Jobsplus - Programmi tal-Youth Guarantee u Training for Employment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-figura ta’ aktar minn 15,000 persuna li, skont l-istqarrija tas-7 ta’ Ottubru 2026, ibbenefikaw mill-programmi Youth Guarantee u Training for Employment ta’ Jobsplus, tirrappreżentax persuni uniċi jew tinkludix persuni li pparteċipaw aktar minn darba fl-istess programm, f’korsijiet differenti jew fiż-żewġ programmi? Jista’ wkoll jipprovdi n-numru totali ta’ persuni uniċi u n-numru totali ta’ parteċipazzjonijiet irreġistrati sat-30 ta’ Settembru 2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2761 u 4051 u jgħid kemm-il karozza tal-linja li kienet tifforma parti mis-servizz antik tat-trasport pubbliku u li nbiegħet jew ġiet trasferita minn Transport Malta jew minn entità governattiva oħra mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari:
i. inbiegħet bil-kundizzjoni li tiġi restawrata;
ii. inbiegħet wara dikjarazzjoni mix-xerrej li kellha tiġi restawrata;
iii. kienet intiża biex tintuża bħala attrazzjoni turistika jew ta’ wirt nazzjonali; jew
iv. kienet intiża biex tintuża għal sightseeing jew għal servizzi oħra tal-passiġġieri?
Jista’ wkoll jipprovdi n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-flotta għal kull waħda minn dawn il-karozzi tal-linja, id-data tal-bejgħ, il-prezz tal-bejgħ, l-użu ddikjarat, l-istat tar-restawr u jekk bħalissa hijiex effettivament tintuża għall-iskop indikat meta nbiegħet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2011, Transport Malta ittrasferiet 118 karozza tal-linja, li kienu jifformaw parti mill-flotta tas-servizz tat-trasport pubbliku, lil Heritage Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2759 u 4049 u jgħid kemm-il karozza tal-linja marbuta mas-servizz antik tat-trasport pubbliku ġiet akkwistata, riċevuta, ikkontrollata, mibjugħa jew trasferita minn Transport Malta jew minn entità pubblika oħra mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-vetturi u għal kull vettura jipprovdi:
i. in-numru tar-reġistrazzjoni u n-numru preċedenti tal-flotta;
ii. il-marka, il-mudell, ix-chassis u s-sena tal-manifattura;
iii. l-entità li rċeviet il-vettura;
iv. jekk il-vettura nżammitx, inbiegħetx, ingħatatx bħala donazzjoni, ġietx skrappjata jew esportata;
v. id-data u l-metodu tad-disponiment;
vi. il-prezz tal-bejgħ jew korrispettiv ieħor; u
vii. kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-bejgħ jew mat-trasferiment?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2760 u 4050 u jgħid kemm mill-karozzi tal-linja antiki marbuta mas-servizz antik tat-trasport pubbliku li ġew akkwistati, riċevuti, ikkontrollati, mibjugħin jew trasferiti minn Transport Malta jew minn entità pubblika oħra mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bħalissa huma:
i. irreġistrati f’Malta jew Għawdex;
ii. liċenzjati biex jintużaw fit-toroq pubbliċi;
iii. koperti b’liċenzja għat-trasport tal-passiġġieri jew b’Malta Heritage Bus Licence;
iv. irreġistrati bħala li ntużaw fit-toroq pubbliċi matul l-aħħar 12-il xahar;
v. użati għal sightseeing tours, eskursjonijiet, tiġijiet jew attivitajiet oħra marbuta mat-turiżmu;
vi. ippreservati biss għall-wiri;
vii. qegħdin jiġu restawrati;
viii. maħżuna iżda mhux restawrati;
ix. esportati; jew
x. skrappjati?
Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tar-reġistrazzjoni u l-klassifikazzjoni attwali ta’ kull vettura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’Tas-Sliema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3879 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’San Ġiljan
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3880 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’San Ġiljan mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar fil-Gżira
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3881 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet fil-Gżira mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4048 u jgħid kemm-il darba, fl-aħħar ħames snin, persuni li rrapportaw vjolenza domestika sfaw vittmi ta’ aggressjoni serja jew saħansitra omiċidju wara li kienu diġà talbu l-protezzjoni tal-Pulizija?
Rapporti ta’ vjolenza domestika – Mandati ta’ arrest mhux eżegwiti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4047 u jgħid kemm-il mandat ta’ arrest relatat ma’ vjolenza domestika baqa’ mhux eżegwit, għal kemm żmien, u x'miżuri ttieħdu biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà għal tali nuqqasijiet?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi fil-preżent f’dawn il-gżejjer hemm għaxar (10) mandati ta’ arrest relatati ma’ każijiet ta’ vjolenza domestika li għadhom mhux eżegwiti. Minn dawn, erba’ (4) jikkonċernaw persuni Maltin u sitta (6) jikkonċernaw persuni barranin. Fir-rigward tal-persuni Maltin, tnejn jinsabu rikoverati fl-Isptar Mount Carmel (MCH) u għadhom qed jirċievu kura, persuna waħda ma setgħetx tiġi lokalizzata u ddaħħlet fis-sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), filwaqt li persuna oħra tinsab barra minn Malta. Fir-rigward tal-persuni barranin, dawn kollha jinsabu barra minn Malta u nħarġu allerti fis-sistema SIS fir-rigward tagħhom.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3725 u 3924 u jgħid x’miżuri konkreti qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tas-suwiċidju f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni jinsabu attwalment fuq il-lista ta’ stennija għas-servizzi tas-saħħa mentali offruti mill-Gvern, x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija għal dawn is-servizzi, u kif qed jiġi assigurat li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw għajnuna psikoloġika immedjata?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed tiġi implimentata l-Istrateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju 2026–2031, li għandha l-għan li ssaħħaħ l-identifikazzjoni bikrija, l-intervent f’waqtu u l-aċċess għal servizzi xierqa ta’ kura u appoġġ. F’dan ir-rigward, qed jiġu mplimentati diversi miżuri, fosthom qed jitħejjew programmi ta’ taħriġ specjalizzat, sensibilazzazzjoni publika, Helpline 1579, riċerka u monitorapġġ fost oħrajn.
Is-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa Mentali jiżguraw li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw assistenza professjonali f’waqtha permezz ta’ sistema ta’ valutazzjoni inizjali u prijoritizzazzjoni tal-każijiet skont il-livell ta’ riskju u l-urġenza klinika. Dan isir permezz tas servizzi tal-Emerġenza Psikjatrika, il-linja Nazzjonali tas-Saħħa Mentali 1579 u Kontinwità tal-Kura u Appoġġ Psikoloġiku.
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34052 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-periti li ġew ingaġġati b’direct order għall-proġett tat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data ngħatat id-direct order, u x’inhu l-valur tagħha?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif inqasmet l-ispiża tat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, bejn l-Awtorità tad-Djar, Infrastructure Malta, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa u s-sidien tal-garaxxijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallas s’issa u lil min?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22482 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża stmata oriġinarjament għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, x’inhi l-ispiża totali skont il-ftehim iffirmat, u għaliex żdiedet l-ispiża?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29677 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid f’liema data ġie ffirmat il-ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, u jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jerġgħu jibdew ix-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, u sa meta huma mistennija jitlestew?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data bdew ix-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data waqfu dawn ix-xogħlijiet, u għal liema raġuni waqfu?
Servizz ta’ riferiment lejn sptarijiet privati – Pazjenti li bbenefikaw
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ibbenefikaw pazjenti mis-servizz li permezz tiegħu pazjenti b’każijiet ta’ emerġenza mhux ikkumplikati kienu jiġu riferuti lejn sptarijiet privati, minn meta ġie introdott dan is-servizz f’Jannar 2025? Jista’ jgħid ukoll f’liema data ġie sospiż dan is-servizz u x’kienu r-raġunijiet għal din is-sospensjoni?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija pubblika PR261792 datata 24 ta’ Ottubru 2026 li tinsab fuq is-sit elettroniku
www.doi.gov.mt
B’referenza għat-tweġiba fil-mistoqsija parlamentari 2465, u minkejja li l-proċeduri dwar il-permess ta’ żvilupp PA/04777/20 għadhom pendenti quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid jekk, il-permess għadux fis-seħħ u jekk ix-xogħlijiet relatati miegħu jistgħux legalment jinbdew jew jitkomplew? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi ordni ta’ sospensjoni jew miżuri oħra fis-seħħ sabiex jiġi evitat li jsir żvilupp irriversibbli f’Kemmuna qabel ma t-Tribunal jerġa’ jiddeċiedi l-każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li fir-rigward tal-permess imsemmi għadha pendenti proċedura ta’ appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar. Fid-dawl tal-fatt li l-proċeduri għadhom pendenti quddiem il-fora kompetenti, ma jkunx xieraq jew prudenti li jsir kwalunkwe kumment ulterjuri f’dan l-istadju.
Produzzjoni tad-drenaġġ - Żieda kontinwa fil-volum ta’ ilma mormi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2464, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-kapaċità attwali tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ u tan-network tad-drenaġġ f’Malta hijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-volum attwali u dak proġettat ta’ ilma mormi, fid-dawl taż-żieda fil-kostruzzjoni u fl-iżvilupp residenzjali? Tista’ tgħid ukoll jekk sarux studji dwar l-impatt ta’ dan it-tkabbir fuq il-kapaċità tal-infrastruttura, b’mod partikolari f’żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni bħal Tas-Sliema, u liema investimenti konkreti huma ppjanati biex tiġi evitata pressjoni żejda fuq is-sistema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-infrastruttura eżistenti għall-ġbir u t-trattament tad-drenaġġ qiegħda tlaħħaq mad-domanda attwali. Fid-dawl tat-tkabbir proġettat fid-domanda, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed timplimenta programm ta’ titjib biex tkompli żżid il-kapaċità tat-trattament tad-drenaġġ. L-investiment ippjanat ma jindirizzax biss il-kapaċità tal-impjanti tat-trattament, iżda wkoll il-kapaċità tan-network tal-ġbir u d-distribuzzjoni, nkluż f’żoni fejn id-domanda u d-densità huma ogħla.
Fil-qafas tal-aġġornament tal-Pjan Nazzjonali ta’ Investiment għas-Servizzi tal-Ilma 2026-2036, hemm ippjanati madwar €106 miljun f’investimenti fl-infrastruttura tat-trattament tad-drenaġġ u madwar €145 miljun fin-network tad-drenaġġ. Dawn jinkludu titjib fl-impjanti ta’ Iċ-Ċumnija f’Għawdex, ta’ Sant’ Antnin u Ta’ Barkat, kif ukoll tiġdid u estensjoni ta’ mejnijiet ewlenin u infrastruttura oħra tan-network sabiex tiżdied il-kapaċità tal-ġbir u tat-trasport u titnaqqas l-infiltrazzjoni tal-baħar f’ċerti nħawi mal-kosta.
L-aġġornament tal-Pjan Nazzjonali ta’ Investiment tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li b’kollox jammonta għal €400 miljun, li jiġbor dawn l-interventi f’qafas wieħed ta’ investiment fit-tul, huwa mmirat li jiġi finalizzat sal-aħħar tas-sena.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2463, tista’ l-Ministru tgħid kemm mis-760 Notice to Comply u l-110 ittra legali maħruġa bejn l-2023 u l-2025 kienu jirrigwardaw rimi ta’ skart likwidu b’parametri kimiċi li jaqbżu l-limiti legali, kemm minn dawn il-każijiet ġew regolarizzati mill-operaturi kkonċernati, u jekk kienx hemm każijiet fejn, minħabba nuqqas ta’ konformità jew ksur ripetut, ittieħdu aktar passi ta’ infurzar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mill-ispezzjonijiet li saru bejn l-2023 u l-2025, ġew identifikati 249 każ ta’ rimi ta’ skart likwidu b’parametri kimiċi li jaqbżu l-limitu legali. Minn dawn, 200 każ ġew regolarizzati mill-operaturi. Fuq il-każi l-oħrajn inħarġu ittri legali.