ma tkunx involuta fil-każijiet kollha, ma jkollhiex l-informazzjoni kompleta mitluba.

Każijiet ta’ allegat kaċċa illegali jew ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ allegat kaċċa illegali jew ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzji matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Liċenzji għall-kaċċa li ġew sospiżi/irrevokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja għall-kaċċa ġiet sospiża jew irrevokata matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026 u għal liema raġuni?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pulizija tinnotifika lit-Taqsima tar-Regolamentazjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) dwar persuni li l-liċenzja tagħhom tkun ġiet sospiża jew revokata mill-Qorti biex isiru l-proċeduri amministrattivi għall-ġbir tal-liċenzji. Matul il-perjodu inkwistjoni, il-WBRU ġiet notifikata bis-sospensjoni jew revoka ta’ 7 liċenzji għall-kaċċa tal-għasafar fuq l-art. Madankollu, jista’ jkun hemm sentenzi oħra li għadhom fil-perjodu ta’ appell u għaldaqstant għadhom ma ġewx notifikati lill-WBRU.

Skema ta’ Self Soċjali – Medja u medjan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3215 u 3622 u jgħid, għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli, għall-każijiet konklużi taħt l-Iskema tas-Self Soċjali, x’kienu l-medja u l-medjan tal-prezz tal-proprjetà, tal-ammont tas-self, u tas-sussidju ta’ kull xahar approvat?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella 1 li qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 488 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 29 tat-28 ta' Ottubru 2026)

Infrastructure Malta – Tqegħid ta’ sinjali tat-traffiku ġodda – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet flus Infrastructure Malta fit-tqegħid ta’ sinjali tat-traffiku ġodda matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Triq tal-Barrani – Xogħlijiet fil-junction li tagħti għaż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Birżebbuġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet se jsiru f’Triq tal-Barrani fil-junction li tagħti għaż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Birżebbuġa? Jista’ jgħid ukoll meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdumu, jekk inħarġitx sejħa għall-offerti u jekk ġewx ikkonsultati l-Kunsilli Lokali taż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Ħal Tarxien?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Is-Siġġiewi – Triq Karmenu Bonello – Enemalta – Tiswija ta’ lampa tat-triq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet it-tiswija tal-lampa tat-triq (street lighting) bin-numru ta’ notifika tal-Enemalta 304632614 fi Triq Karmenu Bonello, is-Siġġiewi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li n-numru tan-notifika provdut f’din il-mistoqsija ma jikkorrispondix mal-ebda lampa fi Triq Karmenu Bonello, iżda ma’ lampa li tinsab fi Triq Nikol Azzopardi u li dwarha l-aħħar li kien hemm talba biex din tqabbdet mal-provvista lura f’Awwissu li għadda. Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Enemalta jistgħu jċemplu fuq 8000 2224 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku enemalta.com.mt

Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – Enemalta – Tiswija ta’ lampa tat-triq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet it-tiswija tal-lampa tat-triq (street lighting) bin-numru ta’ notifika tal-Enemalta 304634893 fi Triq Dun Manwel Zammit, is-Siġġiewi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li t-tiswija fuq il-lampa li qed issir referenza għaliha saret. Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Enemalta jistgħu jċemplu fuq 8000 2224 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku enemalta.com.mt

Is-Siġġiewi – Triq tal-Ħarruba – Enemalta – Tiswija ta’ lampa tat-triq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet it-tiswija tal-lampa tat-triq (street lighting) bin-numru ta’ notifika tal-Enemalta 304694672 fi Triq tal-Ħarruba, is-Siġġiewi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li t-tiswija fuq il-lampa li qed issir referenza għaliha saret. Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Enemalta jistgħu jċemplu fuq 8000 2224 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku enemalta.com.mt

Is-Siġġiewi – Triq Manwel Bonnici – Enemalta – Tiswija ta’ lampa tat-triq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet it-tiswija tal-lampa tat-triq (street lighting) bin-numru ta’ notifika tal-Enemalta 304690791 fi Triq Manwel Bonnici, is-Siġġiewi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li t-tiswija fuq il-lampa li qed issir referenza għaliha saret. Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Enemalta jistgħu jċemplu fuq 8000 2224 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku enemalta.com.mt

Is-Swieqi – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1956 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jelenka l-miżuri li l-Gvern implimenta jew għandu l-ħsieb jimplimenta sabiex jindirizza l-isfidi relatati mal-indafa, l-infurzar, il-vandaliżmu, l-imġiba antisoċjali u l-preservazzjoni tal-karattru residenzjali tal-lokalità tas-Swieqi?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li, matul l-aħħar xhur, ittieħdu numru ta’ inizjattivi biex jissaħħu s-sigurtà u l-ordni pubbliku fis-Swieqi permezz ta’ koordinazzjoni bejn il-Korp tal-Pulizija, LESA, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) u l-Kunsill Lokali. Dawn inkludew iż-żieda ta’ rondi preventivi u infurzar immirat, inkluż matul il-ħinijiet ta’ billejl. Sar ukoll monitoraġġ u spezzjonijiet fuq proprjetajiet short-let, filwaqt li l-kollaborazzjoni mar-residenti u s-sistema ta’ sorveljanza fiż-żona komplew jikkontribwixxu għaż-żamma tal-ordni pubbliku u l-indirizzar ta’ każijiet ta’ mġiba antisoċjali.

Is-Swieqi – Sinjali tat-traffiku mwaqqgħin jew bil-ħsara

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1955, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-perjodu bejn it-22 ta’ Ottubru 2024 u t-22 ta’ Ottubru 2026, Transport Malta kinitx infurmata dwar każijiet ta’ sinjali tat-traffiku mwaqqgħin jew bil-ħsara fil-lokalità tas-Swieqi? Jista' jgħid ukoll kemm ġew irreġistrati rapporti u f’kull każ kemm damu biex jissewwew jew jiġu sostitwiti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Kunsilli lokali – Żieda fis-setgħat u r-riżorsi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1954, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux pjan konkret sabiex isaħħaħ is-setgħat u r-riżorsi tal-Kunsilli Lokali fil-qasam tal-infurzar, inkluż permezz ta’ aktar uffiċjali tal-infurzar, taħriġ speċjalizzat jew mezzi oħra, u jekk iva, x’inhuma l-miżuri previsti u meta huwa mistenni li jiġu implimentati?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li f'dan l-istadju qed isir il-koordinament ma' numru ta' entitajiet.

Is-Swieqi – Rapporti dwar storbju, vandaliżmu u mġiba antisoċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1949 u jgħid kemm-il rapport dwar storbju, vandaliżmu, imġiba antisoċjali u disturbi għall-kwiet pubbliku ġew irreġistrati fil-lokalità tas-Swieqi matul l-aħħar sentejn u jekk hemmx pjan ta’ tisħiħ tal-infurzar għal din il-lokalità?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li d-dettalji tar-rapporti rreġistrati fis-sistema elettronika tal-Korp tal-Pulizija dwar storbju, vandaliżmu u disturbi għall-ordni pubbliku jinsabu fit-Tabella A. Dawn il-figuri ma jinkludux każijiet li jiġu indirizzati mill-Pulizija waqt ir-rondi jew permezz ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, fejn tittieħed azzjoni immedjata kif meħtieġ. Fir-rigward tal-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru. 3244 Tabella ‘A’:Ksur ta’ paċi u ordni pubblika Swieqi fis-snin 2024, 2025 and 2026 sa 22/10/2026 irreġistrati fin-NPS Kategorija Sub-kategorija Swieqi 2024 2025 2026 Ksur ta’ paċi u ordni pubblika Annimali 0 2 1 Argumenti 6 5 11 Mużika għolja 1 14 10 Ħsejjes waqt kostruzzjoni 0 1 2

TCNs - Permessi ġodda ta’ residenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3300 u 3517 u jgħid kemm inħarġu permessi ġodda ta’ residenza lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) matul is-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi huma dawn l-individwi u kemm inħarġu permessi ġodda ta’ residenza lil ċittadini ta’ kull pajjiż?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Irkupru ta' remunerazzjoni mħallsa lill-membri tal-bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern ħax xi passi sabiex jirkupra r-remunerazzjoni mħallsa lill-membri tal-bordijiet u l-kumitati msemmija fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li matul is-sena 2023 ma kellhom l-ebda laqgħa formali? Jekk iva, jista’ jgħid x’passi ttieħdu u kemm flus ġew irkuprati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk le, jista’ jispjega għaliex ma ttieħdu l-ebda passi f’dan ir-rigward?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Gvern indirizza l-kummenti kollha li ħarġu mir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, inkluż istanzi fejn (i) membri ta’ bordijiet u kumitat baqgħu jitħallsu b’rati qodma tal-2016, jew (ii) deputy chairpersons li tħallsu ammont anqas minn dak li kien dovut lilhom skont il-Manwal. F’Lulju 2026 il-Gvern ippubblika l-verżjoni aġġornata tal- Manual for government appointed board and committees u l-Kodiċi tal-Etika relatati. Dawn il-linji gwida ġew imsaħħa sabiex, fost oħrajn: i.                         Il-ministeri jkunu jistgħu jwaqqfu l-ħlasijiet lill-membri ta’ bordijiet u kumitati f’każ li dawn ma jiltaqgħux għal perjodu ta’ tliet xhur. ii.                       Jenfasizza li l-attendenza għal-laqgħat hija mandatorja, ħlief f’każ ta’ mard. Il-bordijiet jistgħu jirregolaw il-proċedura tagħhom u jippermettu li membru jipparteċipa online biss f’każ ta’ safar. Ir-reviżjoni tal-Manwal u l-Kodiċi tal-Etika saret wara li f’Marzu 2026 tlesta l-proċess ta’ kategorizzazzjoni u klassifikazzjoni tal-bordijiet u l-kumitati kollha tal-Gvern. Kopja ta’ dan il-Manwal tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fit-22 ta’ Lulju 2026. Il-progress li sar ġie nnotat ukoll fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li jsemmi: Regarding NAO’s recommended exercise for Ministries to identify those Boards and Committees which are still not categorised and classified, but with at least one remunerated member, in the Cabinet Office’s feedback it was stated that by March 2026 it had concluded the categorisation, classification and determination of remuneration levels of all Government-appointed bodies. Barra minn hekk, il-konklużjonijiet tar-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jirreferu għal parti oħra ta’ dan l-eżerċizzju ta’ konsolidament li sar fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika. Fil-fatt sa Marzu 2026 tneħħew ammont ta’ bordijiet u kumitati li ma kienx għad hemm bżonnhom jew li l-funzjoni tagħhom ġiet assorbita minn bordijiet jew kumitati oħra: In August 2026, NAO was informed by the Cabinet Office of the number of Government appointed bodies that had been struck off from the list of operational ones. This following a process that was initiated in 2023 to update records, consolidate the work of existing Boards and Committees and cancel those that were no longer necessary, which could contribute to a reduction in expenses.

Bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern - Remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-bordijiet u l-kumitati maħtura mill-Gvern li skont l-informazzjoni li l-Uffiċċju tal-Kabinett ta lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, matul is-sena 2023 ma kellhom l-ebda laqgħa formali, iżda li l-membri tagħhom xorta waħda rċevew remunerazzjoni, kif jirriżulta mir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika dwar ir-remunerazzjoni tal-bordijiet u l-kumitati maħtura mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Kabinett ma jżommx informazzjoni dwar l-ammont ta’ laqgħat ta’ bordijiet u kumitati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ ministeri differenti.

Servizz Pubbliku - Reklutaġġ - Verifika tal-proċessi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema Ministeri u dipartimenti ġew identifikati l-404 ksur jew irregolarità waqt il-135 verifika tal-proċessi ta’ reklutaġġ fis-Servizz Pubbliku, kif jirriżulta mir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għas-sena 2025? Jista’ jagħti rendikont tan-numru ta’ ksur jew irregolaritajiet identifikati f’kull Ministeru u Dipartiment?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-rapport msemmi li diġa tpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

MITA - Sigurtà identifikati fil-PHP - Sistemi informatiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ħadet jew qed tieħu l-Malta Information Technology Agency (MITA) sabiex tiżgura li l-Ministeri, id-Dipartimenti, l-entitajiet u awtoritajiet li għandhom sistemi informatiċi li mhumiex amministrati direttament mill-MITA jwettqu l-verifiki neċessarji biex jiġi stabbilit jekk dawn is-sistemi humiex affettwati mill-vulnerabbiltajiet ta’ sigurtà identifikati fil-PHP? Jista’ jgħid ukoll jekk il-MITA hijiex qed tivverifika li dawn il-verifiki u l-miżuri neċessarji jkunu effettivament twettqu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tal-Ministeri, id-Dipartimenti, l-entitajiet u l-awtoritajiet li għandhom sistemi informatiċi li mhumiex amministrati direttament mill-MITA, l-MITA qed tiffaċilita t-tixrid tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni mas-sidien rispettivi tas-sistemi, sabiex tappoġġa l-valutazzjoni meħtieġa u l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi xierqa.