Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għall-Fondi Ewropej, Id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, kif inhu kompost illum, ma kienx kostitwit fis-sena 2025.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Karozzi – Spiża annwali
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li fil-
Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur hemm karozza waħda GM li hija mikrija f’konformita‵ mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 258 first aiders ċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal Ministeru għall- Politika Soċjali u l-Familja.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li kien hemm każ wieħed biss ta’ fastidju sesswali f’wiehed mid-direttorati fid-dekasteru tal-Prim Ministru fl-2025. Fuq dan l-każ kienu ittieħdu il-proċeduri neċessarji.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Defibrillators
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi hemm 128 defibrillators fil-binjiet tad-Dipartimenti, Aġenziji u Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-
Intern u s-Sigurtà.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 2,783 First Aiders ċċertifikati fid-Dipartimenti, Aġenziji u Entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għall-
Intern u s-Sigurtà
.