B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx jew hijiex ippjanata evalwazzjoni speċifika dwar xi impatt potenzjali tal-faċilità fuq il-kwalità ambjentali u tal-ilma fl-Għadira u fil-Bajja tal-Mellieħa? Jekk iva, tista’ tqiegħed din l-evalwazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 2637.
Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Riskju ta’ kontaminazzjoni
Question
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid xi studji saru jew huma ppjanati dwar ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija, l-ilma ta’ taħt l-art u tal-baħar minħabba t-trasport, il-ħażna u l-ipproċessar ta’ demel, slurry u skart agrikolu fis-sit propost?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 2637.
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx jew hux ser isir air-quality modelling għall-faċilità proposta, inkluż l-impatt tat-traffiku addizzjonali u l-emissjonijiet mill-operat tal-impjant? Jekk iva, tista’ tqiegħed ir-riżultati u l-metodoloġija użata fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 2637.
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid x’evalwazzjoni saret dwar l-impatt potenzjali tal-irwejjaħ ikkawżati mit-trasport, mill-ħażna u mill-ipproċessar ta’ bejn 300,000 u 350,000 tunnellata ta’ demel, slurry u skart agrikolu fis-sena fis-sit propost?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 2637.
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għamlitx screening jew xi evalwazzjoni ambjentali tal-proġett propost? Jekk iva, tista’ tqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra u tgħid jekk il-proġett hux ser ikun soġġett għal Environmental Impact Assessment sħiħ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess fir-rigward tal-proġett propost għadu fi stadju preliminari. Kull proposta li titressaq formalment quddiem l-awtoritajiet kompetenti tkun suġġetta għall-proċessi regolatorji applikabbli u jsiru l-istudji u l-evalwazzjonijiet li jkunu meħtieġa skont il-liġi.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 289.
Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm armi tan-nar ġodda liċenzjati fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2026 u l-25 ta’ Ottubru 2025 ġew irreġistrati tlett elf, mitejn u tlieta u tmenin (3,283) arma tan-nar ġdida
‘to keep’
, li jinkludu wkoll armi tal-arja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tfal, wara li irritornaw mal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom, irritornaw lura fil-kura tal-Istat matul l-aħħar għaxar snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar għaxar snin, kien hemm 43 minuri li irritornaw lura fil-kura tal-Istat wara li kienu re-unifikati mal-ġenituri tagħhom. Sena b’ sena dawn kienu mqassmin kif ġej:
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
2024
2025
2026
0
6
2
0
5
8
9
5
4
3
1
Ordni ta’ ħarsien – Tfal li marru jgħixu lura mal-ġenituri bijoloġiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kellhom:
i. Ordni ta’ ħarsien; u
ii. Provisional Care Order
u marru jgħixu lura mal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom fl-aħħar ħames snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 115-il minuri li marru jgħixu lura mal-familja bioloġika tagħhom. Dan in-numru jinkludi ukoll dawk l-individwi li kellhom iktar minn 18-il sena u għażlu li jmorru lura mal-familja tagħhom.
It-tqassim dettaljat ta’ dawn il-minuri jinsab fit-tabella mehmuża ma’ din it-tweġiba
2022
2023
2024
2025
2026
Minuri
18-il sena ‘l fuq
Minuri
18-il sena ‘l fuq
Minuri
18-il sena ‘l fuq
Minuri
18-il sena ‘l fuq
Minuri
18-il sena ‘l fuq
Ordni ta' Ħarsien
Care order
12
5
16
6
6
6
4
5
2
3
Correctional Order
0
0
0
0
0
0
1
0
0
0
Supervision Order
0
0
1
0
7
0
2
0
3
0
Ordni Provviżorja
Care order
9
0
8
2
9
2
0
0
1
1
Supervision Order
0
0
0
0
0
0
1
0
3
0
Total
21
5
25
8
22
8
8
5
9
4
Total Globali
26
33
30
13
13
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat li l-istudji ġeoloġiċi li huma neċessarji għall-kostruzzjoni huma professjonali u ta’ min joqgħod fuqhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
L-istudji ġeoloġiċi meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni jiġu ppreparati minn professjonisti bil-warrant, jiġifieri periti u inġiniera, li huma responsabbli għall-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti li jippreżentaw.
Meta l-proġett jinvolvi skavar ta’ aktar minn żewġ metri, il-leġiżlazzjoni tirrikjedi Geological Investigation Report (GIR) li jinkludi core recovery sabiex jiġu identifikati l-karatteristiċi ġeoloġiċi tas-sit. Fejn l-iskavar propost ikun ta’ inqas minn żewġ metri, trial pit jitqies bħala suffiċjenti sabiex il-perit tal-proġett ikun jista’ jivvaluta l-kundizzjonijiet tas-sit u juża dik l-informazzjoni fit-tħejjija tal-method statement.
Fiż-żewġ każijiet, dawn ir-rapporti jitħejjew minn professjonisti bil-warrant. Wara li jiġu sottomessi lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), dawn jiġu vverifikati wkoll minn periti esterni mqabbda mill-BCA bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni teknika qabel ma tkun tista’ tinħareġ il-clearance meħtieġa skont il-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) rrikorrew għall-għajnuna tad-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) bejn Jannar u Ġunju 2026, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa ilmenti quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) bejn Jannar u Ġunju 2026 li ġew riżolti mingħajr il-ħtieġa tat-tribunal?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid dwar xiex kienu l-ilmenti mressqa quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) bejn Jannar u Ġunju 2026, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu Protection Orders u Temporary Protection Orders separatament mill-2015 sal-aktar data riċenti, maqsuma sena b’sena, u jgħid x’inhi d-distinzjoni bejniethom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mis-sena 2015 ma tistax issir stante li l-istatistika bdiet tinżamm mis-sena 2020, għalhekk qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-2020 s’Awwissu 2026.