Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim li permezz tiegħu nħatar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, inklużi d-dettalji dwar ir-remunerazzjoni, il-benefiċċji, it-termini u t-tul tal-ħatra? Jekk dan ma jistax isir, jista' jgħid ukoll għaliex?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpelant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija 31362 fil-Leġiżlatura XIV.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux jokkupa xi kariga, rwol konsultattiv jew pożizzjoni, kemm imħallsa kif ukoll mhux imħallsa, fi ħdan il-Malta Film Commission jew fi kwalunkwe entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpelant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija 31362 fil-Leġiżlatura XIV.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-proċess ta' għażla u ta' due diligence li sar fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qabel inħatar mal-Malta Film Commission? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx xi tip ta' verifika (vetting) dwar il-kandidat qabel il-ħatra tiegħu?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpelant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija 31362 fil-Leġiżlatura XIV.
Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li ma jistgħux jaħdmu b’mod remot
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema sezzjonijiet, dipartimenti, direttorati, aġenziji jew entitajiet fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku ma jistgħux joffru xogħol remot minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom? Jista’ jipprovdi tabella li turi, għal kull sezzjoni jew entità, in-numru ta’ ħaddiema assenjati, in-numru ta’ ħaddiema li ma jistgħux jaħdmu b’mod remot, u r-raġuni għaliex?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li d-dipartimenti u l-entitajiet dejjem jiġu mħeġġa biex fejn hu possibbli u fejn in-natura tax-xogħol tippermetti, l-impjegati jiġu offruti l-modern work practices.
Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot – Kundizzjonijiet/kriterji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema sezzjonijiet, dipartimenti, direttorati, aġenziji jew entitajiet fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku għandhom ħaddiema li jaħdmu b’mod remot, kemm hemm ħaddiema f’kull waħda minnhom, u x’inhuma l-kundizzjonijiet jew kriterji applikabbli biex ħaddiem ikun jista’ jaħdem b’mod remot?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fis-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku li, skont in-natura tax-xogħol tagħhom, jistgħu jaħdmu b’mod remot, u kemm minnhom diġà qegħdin jaħdmu b’mod remot? Jista’ jgħid ukoll jekk dan ix-xogħol remot isirx fuq bażi full-time, part-time jew hybrid?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi rreġistrati f’Malta, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont kull kategorija ta’ vettura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – Bypass – Rotot alternattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet, studji jew pjanijiet saru s’issa dwar rotot alternattivi mill-bypass ta’ San Pawl il-Baħar lejn il-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta hu ppjanat li jibdew ix-xogħlijiet relattivi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti alternattivi ser jingħataw lill-istudenti u lir-residenti tal-Mellieħa wara l-għeluq tal-librerija pubblika fil-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta dawn l-arranġamenti ser jidħlu fis-seħħ?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tender relatata max-xogħlijiet fi Triq tal-Għajn, il-Fontana, u jindika jekk dawn ix-xogħlijiet jinkludux ukoll l-isqaqien li jagħmlu parti minn jew li jagħtu għal din it-triq? Jekk l-imsemmija sqaqien mhumiex inklużi fil-proġett, jista’ jgħid ukoll ir-raġuni għaliex dawn ġew esklużi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender
CT2146/2026 - Works - Tender for the Reconstruction and Resurfacing of Triq Tal-Għajn, Fontana in an Environmentally Friendly Manner
ġie ppublikat nhar is-7 ta’ Mejju 2026. Is-sottomissjonijiet għalqu nhar l-10 ta’ Ġunju li għadda. Bħalissa qed jiġu evalwati s-sottomissjonijet. Il-proġett – li huwa wieħed ħolistiku – għandu l-għan li jtejjeb l-aċċessibilita tat-toroq, fl-istess waqt li jagħti importanza lill-aspett l-ambjentali u lill-karatteristiċi partikolari taż-żona.
Ix-Xagħra u r-Rabat, Għawdex – Triq Karkar u triq ġdida fi Triq l-Ewropa – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet ta' asfaltar fi Triq Karkar, ix-Xagħra u fi triq ġdida mingħajr isem fi Triq l-Ewropa, ir-Rabat, Għawdex u kif ukoll jindika timelines speċifiċi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li dawn ix-xogħlijiet se jsiru skont il-prijoritajiet tal-Ministeru.
L-Imġarr, Għawdex – Terminal tal-fast ferry – Struttura permanenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex flok it-tined li hemm fit-terminal tal-fast ferry f'Għawdex, issir struttura permanenti li verament isservi ta' kenn fl-istaġuni kollha u jekk iva, meta se tkun lesta tali struttura?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex – Terminals tal-fast ferry
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat illi jitlesta t-terminal tal-fast ferry fil-Belt Valletta u kif ukoll jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex isir l-investiment neċessarju fit-terminal tal-fast ferry fl-Imġarr, Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
L-Imġarr, Għawdex – Terminal tal-fast ferry – Struttura permanenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex flok it-tined li hemm fit-terminal tal-fast ferry f'Għawdex, issir struttura permanenti li verament isservi ta' kenn fl-istaġuni kollha u jekk iva, meta se tkun lesta tali struttura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi stabbilit jum iddedikat għall-Wirt Kulturali Malti, li matulu jsir sforz kollettiv akbar sabiex niċċelebraw dak kollu li jagħmel parti mill-wirt kulturali ta’ pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll x’passi biħsiebu jieħu sabiex din l-inizjattiva titwettaq?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jagħraf bis-sħiħ l-importanza tal-wirt kulturali Malti bħala parti essenzjali mill-identità nazzjonali u bħal ma sar fi snin preċedenti, anka permezz tal-introduzzjoni tal-Jum iddedikat lil Innu Malti li jiġi ċċelebrat fis-27 ta' Diċembru, il-Gvern ser jibqa’ impenjat li jkompli jsaħħaħ l-għarfien u l-apprezzament tiegħu fost il-pubbliku. Dan bis-saħħa ta’ sensiela ta’ inizjattivi identifikati fil-programm elettorali tal-Gvern.
Gvern Laburista huwa impenjat li jsaħħaħ il-benesseri taċ-ċittadini tagħna fosthom billi nħeġġu aktar involviment taċ-ċittadini fil-ħajja ċivika u l-promozzjoni tal-wirt kulturali. Għaldaqstant, il-Ministeru li jien responsabbli minnu, b’kollaborazzjoni sħiħa mal-kollegi tiegħi, se jkompli jevalwa diversi inizjattivi li jistgħu jkomplu jippromwovu u jiċċelebraw il-wirt kulturali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li wieħed mill-akbar xelters f’Raħal Ġdid, li jinsab fi Triq Nazzarenu u li kien diġà ġie skopert sentejn ilu, jiġi riabilitat u magħmul aċċessibbli għall-pubbliku f’jiem stabbiliti? Jekk iva, jista’ jgħid ukoll jekk hemmx żmien stabbilit sabiex dan isir?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
'Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat’
Lokalitajiet fin-Nofsinhar ta’ Malta – Investigazzjoni mill-ERA
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx investigazzjoni mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar l-irwejjaħ li kienu qed jinxtammu lejn l-aħħar ta’ Mejju f’diversi lokalitajiet fin-Nofsinhar ta’ Malta? Jekk iva, tista’ tgħid ukoll x’kien l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni u x’azzjonijiet ittieħdu wara dan l-eżitu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) investigat ilmenti rigward irwejjaħ fin-Nofsinhar ta’ Malta li rriżultaw minn konsenja ta’ fuel partikolari li rriżultat f’irwejjaħ. L-ERA ikkordinat mal-operaturi konċernati biex jiġu mitigati l-irwejjaħ, kif ukoll biex jiġu installati miżuri sabiex jiġu mitigati l-irwejjaħ. Fl-istess żmien, l-operaturi infurmaw lill-Awtorità li kienu qed jagħmlu xogħol ta’ manutenzioni fuq is-sistema ta’ ventilazzjoni.
Persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena, f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar b' xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (ATTARD, JONATHAN)
B’risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 417, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li turi n-numru ta’ persuni taħt -il 21 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f’dawn l-aħħar ħames snin maqsuma xahar b’xahar u skont il-ġeneru tagħhom.
PERSUNI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL LI GĦANDHOM INQAS MINN 21 SENA
Xahar
Irġiel
Nisa
2022
2023
2024
2025
2026
2022
2023
2024
2025
2026
Jannar
59
70
69
80
83
26
31
28
39
43
Frar
74
62
72
79
93
25
31
27
27
44
Marzu
69
78
67
67
101
26
29
29
25
40
April
54
79
72
65
131
25
24
31
21
46
Mejju
57
73
96
59
125
28
21
28
20
50
Ġunju
56
63
95
51
18
19
22
22
Lulju
51
54
93
57
22
22
20
29
Awwissu
54
60
88
67
32
25
26
24
Settembru
54
62
90
72
35
27
23
28
Ottubru
57
62
92
85
31
31
27
34
Novembru
64
55
82
80
31
34
35
34
Diċembru
64
57
87
79
29
26
43
32
*L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Mejju 2026
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 80 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 80 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni ta ‘l fuq minn 80 sena fid-dinja tax-xogħol żdied għal 1,694 fl-2026 minn 941 fl-2021. Din l-informazzjoni hija miġbura mill-formoli ta’ bidu u tmiem ta’ impjieg u iżjed informazzjoni dettaljata tinstab fit-tabella annessa.
ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ’IL FUQ MINN 65 SENA – STATISTIKA
80+
2021
2022
2023
2024
2025
2026
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Jannar
Total
941
1,016
1,202
1,481
1,764
1,694
*L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Jannar 2026
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 75 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 75 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni ‘l fuq minn 75 sena fid-dinja tax-xogħol żdied għal 4,377 fl-2026 minn 2,772 fl-2021. Din l-informazzjoni hija miġbura mill-formoli ta’ bidu u tmiem ta’ impjieg u iżjed informazzjoni dettaljata tinstab fit-tabella annessa.
ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ’IL FUQ MINN 65 SENA – STATISTIKA
75+
2021
2022
2023
2024
2025
2026
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Jannar
Total
2,772
3,143
3,537
3,973
4,443
4,377
*L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Jannar 2026