Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 233 first aiders ċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-2024 kien irrapurtati każ 1 ta' fastidju sesswali fl-entitajiet taħt il-Ministeru. F' dan il-każ ittieħdu l-proċeduri/passi amministrattivi relattivi.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-2025 ma kienu rrapurtati l-ebda fastidju sesswali fl-entitajiet taħt il-Ministeru.

Ministeru għall-Finanzi – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikjest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Ministeru għall-Finanzi – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 13-il defibrillator fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi.

Ministeru għall-Finanzi – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fil-preżent hemm 141 first aiders ċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi.

Ministeru għall-Finanzi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-PQ W690 tal-Leġislatura XIV.

Ministeru għall-Finanzi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-PQ W689 tal-Leġislatura XIV.

Ministeru għall-Finanzi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninsab infurmat li jirriżulta li kien hemm rapport wieħed ta’ fastidju sesswali. F'dan il-każ ittieħdu l-proċeduri/passi amministrattivi relattivi.

Ministeru għall-Finanzi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-PQ W687 tal-Leġislatura XIV.

Ministeru għall-Finanzi – Karozzi – Spiża Annwali

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-PQ W685 tal-Leġislatura XIV.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Health and Safety Officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tagħha u jekk le, għaliex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi skont ma jien infurmata Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 282 first aiders iċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fl-2024 kien hemm 4 rapporti ta’ fastidju sesswali f’dawn l-entitajiet. Ġejt infurmat ukoll li f’kull każ ittieħdu l-proċeduri/passi relattivi.