Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa hemm żewġ karozzi GM li huma mikrija f’konformita’ mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku. Waħda tintuża mid-Deputat Prim Ministru u l-oħra tintuża mis-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru.
Il-Belt Valletta – Ta’ Liesse – Terminal tal-passiġġieri – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq it-terminal tal-passiġġieri tal-fast ferry li hemm f’Ta’ Liesse fil-Belt Valletta, wara l-ħsarat li ġarrab fil-maltempata ta’ Jannar 2026? Jista’ jgħid ukoll:
(i) liema xogħlijiet fadal isiru sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari;
(ii) meta huwa ppjanat li jitlestew dawn ix-xogħlijiet; u
(iii) kemm hu stmat b’kollox li ser jiġi jiswa dan ix-xogħol kollu wara l-ħsarat li ġarrab dan it-terminal?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex - Port tal-Imġarr - Struttura tat-tined li jservu bħala kenn għall-passiġġieri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istruttura tat-tined li sservi bħala kenn għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex, hijiex struttura temporanja jew struttura permanenti? Jekk hija struttura temporanja, jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbidel għal struttura permanenti li tkun aktar adegwata għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry kemm għall-Belt Valletta kif ukoll għal Buġibba u/jew Tas-Sliema?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ir-Rabat, Malta - Triq San Publiju, Triq Santa Marija u Triq il-Konti Ruġġieru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq San Publiju, Triq Santa Marija u Triq il-Konti Ruġġieru, fir-Rabat, Malta, wara li l-pjan li dawn it-toroq kellhom isiru ftit tas-snin ilu, ġie abbandunat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq San Publiju, Triq Santa Marija u Triq il-Konti Ruggieru, Rabat huma fil-lista ta’ toroq li ġew nominati mill-Kunsill Lokali sabiex isir xogħol infrastruttrali fihom. Bħalissa qed issir kordinazzjoni mal-entitajiet ikkonċernati kif ukoll il-Kunsill Lokali rispettiv biex jigi stabbilit x’tip ta’ xogħlijiet hemm bżonn li jsir f’dawn it-toroq.
Ir-Rabat, Malta - Triq Misraħ Suffara - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fi Triq Misraħ Suffara, ir-Rabat, Malta, x’xogħol ser isir u meta ser jitlesta? Jista’ jgħid ukoll għaliex mhux qed tittieħed prekawzjoni biex ma jkunx hemm trabijiet żejda u tumbati fit-toroq li huma ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-Aġenzija hija konxja ta’ żewġ proġetti separati u distinti li bħalissa qed jitwettqu tul l-istess medda ta’ triq, għalkemm f’postijiet differenti. Dawn il-proġetti mhumiex kollha taħt ir-responsabbiltà ta’ Infrastructure Malta. Għalhekk, sabiex tkun tista’ tingħata risposta preċiża u korretta, l-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jindika għal liema parti tat-triq jew progett qed jirreferi fil-mistoqsija parlamentari tiegħu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm marru pazjenti fid-Dipartimenti tal-Emerġenza bejn Jannar 2026 u Ġunju 2026? Jista’ jgħid ukoll kemm żaru nies bħala emerġenza fiċ-ċentri tas-saħħa madwar Malta u Għawdex, bejn Jannar 2026 u Ġunju 2026, u jekk din iċ-ċifra tvarjax miċ-ċifra tas-sena preċedenti?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm anzjani ġewwa djar tal-anzjani li l-Gvern qed jixtri s-servizzi fihom, u kemm hemm anzjani fid-djar tal-anzjani tal-Gvern, inkluż San Vinċenz De Paul? Jista' jgħid ukoll kemm hija l-ispiża ta’ kull anzjan f’kull dar tal-anzjani msemmija u kemm hija l-ispiża totali tal-Gvern f'dan is-settur?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi sistema stabbilita biex l-anzjani li jkunu ġewwa d-djar tal-anzjani, ikollhom il-persentaġġ tal-pensjoni mġemmgħa f’xi kont partikolari li jista’ jkollhom aċċess għalih?
Kontribuzzjonijiet għad-djar tal-anzjani – Sistema
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif taħdem is-sistema biex anzjani li qegħdin ġewwa d-djar tal-anzjani jieħdu l-persentaġġ mill-pensjoni tagħhom li ma jkunx qed jieħu l-Gvern bħala parti mill-kontribuzzjoni tagħhom?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu jħallsu kontribuzzjoni l-anzjani li jkunu residenti ġewwa d-djar tal-anzjani fl-2010 u kemm qed iħallsu bħala persentaġġ mill-pensjoni tagħhom issa fl-2026?
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Qormi sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Luqa sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru fis-Siġġiewi sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il koperattiva ġdida twaqqfet fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul din is-sena (2026), il- Bord tal-Koperattivi approva r-reġistrazzjoni ta’ żewg (2) koperattivi ġodda.
Nota
Y-Coop – 23 ta’ Frar 2026
Unity Point Coop – 25 ta’ Mejju 2026
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fit-triq prinċipali ta’ Marsalforn, f’Għawdex? Jista’ ukoll jindika x’inhu l-perċentwal tax-xogħlijiet li tlestew u meta mistenni li l-imsemmija triq titlesta kompletament b’timelines speċifiċi? Jekk sakemm jitlestew ix-xogħlijiet fl-imsemmija triq, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq tinfetaħ b’mod temporanju fuq żewġ karreġġjati, sabiex l-aċċess ma jkunx limitat biss għall-vetturi li jkunu sejrin fid-direzzjoni ta’ Marsalforn, iżda jkun possibbli wkoll għall-vetturi li jkunu telgħin minn Marsalforn fid-direzzjoni tar-Rabat, Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa tlestew madwar 93% tax-xogħlijiet fit-Triq Ġorġ Pisani, Patri Giacintu Camenzuli u l-
junction
ta’ bejn Triq il-Kappuċini u Triq Marsalforn, 70% minn wara l-bridge tal-Grazzja sa Ta’ Mena u 57% mit-tarf tal-proġett sad-daħla tal-Wied ta’ Marsalforn. Ix-xogħol minn ħdejn Ta’ Mena sad-dahla tal-Wied ta’ Marsalforn mistenni jibda hekk kif tinfetaħ it-triq fuq zewġ karregjati. Ix-xogħol kollu huwa mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena Diċembru 2026.
Bhalissa ix-xogħol għaddej simultanjament fuq diversi bnadi tul din it-triq t’aktar minn 3km. Għandek xogħol fuq il-karreġġjata tax-xellug fil-parti bejn il-Wied tal-Grazzja sa Ta’ Mena u għaddej ukoll xogħol fuq iz-zewġ karreġġjati mid-
diversion
tal-wied ta’ Marsalforn sar-
Reef Hotel
. Ser inkunu qed nagħtu l-ewwel saff ta’ tarmac f’dawn iz-zoni msemmija fil-ġimgħat li ġejjin peress li ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq u tpoġġija ta’ servizzi ġodda jinsab fi stadju avvanzat. Waqt li qed isir dan ix-xogħol qed isiru ukoll xogħlijiet relatati ma’ tibdil u tpoġġija ta’ servizzi ġodda li ġew mitluba minn entitajiet diversi.
Il-ħsieb huwa li t-triq tinfetaħ b’mod temporanju fuq zewġ karreġġjati fil-ġimgħat li ġejjin biex tiffaċilita aktar l-accessibilita’ minn u lejn Marsalforn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati nagħaġ u mogħoż f'pajjiżna minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll:
i. minn liema pajjiż ġiet impurtata kull nagħġa u mogħża;
ii. jekk kull nagħġa u mogħża impurtata għamlitx kwarantina;
iii. kemm-il nagħġa u mogħża ġiet impurtata għat-trobbija u kemm-il nagħġa u mogħża ġiet impurtata għal-laħam; u
iv. jekk kull nagħġa u mogħża impurtata sarilhiex veterinary certificate?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.