Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċittadinanza Maltija permezz ta’ naturalizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4041 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà u jgħid kemm-il persuna kisbet iċ-ċittadinanza Maltija permezz ta’ naturalizzazzjoni bejn Jannar u Ġunju 2026, billi jindika l-pajjiż ta’ oriġini ta’ kull benefiċjarju?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lil Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ċittadinanza Maltija u passaport Malti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4040 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà u jgħid minn liema pajjiżi oriġinaw il-persuni li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija u passaport Malti bejn Jannar u Ġunju 2026, billi jipprovdi n-numru għal kull pajjiż?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lil Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Passaporti Maltin maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4039 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà u jgħid kemm-il passaport Malti nħareġ bejn Jannar u Ġunju 2026 u jindika kemm inħarġu lil persuni li kienu diġà ċittadini Maltin u kemm lil persuni li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Skont l-informazzjoni mibgħuta lili bejn Jannar u Ġunju 2026 nħarġu total ta’ 28,882 Passaporti lil ċittadini Maltin.

Trabi barranin imwielda Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4038 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà u jgħid liema kienu dawk il-pajjiżi barranin li l-ġenituri b’ċittadinanza ta’dak il-pajjiż kellhom l-akbar numru ta’ trabi mwielda f’Malta bejn Jannar u Ġunju 2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi d-domanda lil Ministeru kkonċernat.

Reġistrazzjoni tal-imwiet – Aġġornament awtomatiku jew manwali tad-data

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3888 u jgħid jekk ir-reġistrazzjoni tal-mewt ta’ pazjent f’sistema waħda twassalx għal aġġornament awtomatiku tal-istatus tal-pazjent fis-sistemi l-oħra, jew jekk dan jiddependix minn intervent manwali? Jista’ jgħid ukoll fejn ikunu meħtieġa aġġornamenti manwali, liema kontrolli huma fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi aġġornata b’mod korrett u fil-ħin?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptarijiet pubbliċi – Sistemi elettroniċi tal-informazzjoni – Reġistrazzjoni tal-imwiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3887 u jgħid x’inhuma l-proċeduri fis-seħħ fl-isptarijiet pubbliċi biex il-mewt ta’ pazjent tiġi rreġistrata fis-sistemi elettroniċi tal-informazzjoni? Jista’ jispeċifika liema sistemi jintużaw, inklużi l-ICM, il-Patient Dashboard, l-EPR u l-Converge, u jispjega kif l-informazzjoni dwar il-mewt ta’ pazjent tiġi trażmessa u aġġornata bejn dawn is-sistemi? Jista’ jispjega wkoll jekk hemmx differenza bejn meta persuna tmut fid-dar residenzjali tagħha jew fl-isptar?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Allied Health Practitioners – Skali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3284 u 3845 u jispjega kif inhuma mqassmin l-Allied Health Practitioners bl-iskali, maqsuma professjoni professjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm professjonijiet varji tal-Allied Health. Dawn jinkludu: •    Audiology •    Clinical Perfusion •    Dental Hygiene •    Dental Technology •    Dietetics •    Medical Laboratory Science •    Nutrition •    Occupational Therapy •    Ophthalmic •    Orthotics and Prosthetics •    Physiotherapy •    Podiatry •    Radiography •    Speech and Language Therapy L-iskali tal-professjonijiet ivarjaw kif ġej: •    Allied Health Professional – Scale 10 / 9 •    Senior Allied Health Professional – Scale 8 •    Allied Health Practitioner – Scale 7 •    Higher Allied Health Practitioner – Scale 6 •    Advanced Clinical Allied Health Practitioner – Scale 5 •    Executive Allied Health Practitioner – Scale 5

L-Imtarfa – Sqaq it-Tokk – Resurfacing tat-triq

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3629 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u tgħid meta se jsir ix-xogħol ta’ resurfacing fi Sqaq it-Tokk, fl-Imtarfa u liema aġenzija hija responsabbli għalih?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li Sqaq it-Tokk huwa propjetà privata.

Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 687 u 980 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 975.

Il-Qrendi – Ġnejnet Nikol Aquilina – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fi Ġnejnet Nikol Aquilina, fil-Qrendi, sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2023? Tista’ tgħid ukoll min wettaq dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sit li llum huwa magħruf bħala Ġnejnet Nikol Aquilina, fil-Qrendi, qabel kien fi stat ta’ abbandun. Fl-2022 bdew diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Qrendi biex din iż-żona tiġi riġenerata u trasformata fi spazju aħdar għall-benefiċċju tar-residenti. Sussegwentement, ix-xogħlijiet inbdew fl-2023 u kienu jinkludu t-tindif tas-sit minn skart u materjal ieħor, l-invellar tal-ħamrija u t-tħejjija tagħha għat-tħawwil. Ġew installati wkoll ċnut madwar il-konfini tal-ġnien, bankijiet għall-pikniks, kontenituri għall-iskart u kontenituri apposta għall-iskart tal-klieb. Għaldaqstant, ħloqna spazju rikreattiv f’żona oħra li qabel kienet abbandunata. Il-ġnien infetaħ għall-pubbliku f’Novembru 2023 u minn dak iż-żmien ’l hawn, Project Green kompliet b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni kontinwa sabiex dan il-ġnien jbqa’ fi stat tajjeb għat-tgawdija tal-komunità.

Birżebbuġa – Bengħajsa Park – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fis-sit ta’ Bengħajsa Park, f’Birżebbuġa, sa qabel ix-xogħlijiet tal-ewwel fażi tal-2023? Tista’ tgħid ukoll min wettaq dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Park ta’ Bengħajsa, f’Birżebbuġa, għadda taħt ir-responsabbiltà ta’ Project Green fl-2023 mingħand Infrastructure Malta, li kienet diġà wettqet xogħlijiet ta’ preparazzjoni tal-ħamrija u bdiet it-tħawwil tas-siġar fis-sit. Project Green kompliet bix-xogħlijiet sabiex dan l-ispazju ġie estiż b’aktar minn 2,000 metru kwadru u trasformatu f’park sigur, aċċessibbli u adattat għat-tgawdija tal-familji u r-residenti. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu l-installazzjoni ta’ ċnut madwar il-konfini tal-park, l-invellar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ġebel, il-ħolqien ta’ passaġġi, it-tiswija tal-bir eżistenti, ir-restawr tal-binja li tinsab fis-sit, kif ukoll l-installazzjoni ta’ tagħmir tal-logħob għat-tfal. Sar ukoll aktar tħawwil ta’ siġar u arbuxxelli biex kompla jittejjeb l-ambjent naturali tal-park.

Ħal Safi – Sit tal-Picnic Area/Dog Park – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fis-sit tal-Picnic Area/Dog Park ta’ Ħal Safi sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2023? Tista’ tgħid ukoll min wettaq dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, wara talba li kien għamel il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi, iż-żona li tinsab f’Ta’ Ġawhar ġiet trasformata fi spazju rikreattiv għall-familji, li jinkludi żona għall-pikniks u park għall-klieb. Ix-xogħlijiet fiż-żona tal-pikniks twettqu minn Ambjent Malta, filwaqt li dawk marbuta mal-iżvilupp tal-park għall-klieb inbdew minn Parks Malta u sussegwentement tkomplew minn Project Green fl-2023. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu l-kostruzzjoni ta’ bir, il-preparazzjoni tal-ħamrija, ir-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ, il-ħolqien ta’ passaġġi, l-installazzjoni ta’ għamara għall-ġnien, ċnut madwar il-park għall-klieb, tagħmir tal-logħob għall-klieb, kameras tas-CCTV u sistema ta’ irrigazzjoni, kif ukoll it-tħawwil ta’ siġar u arbuxxelli. Minn meta ġie inawgurat il-ġnien, Project Green ħadet ir-responsabbiltà għall-manutenzjoni kontinwa tas-sit, sabiex dan l-ispazju jibqa’ jinżamm fi stat tajjeb għall-benefiċċju tar-residenti u l-familji li jżuruh.

Ħaż-Żabbar – San Klement Picnic Area – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fis-sit tas-San Klement Picnic Area, f’Ħaż-Żabbar, sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2023? Tista’ tgħid ukoll min wettaq dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 1281.

Santa Venera – Ġnien Romeo Romano – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fil-parti ta’ Ġnien Romeo Romano, f’Santa Venera, li nfetaħ għall-pubbliku fl-2022, sa qabel ir-riġenerazzjoni ta’ dik is-sena? Tista’ tgħid ukoll min wettaq dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qabel ġiet riġenerata l-parti ta’ Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera li nfetħet fl-2022, din lanqas kienet aċċessibbli għall-pubbliku. Għaldaqstant, ix-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni f’din il-parti tal-ġnien kienu jinkludu xogħlijiet biex saru passaġġi siguri u aċċessibbli, sar restawr estensiv tas-sienja, tal-ġibjun, tal-kanali tal-ilma, tal-ħitan u l-funtani, bandli, kif ukoll tħawwlu aktar siġar taċ-ċitru.