Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra tibdil fil-liġi biex, meta jkun hemm riskji ta’ safeguarding identifikati mill-professjonisti, it-terapija tat-tfal tkun tista' tibda anke jekk ma jkunx ingħata l-kunsens miż-żewġ ġenituri?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lil vetturi bi pjanċi barranin mill-uffiċjali tal-infurzar tal-LESA, Transport Malta u l-Pulizija mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li skond is-sistema elettronika LES, in-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw lil vetturi bi pjanċi barranin mill-uffiċjali tal-infurzar tal-LESA u l-Pulizija mis-sena 2025 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2026 kien kif jidher fit-tabella. Għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Entita
2025
2026*
Total
LESA
1270
970
2240
Pulizija
91
68
159
*Sa Ottubru 2026
Terapiji relatati ma’ trawma minn vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tifel u tifla qed jistennew terapija relatata ma’ trawma minn vjolenza domestika? Jista’ jgħid ukoll x'passi qed jieħu l-Gvern biex jiżgura li dawn it-tfal jingħataw intervent kmieni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ kampanji edukattivi, ta’ informazzjoni u ta’ għarfien dwar is-saħħa mentali u l-Employee Support Programme (ESP) saru mis-sena 2023 sal-aktar data riċenti disponibbli fil-ħin li fih qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari u jagħti d-dettalji ta’ kull waħda minnhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li s-suġġetti trattati waqt is-sessjonijiet ta’ għarfien jinkludu: introduzzjoni għas-servizz tal-ESP, l-importanza li nieħdu ħsieb tagħna nfusna u r-reżiljenza, l-istress u l-għarfien dwar is-saħħa mentali, il-benessri għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u ħaddiema involuti fir-rispons għall-emerġenza, il-benessri għall-forzi dixxiplinati, kif ukoll għarfien dwar kif wieħed jista’ jipprepara ruħu emozzjonalment għall-irtirar.
L-ESP iffaċilita wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ għall-impjegati pubbliċi b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra bħall-Fondazzjoni Richmond (Mental Health First Aid), Aġenzija Sapport (Għarfien dwar in-Newrodiversità) u Aġenzija Sedqa (Għarfien dwar kif tista’ tgħin lill-impjegati li jkollhom diffikultajiet marbuta mal-abbuż tas-sustanzi; Ir-Realtà tal-Użu tal-Kannabis; Kif Nużaw it-Teknoloġija b’Mod Responsabbli).
ESP - Servizzi oħra ta’ appoġġ jew kura speċjalizzata
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li għamlu użu mill-Employee Support Programme (ESP) ġew riferuti għal servizzi oħra ta’ appoġġ jew kura speċjalizzata mis-sena 2023 sal-aktar data riċenti disponibbli fil-ħin li fih titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li meta jinħass il-bżonn , l-ESP tirrakomanda lill-impjegat għal servizzi oħra speċjalizzati.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-partijiet tal-business plan ta’ KM Malta Airlines li ġew approvati mill-Kummissjoni Ewropea u li jirrigwardaw il-profittabbiltà, l-investiment privat u s-sostenibbiltà finanzjarja tal-kumpanija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
KM Malta Airlines – Profitt/telf għal kull titjira – Rotot prinċipali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’inhu l-profitt jew it-telf medju għal kull titjira operata minn KM Malta Airlines, matul l-aħħar sena finanzjarja, maqsuma skont ir-rotot prinċipali operati mill-kumpanija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata ta’ turnover fost il-piloti, cabin crew u impjegati tekniċi ta’ KM Malta Airlines, matul l-aħħar sentejn, u kif din ir-rata tqabbel mal-medja tal-industrija Ewropea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
KM Malta Airlines – Bilanċ bejn piloti ġodda u piloti b’esperjenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika ta’ KM Malta Airlines fir-rigward tal-bilanċ bejn piloti ġodda u piloti b’esperjenza fuq ir-rosters operattivi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm minn dawn il-proċeduri jsiru f’Malta jew f’Għawdex:
i. Sleeve gastrectomy (gastric sleeve);
ii. Gastric bypass;
iii. Adjustable gastric band;
iv. Intragastric balloon; u
v. Endoscopic sleeve gastroplasty?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li l-proċeduri barjatriċi li jsiru lokalment huma s-sleeve gastrectomy, ir-Roux-en-Y gastric bypass u l-one anastomosis gastric bypass. L-introduzzjoni tal-endoscopic sleeve gastroplasty qed tiġi kkunsidrata.
Minn Jannar sa Lulju 2026 saru 37 proċedura barjatrika fl-Isptar Mater Dei.
Bħalissa hemm 63 persuna li ilhom fuq il-lista ta’ stennija aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti għal kirurġija barjatrika.
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn klieb li ġew ikkonfiskati minn uffiċjali tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali minn post ġewwa Bengħajsa fuq allegat negliġenza, ingħataw għall-addozzjoni fl-immedjat? Tista’ tgħid ukoll x'ser jiġri wara li l-Qorti ddeċidiet li dawn il-klieb kellhom jiġu rritornati lura għand is-sid?
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – Operat tal-veterinarji – Annimali miġbura
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew miġbura annimali, minn meta l-operat tal-veterinarji qed isir minn ġewwa l-Għammieri stess, u x’annimali kienu? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn l-annimali ġew imraqqda, maqsuma skont it-tip ta' annimal? Tista’ tgħid ukoll jekk kienx hemm talba biex ikun hemm investigazzjoni fuq l-operat tal-veterinarji ġewwa l-Għammieri?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm veterinarji u staff mediku jaħdmu mad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, biex dan is-servizz ikun jista’ jingħata 24 siegħa kuljum u b'hekk l-annimali li jiġu salvati, jingħataw il-kura meħtieġa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għandu żewġ veterinarji assititi minn Veterinary Technical Officer (VTO). Sabiex jiġi żgurat li l-annimali salvati jkollhom aċċess għall-kura veterinarja meħtieġa f’kull ħin, inkluż f’każijiet ta’ emerġenza, il-ħidma tal-veterinarji tad-Direttorat hija ssupplimentata b’arranġamenti ma’ kliniċi veterinarji privati meta l-veterinarji tad-Direttorat ma jkunux disponibbli.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – Għajnuna veterinarja – Annimali meħuda ġewwa l-Għammieri
Question
Tista’ l-Ministru tgħid minn meta bdew jittieħdu direttament ġewwa l-Għammieri għall-għajnuna veterinarja l-annimali misjuba mill-ambulanza tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, minflok jittieħdu ġewwa klinika?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi kollha maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għal billboards, kemm permanenti kif ukoll temporanji, li kienu jew għadhom installati fil-lokalitajiet ta’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Fgura u l-Gudja, matul il-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika l-post eżatt ta’ kull billboard, id-data tal-ħruġ tiegħu u l-perjodu ta’ validità?
Response (ATTARD, JONATHAN)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5413, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar toħroġ permessi għal billboards, iżda l-ħruġ ta’ permess mhux neċessarjament ifisser li l-billboard ikun ġie installat. Għaldaqstant, l-Awtorità ma jkollhiex informazzjoni dwar liema mill-billboards koperti minn tali permessi kienu jew għadhom effettivament installati fil-lokalitajiet imsemmija. Rigward liċenzjar tal-operaturi nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn qabel it-8 ta' Novembru 2026, ir-rapport dwar il-popolazzjoni li kien ipprepara u ppreżenta lill-Prim Ministru fl-2018 qatt ma kien issemma fit-tmien snin ta’ qabel? Jista' wkoll jispjega xi nbidel mill-2018 sal-2026 biex ħass li kellu jitkellem dwaru wara daqstant snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 5203.