Legislature:
Category:
Reset
Active:

Community hubs

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn jinsabu l-community hubs? Tista’ tgħid ukoll meta nfetħu u x’servizzi qegħdin jingħataw, f’kull wieħed minn dawn il-community hubs?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, jekk qed tirreferi għall-Virtù Community Hub, l-Aġenzija għandha hub wieħed li nfetaħ fl-2024. Dan il-hub jintuża għal diversi servizzi offruti mill-Aġenzija, fosthom Sharing Lives, My Programme u Way to Work. F’Għawdex, l-Għajnsielem Learning Gozo Hub jintuża wkoll għal diversi skopijiet inkluż Community Hub.

Persuni b’diżabilità – Djar residenzjali ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inbnew djar residenzjali ġodda għall-persuni b'diżabilità fil-komunità, matul l-aħħar sitt snin? Tista’ tgħid ukoll meta nbnew, meta bdew joperaw u fejn tinsab kull dar residenzjali?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, matul l-aħħar sitt snin, l-aħħar dar residenzjali ġdida fil-komunità mmexxija mill-Aġenzija Sapport bdiet topera fiż-Żurrieq fl-2021. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin, l-Aġenzija kompliet tiżviluppa s-servizzi tagħha b’enfasi akbar fuq id-deistituzzjonalizzazzjoni u l-għajxien indipendenti fil-komunità, aktar milli fuq il-ħolqien ta’ aktar placements residenzjali permanenti. Dan l-approċċ huwa konformi mal-prinċipji tal-UNCRPD dwar l-għajxien indipendenti u l-inklużjoni fil-komunità. F’dan il-kuntest, ġie żviluppat il-proġett ĦOLQA fil-Qrendi, li beda jopera bħala servizz ta’ tranżizzjoni u ġie inawgurat uffiċjalment fl-2024. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-persuni b’diżabilità jingħataw sapport u taħriġ personalizzat sabiex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa biex ikunu jistgħu jgħixu b’mod aktar indipendenti fil-komunità. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha appartament f’San Ġwann fejn persuna li kienet tgħix f’residenza tradizzjonali għamlet it-tranżizzjoni lejn għajxien aktar indipendenti fil-komunità.

Skema Sens-ability

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti l-iskema Sens-ability? Tista’ tgħid ukoll kemm ibbenefikaw persuni minn din l-iskema, minn meta daħlet fis-seħħ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Skema New Hope

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex tikkonsisti l-iskema New Hope fir-rigward ta' persuni b'diżabilità? Tista’ tgħid ukoll kemm ibbenefikaw persuni b'diżabilità minn din l-iskema, minn meta daħlet fis-seħħ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Programm INK

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-programm INK għal persuni b'diżabilità? Tista’ tgħid ukoll kemm ibbenefikaw persuni b'diżabilità minn dan il-programm, minn meta daħal fis-seħħ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-programm INK kien proġett Ewropew tal-ESF li ġie fi tmiemu fl-2022. Wara, inħoloq il-programm Way to Work li llum jifforma parti mill-Unit ta’ SkillUp.

Programm ta’ screening fost it-tfal minn età bikrija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif ġie intensifikat il-programm ta‘ screening fost it-tfal minn età bikrija biex jiġu identifikati sfidi fiżiċi, intellettwali, soċjali u edukattivi, matul l-aħħar sitt snin?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Baġit 2027 – Ħlas għal terapiji ta’ diżabilitajiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema terapiji ser ikun qed isir il-ħlas kollu għalihom kif imħabbar fil-Baġit 2027? Tista' tgħid ukoll liema diżabilitajiet (fiżiċi, eċċ.) ser ikunu eliġibbli għal din il-miżura?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija inkluża fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari PQ W839.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi hemm 21 defibrillator fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ Settembru 2026 kien hemm (133) first aiders ċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm first aider wieħed ċċertifikat fil-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l Innovazzjoni u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Marsaskala – Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini – Bus shelters/bus stops

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4111 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u jgħid meta se jerġgħu jitpoġġew il-bus shelters u l-bankijiet fuq il-bus stops li nqalgħu madwar erba’ xhur ilu minħabba x-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni, fi Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini, f’Marsaskala?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Marsaskala – Triq is-Salini – Bus stops

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-bus stop temporanju li ġie installat riċentement fi Triq is-Salini, f’Marsaskala, qed ikun ta’ periklu peress li jinsab bi dritt is-slipway u faċċata tal-ħruġ ta’ Triq il-Kappara? Jistgħu jittieħdu passi biex dan il-bus stop ma jibqax fejn hu, anke fid-dawl li diġà jeżisti bus stop ieħor fl-istess triq u d-distanza bejniethom hija ferm inqas minn dik stipulata fir-regolamenti li jirrigwardaw dawn il-qisien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed twettaq spezzjonijiet f’dan is-sit u jekk ikon hemm bżonn jittieħdu l-passi meħtieġa.

Marsaskala - Triq il-Qaliet - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4113 dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq il-Qaliet, f’Marsaskala, jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona indikata fir-ritratti pprovduti separatament hijiex art pubblika jew art privata? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm permess għall-ħajt li nbena viċin l-irdum u li qed jirrestrinġi l-aċċess għall-pubbliku? Jekk le, x'miżuri ittieħdu jew ser jittieħdu?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Trasport Bla Ħlas għall-Istudenti - L-itwal rotot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma fost l-aktar rotot twal, f’termini ta’ kilometri, li qed jiġu provduti lill-istudenti permezz tat-trasport bla ħlas?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ninsab infurmat li l-framework agreement marbut mas-sejħa pubblika għal dan is-servizz ikopri diversi tipi ta’ rotot, fosthom dawk magħrufa bħala Extra Long li jkopru bejn 10.5 kilometri sa 37.5 kilometru. Hemm diversi raġunijiet għaliex jintużaw dawn ir-rotot, fosthom l-għażla tal-iskola mill-ġenituri li ġieli tkun waħda ‘l bogħod mir-residenza, kif ukoll ċirkostanzi bħal li l-iskola li jattendi l-istudent tilqa’ studenti minn diversi lokalitajiet mxerrda madwar Malta u saħansitra Għawdex u m’għandhiex limitu ġeografiku. Dawn tal-aħħar ħafna drabi jkunu skejjel speċjalizzati. Biex nagħti xi eżempji, mill-iskejjel tal-istat, ir-rotta lejn l-iskola St Francis f’Bormla tiġbor studenti mill-Mellieħa. Ir-rotta lejn l-Alternative Learning Programme li tinsab f’Raħal Ġdid tiġbor studenti mill-Imġarr, il-Manikata u l-Baħrija fost oħrajn. Ir-rotta tas-St Francis fl-Imsida tiġbor studenti mill-Mellieħa u l-Mosta  filwaqt li rotta oħra għall-istess skola, tmur kemm il-Magħtab kif ukoll in-Naxxar.

Studenti li jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas għall-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti li qed jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas għall-iskejjel? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti jattendu fi skejjel tal-Istat, skejjel tal-Knisja jew skejjel indipendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat illi n-numru ta’ studenti li jibbenifikaw mit-trasport bla ħlas għall-iskejjel huwa ta’ 37,133 student.

Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena – Lokalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema lokalità huma ż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena – Piena karċerarja, ordni ta’ probation u sentenza sospiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025, ingħataw piena karċerarja, ordni ta’ probation u sentenza sospiża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar akkużi li nstabu ħatja fuqhom iż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena u li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025, kienu subien u kemm kienu bniet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.