Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba r-rotta 62 naqset milli tgħaddi skont l-iskeda uffiċjali tagħha matul l-aħħar tnax-il xahar, u kemm kien id-dewmien medju rreġistrat għal din ir-rotta matul l-istess perjodu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għall-2027 l-istudenti li jirċievu l-istipendju humiex se jibbenefikaw ukoll miż-żieda għall-għoli tal-ħajja (COLA), u jekk iva, kemm se tkun tammonta din iż-żieda f’Ewro għal kull kategorija ta’ stipendju?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari numru 4466.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għall-2027 hix prevista żieda fl-istipendji tal-istudenti, u jekk iva, kemm se tammonta din iż-żieda f’Ewro għal kull kategorija ta’ stipendju?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Iva, l-istipendji ser jerġgħu jiżdiedu.
Għal darb’oħra, dan il-Gvern ser iżid l-istipendji tal-istudenti, minkejja dak li xxandar mill-Oppożizzjoni fuq il-midja soċjali. Fi żminijiet oħra l-istipendji ġew iffriżati u naqqsu. Aħna, minflok,qed inkomplu nsaħħuhom sena wara sena, għax nemmnu li l-edukazzjoni hija investiment, mhux spiża.
U mhux biss. Għall-ewwel darba, żewġ gruppi ta’ studenti li sal-lum qatt ma kienu jirċievu stipendju ser jibdew jirċevuh huma wkoll: l-istudenti fil-qasam marittimu u dawk li qed jistudjaw għal-liċenzja tal-pilota. Ser nagħtu aktar dettalji dwar dan dalwaqt.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3740 u jagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3739 u jelenka l-proprjetajiet pubbliċi mogħtija għall-użu ta’ NGOs taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u jispeċifika l-NGO, l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ kull ftehim?
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3738 u tagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont ta’ żmien biex tinġabar mingħand l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3737 u telenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u tispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont ta’ żmien biex tinġabar mingħand l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3736 u jelenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u jispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3735 u jagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant Il-Fond tal-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta (2023–2027) għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp sostenibbli tas-settur agrikolu kif ukoll l-iżvilupp u t-titjib taż-żoni rurali. Permezz ta’ dan il-fond, jingħata appoġġ ukoll lil inizjattivi li jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-wirt rurali u kulturali, il-ħarsien u t-titjib tal-ambjent naturali, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u t-tisħiħ tas-sostenibbiltà ambjentali. Dawn l-inizjattivi jgħinu sabiex jiġu ppreservati u valorizzati r-riżorsi naturali u l-karatteristiċi distintivi taż-żoni rurali, filwaqt li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tagħhom. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3822 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenarazzjoni tal-Port il-Kbir u l-mistoqsija parlamentari 3823 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u ċjoè: Fid-dawl li t-tappieri fi Ġnien Ovindoli ġewwa Ħal Tarxien fin-naħa ta’ Triq Karlu Maratta kantuniera ma’ Triq Kalamija ġew magħluqa jew imblukkati, jista’ l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex dawn it-tappieri jitnaddfu sabiex jerġgħu jiffunzjonaw kif suppost?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-Mistoqsija Parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3649, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli, u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 940, minħabba l-fatt li l-parkeġġ fil-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala se jkun bla ħlas, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm kumpens għas-sid ta’ din l-art?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1273 u 3648 u jgħid kemm hemm kunsilli lokali li jużaw il-fondi li għandhom ġewwa l-planning fund allokat għall-kunsill lokali tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Ir-Rabat, Malta - Żona ta’ Koronja - Wied il-Qlejgħa - Installazzjoni ta’ bozoz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan jew applikazzjoni biex jiġu installati bozoz mal-bridge li jaqsam fuq Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes), fiż-żona ta’ Koronja, fil-limiti tar-Rabat, Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propoganda li saret mill-Gvern wara d-Diskors tal-Budget 2027, li sar nhar it-Tnejn 26 ta’ Ottubru 2026?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propoganda li saret mill-Gvern wara d-Diskors tal-Budget 2027, li sar nhar it-Tnejn 26 ta’ Ottubru 2026?
Marsaskala – BBQ Area fil-Park tal-Inwadar – Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fis-sit tal-BBQ Area fil-Park tal-Inwadar, f’Marsaskala, sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2023? Tista’ tgħid ukoll min wettaq dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fuq talba tal-Bord tal-Park tal-Inwadar, wettaqna proġett biex pjattaforma tal-konkos, li tifforma parti minn kanal għall-immaniġġjar tal-ilma tax-xita, ġiet trasformata f’żona rikreattiva għall-benefiċċju tal-familji u l-viżitaturi tal-inħawi.
Ix-xogħlijiet kienu jinkludu t-tħejjija taż-żona u t-tisħiħ tal-pjattaforma, l-installazzjoni ta’ poġġamani protettivi madwarha, kif ukoll it-tqegħid ta’ settijiet tal-BBQ, kontenituri għall-iskart u l-irmied, kif ukoll bankijiet madwar iż-żona.
Permezz ta’ dan il-proġett, spazju eżistenti ngħata użu ġdid biex il-pubbliku jkun jista’ jgawdi minn aktar faċilitajiet rikreattivi f’ambjent naturali. Project Green qed tkompli tieħu ħsieb it-tindif u l-manutenzjoni kontinwa taż-żona biex din tinżamm fi stat tajjeb għall-użu mill-pubbliku.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fis-sit ta’ San Ġwann t’Għuxa, f’Bormla, sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2023? Tista’ tgħid ukoll min wettaq dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2022, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla talab biex żona f’San Ġwann t’Għuxa, li kienet fi stat t’abbandun, tiġi rijabilitata u trasformata fi spazju aħdar għall-benefiċċju tar-residenti. Is-sit kien fih ammont konsiderevoli ta’ skart u siġar tal-Akaċja, li huma meqjusin bħala speċi invażivi.
Ix-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni bdew fl-2023 minn Project Green u kienu jinkludu t-tindif tas-sit, it-tneħħija tal-ispeċi invażivi, t-tħejjija tal-art u ż-żieda ta’ ħamrija ġdida, kif ukoll it-tħawwil ta’ siġar maturi. B’hekk żona oħra li qabel kienet mitluqa nbidlet fi spazju aħdar attraenti u sostenibbli, filwaqt li Project Green għadha tieħu ħsieb il-manutenzjoni tagħha biex din tibqa’ titgawda mill-komunità.
Forti Ricasoli – Valutazzjoni tal-impatt ta’ interventi maġġuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel ma jiġu approvati interventi maġġuri fil-Forti Ricasoli ssirx valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-kapaċità tas-sit li jintuża għall-ġbid ta’ films u produzzjonijiet televiżivi? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ dawn il-valutazzjonijiet mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex ippjanati proġetti ġodda ta’ restawr, riabilitazzjoni jew żvilupp fil-Forti Ricasoli? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji tal-interventi ppjanati, l-ispiża stmata tagħhom u ż-żmien mistenni għall-implimentazzjoni?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt informat li hemm numru ta’ interventi ta’ restawr ippjanati fuq il-Forti Ricasoli, dan sabiex tiġi żgurata il-konservazzjoni u r-restawr tas-swar tal-Forti.
Forti Ricasoli – Proġetti ta’ restawr jew riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-proġetti ta’ restawr, riabilitazzjoni jew interventi oħra li twettqu fil-Forti Ricasoli mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jindika għal kull proġett id-data tat-tlestija, l-ispiża u l-entità responsabbli?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsabu infurmat
li matul il-perjodu msemmi, id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni wettaq tliet proġetti ta’ restawr fil-Forti Ricasoli.
Dawn kienu jinkludu r-restawr tal-faċċata tan-Nofsinhar tar-Ridott ta’ San Duminku (Counterguard), ir-restawr tad-Demi-Bastjun ta’ San Duminku, kif ukoll xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni u restawr tal-faċċata tal-Casemates tul it-Tenaille tal-Forti.