Rotot ġodda tal-ajru – Appoġġ finanzjarju/inċentivi – Analiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip u x’dettall ta’ analiżi tal-ispiża u l-benefiċċju issir qabel jipprovdi appoġġ finanzjarju jew inċentivi għal rotot ġodda tal-ajru u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar analiżi li saret?
Tista’ l-Ministru tgħid x’kapaċità ta’ emergency generation kienet diġà disponibbli f’Għawdex qabel seħħ l-inċident tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2026 u jekk din kinitx biżżejjed biex tiggarantixxi provvista lil servizzi essenzjali?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il generator ġie trasportat jew mobilizzat f’Għawdex minħabba l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2026, x’kienet il-kapaċità f’kVA jew MW ta’ kull wieħed, fejn tqiegħed u f’liema ħin opera?
Għawdex – Kapaċità tan-network elettriku – Assumptions
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema assumptions dwar żieda fil-popolazzjoni, akkomodazzjoni turistika, żvilupp ġdid, air-conditioning, vetturi elettriċi u elettrifikazzjoni oħra ġew ikkunsidrati meta ġiet ippjanata l-kapaċità tan-network tal-elettriku f’Għawdex?
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu t-tbassir tal-Enemalta għad-domanda massima għall-elettriku f’Għawdex għall-2030, l-2035 u l-2040 u jekk l-infrastruttura attwali hijiex kapaċi tlaħħaq ma’ dawn il-livelli b’redundancy suffiċjenti?
Tista’ l-Ministru tagħti l-ogħla domanda għall-elettriku rreġistrata f’Għawdex mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u tgħid b’kemm żdiedet f’termini assoluti u perċentwali matul dan il-perjodu?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-investiment totali previst fil-pjan ta’ disa’ snin tal-Enemalta huwa allokat speċifikament għal Għawdex, maqsuma sena b’sena u proġett bi proġett?
Rotta 110 – Każijiet ta’ passiġġieri li ma setgħux jitilgħu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul l-aħħar tliet snin ġew irreġistrati każijiet fuq ir-Rotta 110 fejn karozza tal-linja laħqet il-kapaċità massima tagħha u passiġġieri ma setgħux jitilgħu? Jista’ wkoll jagħti din l-informazzjoni maqsuma skont ix-xahar, il-ħin u l-waqfa fejn disponibbli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il passiġġier uża r-Rotta 110 matul kull sena mill-2022 sas-16 ta’ Settembru 2026, maqsuma skont id-direzzjoni u, fejn possibbli, skont il-waqfa u l-ħin tal-ġurnata? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-average passenger load u l-ogħla passenger load irreġistrat fuq din ir-rotta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ passiġġieri li użaw ir-Rotta 110 minn Jannar 2022 sa Diċembru 2024 huwa indikat fit-tabella li qiegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għall-informazzjoni l-oħra mitluba, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2657.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta u/jew Malta Public Transport għamlux jew humiex jagħmlu studju dwar il-possibbiltà li l-frekwenza tar-Rotta 110 tiżdied minn madwar darba fis-siegħa għal darba kull 30 minuta, partikolarment minħabba d-domanda minn Ta’ Ġiorni, San Ġwann, is-Swatar, Birkirkara u Tas-Sliema? Jekk iva, jista’ jqiegħed ir-riżultati tal-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra, u jekk le, għaliex le?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-frekwenza skedata attwali tar-Rotta 110 bejn Pembroke u l-Marsa Park & Ride, fiż-żewġ direzzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll meta kienet l-aħħar darba li saret reviżjoni speċifika tal-frekwenza ta’ din ir-rotta u x’kien ir-riżultat ta’ dik ir-reviżjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Rotta 110 bejn Pembroke u l-Marsa Park & Ride bħalissa hija skedata li topera darba fis-siegħa f’kull direzzjoni.
L-aħħar tibdil fir-rotta sar fl-2017, meta ġiet estiża lejn Ta’ Ġiorni. Madankollu, dan ma jfissirx neċessarjament li dakinhar saret l-aħħar reviżjoni speċifika tal-frekwenza. Analiżi tal-użu tar-rotta turi li fl-2025 kull vjaġġ ġarr medja ta’ kważi 31 passiġġier, filwaqt li bejn Jannar u Awwissu 2026 il-medja kienet ta’ 33 passiġġier. Dawn il-figuri jindikaw li, b’mod ġenerali, il-kapaċità skedata qed tlaħħaq mad-domanda, għalkemm jista’ jkun hemm vjaġġi partikolari b’domanda ogħla.
Bħalissa għaddej ukoll studju komprensiv tan-network tat-trasport pubbliku, bil-għan li jiġu evalwati tibdiliet fis-servizz.
B’referenza għall-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jiggarantixxi li ma jingħata l-ebda kuntratt jew konċessjoni u ma tittieħed l-ebda deċiżjoni irriversibbli dwar is-sit fil-Qammieħ qabel jitlestew u jiġu ppubblikati l-istudji ambjentali, tat-traffiku u tat-turiżmu u qabel ma ssir konsultazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u mar-residenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
B’referenza għall-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għażla tas-sit fil-Qammieħ hijiex diġà deċiżjoni finali jew jekk il-Gvern għadux lest jikkunsidra siti alternattivi jekk l-istudji ambjentali, tat-traffiku jew oħrajn, jew il-konsultazzjoni mal-komunità, juru impatt negattiv sinifikanti fuq il-Mellieħa u ż-żoni tal-madwar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 2372.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Ħaddiema ġodda
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18 u tgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tagħha minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Benesseri tal-popolazzjoni Maltija - Kumitati inter-ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqfux kumitati inter-ministerjali biex tiġi indirizzata l-benesseri tal-popolazzjoni Maltija? Jekk iva, meta bdew jiffunzjonaw u kemm-il darba ltaqgħu s’issa?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Nirreferi lil Onor. Interpellanta għall-Mistoqsija Parlamentari 2226