Legislature:
Category:
Reset
Active:

MDIA – Impjegati full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ impjegati full-time fi ħdan il-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) li jaħdmu f’kull waħda mill-kategoriji professjonali li ġejjin: i.     Ekonomisti; ii.    Avukati; iii.   Accountants; iv.   IT Professionals; u v.    Inġiniera?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ impjegati full-time fi ħdan il-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) li jaħdmu f’kull waħda mill-kategoriji professjonali li ġejjin, huma dawn: i. Ekonomisti; 1 ii. Avukati; 4 iii. Accountants; 2 iv. IT Professionals; 13 v. Inġiniera: 1

Speed cameras – Kalibrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2957 fl-intier tagħha u jgħid meta l-aħħar li ġew kalibrati kull waħda mill-ispeed cameras imsemmija fl-istess tweġiba?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Selmun Palace Hotel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Selmun Palace Hotel ma tibqax abbandunata u x’tip ta’ sigurtà hemm ipprovduta preżentement f’din l-istess lukanda?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – Restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern biex isir ir-restawr tal-Palazz ta’ Selmun? Jista’ jgħid ukoll x’sar s’issa biex jiġi assigurat li t-tenders neċessarji jiġu ppubblikati/aġġudikati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-preparamenti sabiex tkun ippubblikata s-sejha pubblika jinstabu fi stadju avvanzat.

Riferti għal mole mapping

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 3295 u jgħid ⁠kemm kien hemm riferti għal mole mapping f’dawn l-aħħar ħames snin u x’kien il-perjodu ta’ stennija, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li t-taqsima tal-Illustrazzjoni Medika (Medical Illustration Unit), fi ħdan l-isptar Mater Dei, rċeviet għadd ta’ talbiet għall-immappjar tal-għazz (mole mapping), tul dawn l-aħħar 5 snin, kif ġej: Sena Numru ta’ pazjenti riferuti 2022 82 2023 96 2024 110 2025 155 2026 (sat-22 ta’ Ottubru) 155

Każijiet ta’ moles

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3294 u jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ għazz (moles) li tneħħew minħabba li kien hemm riskju ta’ kanċer, kemm minnhom kienu kanċer u kemm minnhom kienu severely dysplastic?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-10 ta’ Ottubru 2026, tneħħew 2,300 għazz. Dawn jinklidu 275 każ ta’ ‘dysplastic naevi’. Din iċ-ċifra tinkludi l-każijiet kollha ta’ ‘dysplastic naevi’ u ma tagħmilx distinzjoni bejn il-livelli differenti ta’ displasja. Huwa importanti li jiġi nnotat li dawn iċ-ċifri huma approssimattivi. Barra minn hekk, l-għazz jistgħu jitneħħew għal diversi raġunijiet u mhux neċessarjament minħabba riskju ta’ kanċer.

Wied il-Qlejgħa – Tindif

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3279, tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx investigazzjoni dwar il-materjal li nstab f’għalqa privata f’Wied il-Qlejgħa? Tista’ tgħid ukoll jekk sarx it-tindif ta’ dan il-materjal, fid-dawl tal-fatt li jinsab fil-parti fejn tgħaddi n-nixxiegħa tal-ilma f’dan il-wied?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għamlet spezzjoni fis-sit u ġie nnutat munzell ta' materjal konsistenti f'ħamrija b'ġebel imdaqqas f'għalqa biswit il-Wied. Il-materjal ma jidhirx li hu skart però f'dan l-istadju l-ERA se tkompli tinvestiga.

Allied Health Professionals - Ħlasijiet għal sigħat żejda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3199 u jgħid meta ser jitħallsu l-Allied Health Professionals li qed jaħdmu sigħat żejda barra l-ħin tagħhom biex jinqatgħu l-listi ta’ stennija? Jista’ jgħid ukoll għaliex, minkejja li dan ix-xogħol beda fil-bidu tas-sena, sal-lum dawn il-professjonisti għadhom ma tħallsux?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar - Applikazzjonijiet approvati - Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1795 u 3146 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ fondi miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-applikazzjonijiet li ġew approvati fil-passat? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-fondi għal kull lokalità f’Malta u f’Għawdex u kemm kienu f’Diċembru 2024 u f’Diċembru 2025? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex jinbidlu l-kriterji li fuqhom il-kunsilli lokali jistgħu jaċċessaw dawn il-fondi biex bihom ikunu jistgħu jwettqu bosta xogħlijiet li sal-lum mhux permess li jwettqu skont il-kriterji ta’ użu ta’ dawn il-fondi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Is-Siġġiewi – Triq Blat il-Qamar – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir fi Triq Blat il-Qamar fis-Siġġiewi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, wara t-tlestija tax-xogħlijiet fi Triq Bur il-Kbir fis-Siġġiewi u l-ftuħ tat-triq għat-traffiku, il-prijorità li jmiss hija li titkompla l-implimentazzjoni tal-proġetti skedati taħt l-inizjattiva Vjal Kulħadd. Sussegwentement, Infrastructure Malta terġa’ tagħmel il-koordinazzjoni meħtieġa sabiex jiġi stabbilit l-aħjar żmien biex jibdew ix-xogħlijiet fi Triq Blat il-Qamar, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet u l-iskeda tax-xogħlijiet infrastrutturali ppjanati.

Ħal Qormi – Triq il-Ħammieri – Xogħlijiet

Question

Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħammieri, f’Ħal Qormi, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3898.

Ħal Qormi – Triq San Edwardu – Xogħlijiet

Question

Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Edwardu, f’Ħal Qormi, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3897.

Ħal Qormi – Triq il-Belt Valletta – Xogħlijiet

Question

Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3896.

Ħal Qormi – Triq il-Vitorja – Xogħlijiet

Question

Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Enemalta rigward it-tisħiħ fid-distribution network f’Ħal Qormi, li abbażi tagħhom ser ikun hemm pjan ħolistiku ta’ xogħlijiet f’Ħal Qormi.

Pjazza ta’ Ħal Tarxien – Ċerimonja tal-inawgurazzjoni – Spiża totali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3594 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali taċ-ċerimonja uffiċjali tal-inawgurazzjoni tal-Pjazza ta’ Ħal Tarxien li saret fl-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kapuċċini – Salib it-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3020 u jgħid kemm ġew irreġistrati inċidenti tat-traffiku din is-sena fi Triq il-Kapuċċini, Ħaż-Żabbar, b’mod partikolari fiż-żona ta’ salib it-toroq li tgħaqqad Triq il-Kapuċċini mat-toroq tal-inħawi ta’ Sant’Andrija? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux studji jew risk assessment dwar is-sigurtà ta’ dan is-salib it-toroq, u x’miżuri konkreti ttieħdu jew qed jiġu kkunsidrati sabiex titjieb is-sigurtà f’dan il-punt, inkluż jekk hemmx pjanijiet għal tibdil fit-toroq, fis-sinjali tat-traffiku, markings, traffic calming, dawl jew miżuri oħra ta’ prevenzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-post eżatt fi Triq il-Kappuċċini li għalih qed jirreferi, billi jimmarkah fuq pjanta tas-sit (sit map)

Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026 – Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda/estensjonijiet ta’ lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti applikazzjonijiet għal lukandi ġodda jew estensjonijiet ta’ lukandi, mill-introduzzjoni tar-Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026, u kemm minn dawn ma jaqgħux taħt il-kriterji l-ġodda?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu rċeviet żewġ applikazzjonijiet għal lukandi ġodda, u żewġ applikazzjonijet għal estensjonijiet.  L-applikazzjonijiet kollha jikkonformaw mal-kriterji l-ġodda stabbiliti.

Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026 – Short-term rentals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex ir-Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026 japplikaw ukoll għal units ta’ akkomodazzjoni turistika għal żmien qasir (short-term rentals), li kienu jeżistu diġà fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolamenti dwar l-Akkomodazzjoni Turistika tal-2026 li daħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2026, diġà japplikaw għall-units kollha ta’ akkomodazzjoni turistika għal żmien qasir, inklużi dawk li kienu diġà liċenzjati qabel din id-data.