Għawdex – Feeders tal-elettriku – Kapaċità massima
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-kapaċità massima tal-feeder ta’ 33kV li baqa’ operattiv u x’kienet id-domanda f’Għawdex meta seħħ l-inċident ta’ qtugħ fil-provvista tal-elettriku li affettwa lil Għawdex fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2026? Tista’ tgħid ukoll kemm kien hemm differenza, f’MW, bejn il-provvista disponibbli u d-domanda?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-sistema tal-elettriku li tforni lil Għawdex hijiex iddisinjata biex tibqa’ tforni lill-gżira kollha f’każ li feeder wieħed ikun barra mis-servizz? Tista’ tgħid ukoll x’livell ta’ redundancy hija mfassla biex tipprovdi s-sistema?
Għawdex – Cables tad-dawl – Temperature ratings u operating limits
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-temperature ratings u l-operating limits tal-cables li jfornu lil Għawdex ġewx riveduti fid-dawl tat-temperaturi ogħla u tal-perjodi itwal ta’ domanda għolja għall-elettriku li qed jesperjenza pajjiżna?
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet it-tagħbija, f’MW u bħala perċentwal tal-kapaċità massima, fuq kull wieħed mit-tliet feeders li jfornu lil Għawdex fis-sigħat ta’ qabel il-ħsara? Tista’ tagħti dawn iċ-ċifri fuq bażi ta’ siegħa għall-perjodu bejn nofsinhar u nofsillejl tat-28 ta’ Awwissu 2026?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk, qabel il-ħsarat tat-28 ta’ Awwissu 2026, kienx hemm xi rapport, test, allarm, technical assessment jew rakkomandazzjoni li indikat degradazzjoni jew riskju ta’ failure fuq xi wieħed miż-żewġ cables li sussegwentement ġarrbu ħsara?
Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Capital expenditure
Question
B’referenza għall-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-capital expenditure stmat għall-bini u l-ikkummissjonar tal-faċilità u jekk dan huwiex stmat bejn €70 miljun u €90 miljun? Jista’ wkoll jagħti breakdown tal-ispiża kapitali prevista skont il-komponenti prinċipali tal-proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għall-proċess RAM/001/2026 dwar l-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-valur stmat tal-konċessjoni huwiex ta’ €511 miljun eskluża l-VAT? Jista’ wkoll jispjega fid-dettall kif ġie kkalkulat dan il-valur u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-mudell finanzjarju, il-projezzjonijiet u l-assunzjonijiet li wasslu għal din iċ-ċifra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Art agrikola
Question
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk xi parti mis-sit propost hijiex art agrikola, hijiex mikrija għal skopijiet agrikoli jew tintużax bħalissa għal skopijiet agrikoli? Jekk iva, jista’ jgħid kemm metri kwadri ta’ art agrikola ser jintilfu jew jinbidlilhom l-użu bħala riżultat tal-proġett propost?
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid min huwa s-sid tal-art kollha ta’ madwar 19,000 metru kwadru identifikata għall-faċilità proposta? Jista’ wkoll jagħti n-numri tal-pjanti u tar-reġistrazzjoni tal-art u jgħid kemm minnha hija proprjetà tal-Gvern, kemm hija mikrija u jekk hemmx art privata involuta?
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx jew hijiex ippjanata evalwazzjoni dwar l-impatt li l-faċilità proposta, it-traffiku addizzjonali, irwejjaħ potenzjali, storbju u attività industrijali oħra jistgħu jkollhom fuq lukandi, ristoranti, operaturi turistiċi, bajjiet u investiment turistiku fil-Mellieħa u l-Għadira? Jekk iva, jista’ jqiegħed din l-evalwazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kinitx ikkonsultata dwar il-proposta u dwar l-impatt potenzjali tagħha fuq il-Mellieħa bħala destinazzjoni turistika? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġiet ikkonsultata, x’parir tat u jqiegħed il-korrispondenza u d-dokumentazzjoni relattiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant sabiex jirrferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 2629.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 2372.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Ħaddiema ġodda
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8 u tgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tagħha minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 2372
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Arja kkundizzjonata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan biex f’kull ċella u partijiet komuni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tiġi installata arja kkundizzjonata? Jekk iva, meta se jiġi implimentat dan il-proġett?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-ħabs ta’ Kordin qed tkun installata sistema ta’ ventilazzjoni li tikkontrolla t-temperatura, ħalli timmitiga l-effetti tas-sħana u tal-kesħa.
Waqt li f’ċerta diviżjonijiet dan ix-xogħol huwa lest u beda jitħaddem lura f’Settembru, hemm bnadi oħra fejn ix-xogħol għadu għaddej u mistenni jieħu ftit tal-ġimgħat oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa ilmenti mill-konsumaturi lill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena, b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti ġew riżolti b’mod amikevoli u kemm minnhom tressqu quddiem it-tribunal matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qiegħda tingħata fit-tabella t’hawn taħt:
Ilmenti mressqa mill-konsumaturi*
Sena
2022
2023
2024
2025
2026
(sal-aħħar
t’ Ottubru)
Numru ta’ ilmenti reġistrati
1187
1189
1234
1556
1640
Riżolti b'mod amikevoli
513
455
478
514
505
Riferuti quddiem it-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur
329
387
398
332
346
* Id-differenza fit-total bejn in-numru ta’ ilmenti reġistrati u t-total ta’ ilmenti riżolti b’mod amikevoli u dawk riferuti quddiem it-Tribunal hija attribwita għal ilmenti li ġew irtirati mill-konsumatur, li nfetħu għal fini informattivi biss, jew li ma setgħux jiġu segwiti minħabba li ma kinux azzjonabbli.
Strateġija tal-Gvern biex jissaħħaħ l-irwol tal-kunsilli lokali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-istrateġija tal-Gvern biex jagħti iktar saħħa lill-kunsilli lokali biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tar-residenti b’mod effettiv?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Il-Viżjoni Strateġika Nazzjonali għall-Gvern Lokali 2023-2030 hija mibnija fuq ideat u suġġerimenti ta' dawk li ta' kuljum jesperjenzaw il-bżonnijiet tal-lokalitajiet u r-residenti mill-qrib u għalhekk tagħti aktar saħħa lill-kunsilli lokali. L-istrateġija hija msejsa fuq ħames pilastri ewlenin li huma Governanza tajba u Effettiva, Riżorsa Reġjonali għall-Kunsilli Lokali, Lokalitajiet b'Ambjent Aktar Nadif, Kunsilli Lokali Viċin in-Nies u Prijorità Diġitali fil-Gvern Lokali.
Il-Manifest ta’ dan il-Gvern ikompli jibni fuq din l-istrateġija billi jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta’ kollaborazzjoni aktar effettiva bejn il-Kunsilli Lokali, il-Kunsilli Reġjonali u l-entitajiet tal-Gvern sabiex proġetti u servizzi jitwettqu b’mod aktar koordinat u effiċjenti, ikun hemm allokazzjonijiet finanzjarji aktar adegwati, l-għoti ta’ aktar responsabbiltajiet u mezzi biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, kif ukoll billi jippermettilhom li jibbenefikaw direttament minn sorsi ġodda ta’ dħul relatati mal-attivitajiet fil-lokalitajiet. Fl-istess waqt, se jitkompla l-investiment fit-taħriġ professjonali tas-Sindki, il-Kunsilliera u l-impjegati tal-Kunsilli. Barra minn hekk, il-Gvern qed jippromwovi t-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi tal-gvern lokali, inkluż permezz ta’ pjattaformi u applikazzjonijiet diġitali li jagħmluha aktar faċli għar-residenti biex jikkomunikaw mal-kunsilli u jirrapportaw il-ħtiġijiet tagħhom.
B’dan l-impenn komprensiv, il-Gvern qed jaħdem biex il-Kunsilli Lokali jkunu aktar effettivi, aktar konxji tal-ħtiġijiet tal-komunitajiet tagħhom u aktar kapaċi jwasslu servizzi ta’ kwalità li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini f’kull lokalità.