Jista’ l-Ministru jgħid u jispeċifika x’inhuma l-pjanijiet għall-applikazzjoni PA/04595/26 - Middle School, It-Telgħa tal-Għaqba, Triq Giuseppe Stivala, Triq il-Forġa, Naxxar, Triq Giorgio Locano, Iklin u jagħti d-dettalji ta’ dawn il-pjanijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-applikazzjoni hija pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u tinkludi proposta ta' żarmar ta’ parti mill-ħajt tal-konfini u fetħa b’gate bħala faċilità anċillari li taqdi ċ-ċentru edukattiv.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-waiting list ta' anzjani li qed jistennew biex jidħlu ġo dar tal-anzjani?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 1,666 anzjan li applika u qed jistenna biex jidħol f’dar tal-anzjani f’Malta, filwaqt li hemm 89 individwu li qed jistenna biex jidħol San Vinċenz de Paul.
Saħħa pubblika – Infermiera – Transfers – Waiting list
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-waiting list għal transfers ta' infermiera minn post tax-xogħol għall-ieħor fis-settur tas-saħħa pubblika?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan biex isir refurbishment taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana u meta se jsir dan?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm pjan sabiex is-servizzi li bħalissa jingħataw miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana jiġu rilokati fiċ-Ċentru ta’ Boffa, wara li dan jiġi rranġat u refurbished sabiex ikun jista’ jilqa’ dawn is-servizzi. Infurmat li dan il-proċess diġà beda.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-Epipens li kellhom ikunu 'available' għat-tfal u l-kbar minn ftit xhur ilu, humiex out of stock? Jista’ jgħid ukoll f'liema ġranet f'Mejju u Ġunju kienu out of stock?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm stokk disponibbli ta’ adrenaline auto-injector pre-filled pens kemm għall-adulti kif ukoll għat-tfal. Minn mindu ġew introdotti l-adrenaline auto-injectors, l-ebda wieħed minn dawn l-auto-injectors qatt ma kien nieqes mill-istokk tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU), u d-dipartimenti involuti ġew fornuti bl-istokk kif meħtieġ fix-xahrejn imsemmija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29, fejn intqal li “s-sejħa għal Senior Teachers ħarġet fl-aħħar ġimgħat”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din is-sejħa nħarġet issa u mhux sentejn ilu, kif kien imwiegħed fil-ftehim kollettiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li s-sejħa kienet riżultat ta’ ħafna diskussjonijiet bejn il-partijiet konċernati. Ukoll infurmat li din tkun applikabli mid-data tal-bidu tal-ftehim.
Skejjel - Sistemi ta’ arja kundizzjonata fil-klassijiet u staff rooms
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31 dwar l-iskejjel li fihom jew ma fihomx sistemi tal-arja kkundizzjonata installati fil-klassijiet u fl-istaff rooms kollha tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-32 skola li għandhom sistema tal-arja kkundizzjonata f’kull klassi u staff room?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Raħal Ġdid – Triq tal-Borg u t-toroq tal-madwar – Rapporti ta’ qtugħ ta’ dawl/vultaġġ ħażin
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm żieda ta' rapporti ta' qtugħ ta' dawl jew ta' vultaġġ ħażin fi Triq tal-Borg, f’Raħal Ġdid, u t-toroq tal-madwar minn Settembru 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid ukoll x'qed isir biex tiġi indirizzata din il-problema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li t-triq imsemmija tieħu d-dawl minn 2 low voltage feeders separati. Infurmata wkoll li fil-perjodu indikat fil-mistoqsija ma kien hemm l-ebda ħsara reġistrata, imma kien hemm tliet okkażjonijiet fejn kellu jsir xogħol ta’ manutenzjoni li kien ippjanat u l-konsumaturi ġew notifikati minn qabel.
Tista' l-Ministru tgħid fejn kien hemm qtugħ ta' dawl madwar Malta u Għawdex bejn l-1 ta' April 2026 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull istanza tgħid kemm dam il-qtugħ tas-servizz u x'kienet il-kawża tiegħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-qtugħ fil-provvista kien minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew sospensjonijiet tas-servizz pjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
Ras Ħanżir – Impjant tal-fuel – Ġranet li kien magħluq
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'liema ġranet, bejn April u Ġunju, kien magħluq l-impjant tal-fuel ta’ Ras Ħanżir u r-raġuni għal dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-installazzjoni ta’ Ras Ħanżir kienet magħluqa bejn l-Erbgħa, 27 ta' Mejju, u l-Ħadd, 31 ta' Mejju, kif ukoll bejn il-Ġimgħa, 5 ta' Ġunju, u l-Ħadd, 7 ta' Ġunju. Iż-żewġ perjodi ta' għeluq kienu meħtieġa minħabba manutenzzjoni biex jitwettqu l-interventi neċessarji fuq is-sistema tal-ventilazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għal kontravenzjonijiet li jaqgħu taħt il-Liġi Sussidjarja 623.08, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2022 sal-aħħar ta' Ġunju 2026, inħarġu 882 ċitazzjoni għal kontravenzjonijiet li jaqgħu taħt il-Liġi Sussidjarja 623.08.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għal kontravenzjonijiet li jaqgħu taħt il-Liġi Sussidjarja 623.06, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2022 sal-aħħar ta' Ġunju 2026, inħarġu 1,122 ċitazzjoni għal kontravenzjonijiet li jaqgħu taħt il-Liġi Sussidjarja 623.06.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi permezz tal-IVF mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-trabi mwielda minn proċeduri tal-IVF mill-2013 sas-sena 2025 huma kif indikat hawn taħt:
2013 – 25 tarbija
2014 - 41 tarbija
2015 – 72 tarbija
2016 - 62 tarbija
2017 - 61 tarbija
2018 – 58 tarbija
2019 – 24 tarbija
2020 - 27 tarbija
2021 – 47 tarbija
2022 - 85 tarbija
2023 – 103 tarbija
2024 – 161 tarbija
2025 – 181 tarbija mwielda u 37 oħra li se jitwieldu (still pregnant from Oct to Dec Cycles).
2026 – 74 tarbija (all still pregnant from Cycles January to June 2026).
50 tarbija oħra twieldu permezz tal-użu tal-IUI.
Total ta’ trabi mwielda huwa 998, total ta’ trabi li mistennija jitwieldu huwa ta’ 111 u total mill-proċeduri mill-2013 sall-llum huwa ta’ 1109 trabi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi d-definizzjoni ta’ ċiklu wara l-emendi li ddaħħlu fis-seħħ fil-liġi tal-IVF fl-2022? Jista' jgħid ukoll kemm huma permessi ċikli tal-IVF għal kull koppja jew persuna single?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-definizzjoni ta’ ċiklu kif emendata fl-2022 hija l-IVF/ICSI u t-trasferiment ta’ kull embrijun ikkrejat f’dak iċ-ċiklu.
Biex nagħtu eżempju ġenituri prospettivi li jingħataw permess jikkrejaw sa massimu ta’ 8 embrijuni f’ċiklu, l-IVF u l-possibilta’ ta’ 8 embryo transfers jitqiesu bħala ċiklu wieħed.
Il-Gvern Malti joffri sa massimu ta’ ħames ċikli b’xejn lill-ġenituri prospettivi irrespittivament mill-orjentazzjoni sesswali jew ġeneru tagħhom.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il koppja jew persuni single bbenefikaw mis-servizz tal-IVF mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam dawn iċ-ċifri maħruġa sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ ġenituri prospettivi li bbenefikaw mill-IVF żdiedu kull sena kif indikat hawn taħt.
2013 – 100
2014 – 170
2015 – 304
2016 – 273
2017 – 311
2018 – 249
2019 – 161
2020 – 214
2021 – 354
2022 – 480
2023 – 599
2024 – 768
2025 – 774
Total ta’ 4757 ġenituri prospettivi
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm żdied il-baġit allokat għall-IVF mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam dawn iċ-ċifri maħruġa sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
In Vitro Fertilization Programme - Budget Alloca-tions
Total
2013 €75,000 €75,000
2014 €500,000 €500,000
2015 €500,000 €500,000
2016 €600,000 €600,000
2017 €1,000,000 €1,000,000
2018 €1,600,000 €1,600,000
2019 €1,600,000 €1,600,000
2020 €1,600,000 €1,600,000
2021 €1,600,000 + €471,000 €2,071,000
2022 €2,500,000 + €680,000 €3,180,000
2023 €2,500,000 €2,500,000
2024 €7,000,000 €7,000,000
2025 €4,000,000 + €1,381,850 €5,381,850
2026 €6,700,000 €6,700,000
The initial column is the actual budget allocation. The additional amount are vire-ments to the line item towards the end of the year to further top-up the allocation due to additional expenses incurred throughout that current year.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba ġiet emendata l-liġi tal-IVF tul is-snin u jindika s-snin li fihom saru dawn l-emendi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-liġi għall-Protezzjoni tal-Embrijun ġiet emendata darbtejn, fl-2018 u fl-2022.