Legislature:
Category:
Reset
Active:

Provvista tal-LNG – Ftehim

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie mħabbar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-provvista tal-LNG f'pajjiżna sa Mejju 2027?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interepellant li ninsab infurmata li l-kuntratt li qed jagħmel referenza għalih u li kien iffirmat wara proċess kompetittiv, huwa kuntrat li jsegwi prattiċi internazzjonali f’kuntratti ta’ dan it-tip. Fil-fatt, il-kumpanija inkwistjoni għamlet pubbliku wkoll fuq l-internet kuntratt standard, MSPA, li huwa simili għall-ftehim li għamlet l-Enemalta. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija tal-Enemalta li tagħti iktar dettalji. Fl-istess ħin, ninsab infurmata wkoll li kwalunkwe informazzjoni addizzjonali ta’ natura kummerċjalment sensittiva tippreġudika proċessi kompetittivi oħra li se jkunu qed isiru fil-futur. Intant, nieħu l-okkażjoni biex infakkar li għall-kuntrarju tal-impressjoni li provat tagħti l-Oppożizzjoni l-prezzijiet għall-konsumaturi Maltin u Għawdxin se jibqgħu stabbli kif kienu taħt it-tmexxija ta’ Gvern Laburista fl-aħħar snin. U dan filwaqt li f’pajjiżi oħra dawn il-prezzijiet żdiedu u komplew jiżdiedu.

Kumitat tal-Infurzar – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tal-Kumitat tal-Infurzar appuntati a tenur tal-Artikolu 5 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.41 u għal kemm żmien hi l-ħatra ta’ kull membru?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri tal-Kumitat ta’ Infurzar a tenur tal-Artikolu 5 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.41 għadom ma ġewx maħtura. Il-ħatra għandha ssir fiż-zmien li ġej. A tenur tal-paragrafu 3 ta’ l-imsemmi Artikolu 5, il-ħatra tal-membri ta’ l-imsemmi Kumitat għandha tkun għall-perjodu ta’ tlett snin.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.