Legislature:
Category:
Reset
Active:

DIER - TCNs li rrikorrew għall-għajnuna matul l-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) rrikorrew għall-għajnuna tad-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) matul l-2025, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

DIER - Ilmenti li ġew riżolti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa ilmenti quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) matul l-2025 u li ġew riżolti mingħajr il-ħtieġa tat-tribunal?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

DIER - Ilmenti mressqa matul l-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dwar xiex kienu l-ilmenti mressqa quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) matul l-2025, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Skema għax-Xogħol fil-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Iskema għax-Xogħol fil-Komunità għadhiex fis-seħħ u, jekk iva, kif qed titħaddem u kif tista’ tiġi aċċessata? Jekk le, hemm il-ħsieb li jkun hemm skema ekwivalenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat illi I-implimentazzjoni tal-Community Work Scheme għadha għaddejja. Klijenti jiġu rreferuti minn Jobsplus skont il-kriterji stabbiliti.

Persuni li sofrew minn hyperthermia – Lulju 2026

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li daħlu l-isptar, u kemm minnhom tilfu ħajjithom fl-isptar u barra, minħabba sħana (hyperthermia) fil-heatwave ta' Lulju 2026 u jaqsam din l-informazzjoni ġurnata b'ġurnata?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mis-sistema administrattiva tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ attendenzi ġewwa l-emerġenza kien jammonta għal 179, li minnhom 89 ġew ammessi fi swali. Skond ir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet, in-numru ta’ persuni li mietu b’konsegwenza diretta tal-effett tas-sħana f’Malta u Għawdex matul ix-xahar ta’ Lulju 2026 kien ta’ għoxrin, bi tlieta minnhom imutu fl-isptar. Fil-każijiet kollha, il-pazjenti kellhom kundizzjonijiet mediċi oħra li setgħu ikkontribwew għall-mewt tagħhom.

Qorti tal-Familja - Żmien medju biex tinqata’ kawża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu ż-żmien medju biex tinqata’ kawża fil-Qorti tal-Familja u jagħti din l-informazzjoni mill-2015 sal-aktar data riċenti, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Waqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żmien medju biex kawża tiġi deċiża fil-perjodu msemmi minnha kien ta’ bejn madwar sentejn, ta’ min jinnota li mill-1 t’Otturbu 2026, daħlet fis-seħħ ir-Riforma tal-Qorti tal-Familja li permezz tagħha ġew stabbiliti limiti u żminijiet ċari li għandhom jigħnu biex jitħaffu il-proċeduri fil-Qorti tal-Familja. Wieħed għandu jagħti perjodu ta’ żmien sakemm tkun tista ssir evalwazzjoni oħra tal-iżviluppi li jkunu saru bis-saħħa ta’ din ir-riforma.

Qorti tal-Familja - Kawżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi li baqgħu pendenti fil-Qorti tal-Familja fl-aħħar ta’ kull sena, mill-2015 sal-aktar data riċenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Qed inpoġġi fuq il- mejda tal Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba sat-13 t’Ottubru 2026.

Qorti tal-Familja - Kawżi deċiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi fil-Qorti tal-Familja mill-2015 sal-aktar data riċenti, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal- kamra tabella li turi numru ta’ kawżi deċiżi fil- Qorti tal- Familja mill- 2015 sal-5 t’ Ottubru 2026.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 703 u tgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Tista’ tgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 975.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 702 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 975.

Sena skolastika 2025-2026 – Studenti tal-Year 11

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ studenti tal-Year 11 li temmew l-edukazzjoni obbligatorja fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-total ta’ student tal-Year 11 li temmew l-edukazzjoni obbligatorja fis-sena skolastika 2025-2026 hija ta’ 2485.

Kaċċa – Policies/permits

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim, memorandum jew komunikazzjoni bejn il-Gvern u għaqdiet tal-kaċċaturi relatati ma’ policies jew permits tal-kaċċa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex filwaqt li jispeċifika l-mistoqsija tiegħu, żgur li dan il-Gvern ma bagħat l-ebda komunikazzjoni bil-miktub u iffirmata minn Prim Ministru fejn il-kaċċaturi kienu ġew imwegħdin li l-kacca u l-insib se jigu ssalvagwardjati, biex mbagħad ftit wara ġara kollox bl-oppost. Il-politika ta’ dan il-Gvern favur id-delizzji u tradizzjonijiet lokali hija ċarissima. Dan għal kuntrarju tal-partit fl-oppozizzjoni.

Elezzjoni Ġenerali 2026 – Liċenzji tal-kaċċa maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja tal-kaċċa nħarġet wara l-Elezzjoni Ġenerali 2026 u jekk kienx hemm żieda fl-applikazzjonijiet matul dan il-perjodu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar eżamijiet tal-liċenzja tal-kaċċa saru f’Ġunju li għadda. Il-proċess biex jinħarġu l-liċenzji tal-kaċċa għadu ma bediex peress li r-riżultati tal-eżamijiet għadhom qegħdin jiġu pproċessati. In-numru ta’ applikanti li poġġew għal dawn l-eżamijiet huwa fl-istess livell ta’ sessjonijiet preċedenti.

Sistema tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-kaċċa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux intenzjoni jirrevedi s-sistema tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-kaċċa sabiex ikun hemm aktar trasparenza u infurzar effettiv?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura tal-eżamijiet biex wieħed tinħariġlu liċenzja ġdida hija diġà waħda trasparenti. Qabel l-eżami, l-applikanti jiġu mistiedna jattendu kors ta’ informazzjoni li matulu jingħataw tagħrif u spjegazzjonijiet dwar ir-regolamenti applikabbli, inkluż l-identifikazzjoni ta’ għasafar kaċċabbli. Wara dan il-kors, l-applikanti jiġu msejħa biex ipoġġu għall-eżami bil-għan li jiġu evalwati fuq l-għarfien tagħhom tar-regolamenti u l-identifilazzkoni tal-għasafar kaċċabbli. L-applikanti jiġu infurmati bil-miktub bir-riżultat tal-eżami tagħhom. Dawk li ma jgħaddux mill-eżami jingħataw l-opportunità li jerġgħu jpoġġu għall-eżami f’sessjoni sussegwenti. B’differenza mill-proċedura ta’ interview li kienet tintuża qabel it-twaqqif tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU), l-eżami bil-miktub jipprovdi metodu ta’ evalwazzjoni oġġettiv u uniformi li ma jħallix lok għal preġudizzju jew għal interpretazzjonijiet differenti.

Regolamenti tal-kaċċa – Uffiċjali tal-infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-infurzar assenjati biex jissorveljaw il-konformità mar-regolamenti tal-kaċċa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Speċi protetti/migratorji – Effett tal-kaċċa – Impact assessment ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx impact assessment ambjentali dwar l-effett tal-kaċċa fuq ċerti speċi protetti jew migratorji?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat Ornis huwa inkarigat li jevalwa dawn il-kwistjonijiet skont ir-regolament 10 tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (L.S.549.42).