Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant fl-entitajiet li llum jaqgħu taħt il-mansjoni ta’ dan il-Ministeru fl-2025 kien hemm 5 rapporti ta’ fastidju sesswali.
F’kull każ ittieħdu l-proċeduri/passi amministrattivi relattivi.
Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Health and Safety Officers
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tagħha u jekk le, għaliex?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi nfurmata li Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2024?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2024 ma kienx hemm l-ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li jien responsabbli minnu.
Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2025?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-2025 ma kienx hemm l-ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li jiena responsabbli minnu.
Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tagħha fl-2025?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li ġejt informata li fil-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi kif inhu kostitwit illum, fl-2025 ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali.
Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Karozzi – Spiża Annwali
Question
Tista’ l-Ministru tipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tagħha u jekk dawn huma mixtrija, tista’ tgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fil-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi hemm karozza waħda GM li hija mikrija f’konformità mal-proċeduri t’akkwist pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta'
First Aiders
kwalifikati fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Entita' li taqa taħtu huwa ta' 46.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma llill-Onorevoli Interpellant illi fl-2024 ma ġew irreġistrati l-ebda rapporti ta' fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u fl-Entita' li taqa taħtu.