Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bdiewa u r-raħħala għandhomx aċċess għall-Intensive Agricultural Zone Maps? Jekk dawn mhux aċċessibbli, jista’ l-Ministru jara li dawn ikunu aċċessibbli għall-bdiewa u r-raħħala bla ħlas?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rikorsi ġuramentati da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) a tenur tal-Artikolu 12A tal-Kap. 379 mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti lista tar-rikorsi kollha li saru u f’kull każ jgħid x’inhu l-istatus attwali?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma sar l-ebda rikors ġuramentat da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) a tenur tal-Artikolu 12A tal-Kap. 379 mill-2019.
Jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji qed jintużaw bħalissa għall-allokazzjoni ta’ djar soċjali u jekk dawn il-kriterji ġewx riveduti fi Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wieħed jista’ jsib il-kriterji kollha relatati mal-allokazzjoni ta’ djar soċjali b’mod pubbliku fuq il-websajt tal-Awtorità tad-Djar. L-istess kriterji huma inkluża fl- applikazzjoni. A kuntrarju ta’ dak li qed jipprova jimplika l-Onor Interpellant, dawn il-kriterji ma ġewx mibdula jew riveduti matul ix-xhur ta’ Frar, Marzu, April u Mejju 2026.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-policy li hija aċċessibbli wkoll pubblikament permezz tal-website tal-Awtorita jew fuq din il-ħolqa:
https://housingauthority.gov.mt/services/social-accomodation/social-housing/
)
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-average waiting time biex persuna jew familja tingħata dar soċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li kull każ jiġi evalwat fuq il-merti, iċ-ċirkostanzi u l-bżonnijiet partikolari tiegħu. Kien għalhekk li ġie introdott il-proċess tal-Initial Assessment u follow up tal-każijiet, sabiex l-applikanti jiġu assessjati u kklassifikati skont il-livell tal-ħtieġa tagħhom. Dan jippermetti li r-riżorsi disponibbli jiġu allokati b’mod aktar ġust u effettiv lil dawk li jkunu l-aktar fil-bżonn. L-allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni soċjali tiddependi mhux biss mill-prijorità tal-każ, iżda wkoll mill-fatt li jkun hemm proprjetà disponibbli li tkun taqbel mal-kompożizzjoni tal-familja u mal-ħtiġijiet speċifiċi tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni jew familji li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-ġurnata li fiha qed tingħata din ir-risposta, in-numru ta’ applikazzjonijiet fuq il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali huwa ta’ 1,745.
B’kuntrast, l-applikazzjonijiet pendenti matul l-2013 kienu jammontaw għal 3,304.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-numru ta’ djar soċjali allokati matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026:
(i) lil familji;
(ii) lil persuni waħedhom;
(iii) lil koppji żgħażagħ;
(iv) lil persuni barranin residenti Malta; u
(v) lil persuni vulnerabbli?
Studenti tal-Kindergarten u Pre-kindergarten – Lezzjonijiet tal-PE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-Kindergarten u l-Pre-Kindergarten hux qed ikollhom lezzjonijiet tal-PE (Physical Education)? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ikollhom sessjonijiet fil-ġimgħa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li risposta hija fl-affermattiv, jiġifieri li iva t-tfal ikollhom dawn it-tip ta’ sessjonijiet fiżiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-inizjattiva ‘Djar Affordabbli’ daħlitx fis-seħħ u jekk il-persuni li bdew japplikaw għaliha hux qed jibbenefikaw minnha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Inizjattiva "Djar Affordabbli" tinsab fis-seħħ, iżda l-applikazzjonijiet għall-benefiċċjarji għadhom mhux miftuħa billi l-proċess tat-tenders għad-disinn u l-bini jinsab bħalissa fi stadju ta' evalwazzjoni teknika.
Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm huwa mistenni li jiżdiedu l-parkeġġi bil-proġett propost f’Marsaskala? Jista’ jgħid ukoll jekk bil-konfigurazzjoni hekk kif proposta għall-bankina quddiem il-gabbana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, il-vetturi hux ser ikunu jistgħu jipparkjaw f’din iż-żona?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjanta approvata minn Transport Malta tipprevedi zieda fil-parkeggi. Madankollu, nitlob biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fil-bajja ta’ Buġibba (wara l-breakwater), matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jonqsu jew jiżdiedu l-faċilitajiet ta’ rbit ta’ dgħajjes f’din il-parti ta’ Buġibba? Jekk ser jonqsu, kemm ser ikun it-tnaqqis u jekk ser jiżdiedu, kemm ser jiżdiedu l-faċilitajiet u kif se jiġu allokati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2026 l-Awtorità wettqet proġett ta’ riorganizzazzjoni tal-arranġamenti ta’ rbit fil-bajja ta’ Buġibba, fiż-żona ta’ wara l-breakwater. Dan il-proġett sar bil-għan li jiġu stabbiliti l-fairways meħtieġa għall-operat sigur tal-fast ferry, filwaqt li jiġi ottimizzat l-użu tal-ispazju marittimu disponibbli f’din iż-żona.
Matul il-proċess ta’ ppjanar u implimentazzjoni, l-Awtorità tat prijorità sabiex il-persuni li diġà kellhom permess ta’ rbit u li ġew affettwati mill-ħolqien tal-fairways ma jitilfux il-faċilità ta’ rbit tagħhom. Għal dan il-għan, sar kull sforz sabiex il-postijiet affettwati jiġu rilokati jew jiġu indirizzati permezz ta’ arranġamenti alternattivi, fejn dan kien fattibbli u kompatibbli mar-rekwiżiti ta’ sigurtà u navigazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni impjegati fl-isptarijiet differenti tal-Gvern, u jaqsam din l-informazzjoni skont il-kategoriji ta’ impjiegi stabbiliti għas-servizzi varji li huma meħtieġa f’kull livell? F’kull kategorija ta’ impjieg, jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-ħaddiema huma Maltin u kemm huma ta’ nazzjonalità mhux Maltija?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ familji li kellhom ulied b’surrogacy, bejn l-2022 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tali statistika ma tinzammx, peress li s-surrogacy hija llegali hawn Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ familji li kellhom ulied b’surrogacy, bejn l-2022 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lil Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà tal-Gvern għaddiet b’kirja jew ċens lill-kunsilli lokali, bejn l-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll liema kunsilli ngħataw dawn il-proprjetajiet mill-Awtorità tal-Artijiet, u f’kull każ jgħid liema proprjetà u lil liema kunsill?