Legislature:
Category:
Reset
Active:

Saħħa mentali – Għarfien u ‘life skills’

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru tas-Saħħa biex isaħħaħ l-għarfien u l-‘life skills’ fir-rigward tas-saħħa mentali fil-ħajja ta’ kuljum, speċjalment minn żmien bikri tal-ħajja tal-individwi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għas-Saħħa qed ikompli jimplimenta miżuri konkreti, allinjati mal-Istrateġija Nazzjonali tas-Saħħa Mentali, biex jissaħħu l-promozzjoni tas-saħħa mentali, l-iżvilupp tal-life skills u r-reżiljenza, b’enfasi fuq prevenzjoni u intervent bikri. Fost oħrajn, is-servizz għas-saħħa mentali joffru screening mentali perinatali għall-ommijiet u s-sieħba tagħhom, li jkompli fl-ewwel snin tat-tarbija permezz ta’ profess-jonisti tas-Saħħa Mentali. Dan jippermetti identifikazzjoni bikrija u appoġġ kliniku fejn meħtieġ. Fuq livell edukattiv, il-programm Mental Health First Aid qed jiġi implimentat b’mod sistematiku fid-disa’ sena u fost l-edukaturi f’kull tip ta’ skola. Il-korsijiet qed jiġu estiżi wkoll permezz tal-Kunsilli Lokali sabiex jiżdied l-aċċess tal-komunità għal għarfien u ħiliet essenzjali. Fil-futur qarib ser jiġi ffirmat Memorandum of Understanding ‘Maximize Mental Health and Well-being and Build Resilience in Children’ bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, li jsaħħaħ il-promozzjoni tas-saħħa mentali fit-tfal permezz ta’ programmi ta’ għarfien, intervent bikri u attivitajiet ta’ reżiljenza, kif ukoll permezz ta’ kollaborazzjoni aktar strutturata bejn is-servizzi tas-saħħa mentali u l-iskejjel. Barra minn hekk, beda l-proċess biex jinfetħu tliet Ċentri Reġjonali ġodda għas-Saħħa Mentali, li se jkunu ċentri integrati ta’ kura multidixxiplinarja qrib il-komunità, sabiex jissaħħu l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u l-koordinazzjoni tas-servizzi tul il-ħajja. Dawn il-miżuri jikkonfermaw l-impenn tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ il-prevenzjoni, l-għarfien u r-reżiljenza mentali b’mod konsistenti u sostenibbli.

Skemi tal-akkomodazzjoni affordabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema skemi tal-akkomodazzjoni affordabbli qed jibbenefikaw l-aktar minnhom koppji żgħażagħ u familji residenti u x’inhi n-nefqa?

Response (BONNICI, OWEN)

L-għan tal-Gvern huwa li jkompli joffri sostenn konkret lill-koppji żgħażagħ u lill-familji, sabiex jiffaċilità l-aċċess tagħhom għall-akkomodazzjoni adegwata u affordabbli. Permezz tal-iskemi tal-Awtorità tad-Djar, matul l-2025 ingħata appoġġ lil aktar minn 15,213-il familja. L-ewlenin fost l-iskemi ta’ akkomodazzjoni affordabbli huma l-First Time Buyers Scheme (FTB), id-Deposit Guarantee Scheme (DPS), l-Equity Sharing Scheme (ESS), il-Housing Benefit Scheme (HBS), il-Benefiċċju tal-Kera għall-Proprjetajiet ta’ qabel l-1995 (SKP), u l-Grant of First Residence (GFR). Fir-rigward tal-eliġibbiltà, id-Deposit Guarantee Scheme (DPS) hija mmirata speċifikament għal persuni bejn il-21 u d-39 sena, filwaqt li l-Equity Sharing Scheme (ESS) hija miftuħa għal persuni ta’ 25 sena jew aktar. Min-naħa l-oħra, il-First Time Buyers Scheme (FTB) u l-Grant of First Residence (GFR) huma maħsuba għal individwi u familji li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, li fil-maġġoranza tagħhom huma koppji u persuni żgħażagħ. Beneficiaries in 2025 € First-Time Buyer Scheme (FTB) 7,213 €6,820,000 Deposit Payment Scheme (DPS) 57 €2,068,849 Equity Sharing Scheme (ESS) 80 €4,334,304 Rent Subsidy Scheme Pre1995 (SKP) 2,002 €10,662,258 Housing Benefit Scheme (HBS) 3,893 €10,163,302 Grant on First-Residence (GFR) 327 €1,016,476

Tal-Pietà, Ta’ Xbiex, San Ġwann, Ta’ Giorni u l-Imsida – Akkomodazzjonijiet soċjali – Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'investiment sar u x'hemm ippjanat li jsir fl-akkomodazzjoni soċjali f’Tal-Pietà, f’Ta’ Xbiex, f’San Ġwann, f’Ta’ Giorni u fl-Imsida?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tal-programm ta’ tisbiħ u manutenzjoni fl-akkomodazzjoni soċjali fil-lokalitajiet imsemmija, sar dan l-investiment: • Ta’ Xbiex – investiment stmat ta’ €762,021 fuq 11-il blokk; (2026) • San Ġwann – investiment stmat ta’ €3,262,545 fuq 61 blokk; (2018, 2019, 2021, 2023, 2025) • Ta’ Giorni, San Ġiljan – investiment stmat ta’ €521,221 fuq 14-il blokk; (2020, 2024) • Tal-Pietà – Qed jiġu ppjanati għal programm ta’ Embellishment fil-futur qrib. • L-Imsida – il-blokok f’din il-lokalità inbnew relattivament reċentement u, għalissa, m’hemmx ippjanat li jsir tisbiħ u manutenzjoni. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l-programm ta’ tisbiħ għas-sena 2027 għadu qed jiġi mfassal.

OHSA – Settur tal-volontarjat – Implimentazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex isiru l-implimentazzjonijiet t’għajnuna lis-settur tal-volontarjat mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta, li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol qed tipprovdi taħriġ bażiku b’xejn dwar is-saħħa u s-sigurtà lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u lill-organizzazzjonijiet volontarji. Dan it-taħriġ għandu l-għan li jqajjem aktar għarfien dwar kif dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jimmaniġġjaw is-saħħa u s-sigurtà fl-attivitajiet varji tagħhom. Fil-futur, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol se tkun qed toħroġ ukoll linji gwidi imirratati għal dawn l-organizzazzjonijiet.

Ħal Qormi – Triq Ġużè Duca, Triq Manwel Dimech u Triq Ħal Luqa – Problema tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji u pjanijiet dwar kif ser tissolva l-problema ta' traffiku fil-junction magħrufa bħala tal-Imgħallaq u ċjoè; Triq Ġużè Duca, Triq Manwel Dimech u Triq Ħal Luqa, f’Ħal Qormi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nonforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Is-Siġġiewi – Triq Blat il-Qamar – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti data dwar meta ser jibda x-xogħol ta' rikostruzzjoni mill-ġdid minn Infrastructure Malta, ta' Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi u kemm huwa indikat li se jdum dan il-proġett?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nonforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Is-Siġġiewi – Triq l-Imqabba – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji (timeframes, fażijiet u data tal-bidu tax-xogħlijiet) dwar il-proġett ta' twessigħ parzjali minn Infrastructure Malta fi Triq l-Imqabba (magħrufa bħala Ta' Kandja) fil-limiti tas-Siġġiewi, meta ser jibda x-xogħol u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dan il-proġett?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Is-Siġġiewi – Triq Bur il-Kbir – Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji tal-fażijiet u timeframes tal-proġett li għaddej preżentement minn Infrastructure Malta fi Triq ta' Bur il-Kbir, fis-Siġġiewi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dan il-proġett?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Is-Siġġiewi – Proġett ta’ Għar Lapsi – Spiża

Question

Tista’ l-Ministru tagħti dettalji tal-ispiża tal-proġett ta’ Għar Lapsi, fis-Siġġiewi, wara l-maltempata Harry u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Bill of Quantities ta’ dan il-proġett?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Is-Siġġiewi – Proġett ta’ Għar Lapsi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti dettalji tal-fażijiet u timeframes tal-proġett ta’ Għar Lapsi, fis-Siġġiewi, wara l-maltempata Harry u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti, kemm ta' disinn u kemm strutturali, ta’ dan il-proġett?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għar-riġenerazzjoni ta’ Għar Lapsi huwa maqsum fi tliet fażijiet. Dawn il-fażijiet huma indikati fuq il-pjanta ‘Għar Lapsi – Phases of Work’ li kopja tagħha qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ewwel fażi tinkludi t-tiswija tar-rampa u l-bini ta’ turġien, kif ukoll il-bini mill-ġdid ta’ jetty għall-għawwiema. Ix-xogħlijiet qed isiru mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, li bħalissa bdew jagħtu l-aħħar saff ta’ konkos tul ir-rampa u jibnu taraġ li jagħti aċċess għall-bajja. It-tieni fażi tinkludi l-bini mill-ġdid tal-iskall għall-bajja magħrufa bħala Għar Miżun, kif ukoll it-tqegħid ta’ blat tal-qawwi (li ser jittella’ mill-istess bajja) sabiex joffri protezzjoni mill-mewġ lil dan l-iskall. Ix-xogħlijiet fuq din il-fażi mistennija jibdew f’nofs Lulju u jieħdu erbgħa u tletin ġimgħa. It-tielet fażi tikkonsisti f’interventi ta’ konsolidament tal-irdum, li parti kbira minnu ġġarraf kemm waqt kif ukoll wara l-maltempata Harry. Fir-rigward ta’ din il-fażi, id-Dipartiment qed jaħdem ma’ konsulenti ġeotekniċi, li qed iħejju fid-dettall diversi interventi u pjanti meħtieġa għall-konsolidament ta’ dan l-irdum, sabiex tittejjeb s-sigurtà tan-nies li jiffrekwentaw din il-bajja. Hekk kif dawn il-pjanti jkunu lesti, jinbeda l-proċess ta’ xiri għax-xogħlijiet meħtieġa. Qiegħda nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti relatati mal-ewwel u mat-tieni fażi tal-proġett.

Persuni taħt it-tmintax-il sena reġistrati stateless

Question

Jista’ l-Ministru jagħti ċ-ċifri ta’ kemm kien hawn persuni taħt it-tmintax-il sena li kienu reġistrati stateless sal-aħħar tas-sena 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mis-sena 2013 sallum kien hemm 42 persuna li fl-applikazzjoni taċ-ċittadinanza tagħhom iddikjaraw li huma stateless.  Minn dawn 40 persuna kienu taħt it-18 -il sena u 2 kienu adulti.

Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali – Rapporti annwali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi r-rapport annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali għas-snin 2024 u 2025 u jqiegħed kopja tal-istess rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-Kumissarju għall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżordni Mentali se jgħaddili r-rapport annwali ta’ ħidma ta’ l-uffiċju tiegħu għas-sena 2024 fi żmien ħmistax oħra. Ix-xogħol fuq ir-rapport ta’ ħidma għas-sena 2025 għadu għaddej minħabba analiżi tad-data tal-pazjenti kollha li rċievew il-kura b’mod involuntarju.

Proġett tal-pjazza ta’ Buġibba

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 399 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża ta' €10.6 miljun li ġie jiswa l-proġett tal-pjazza ta' Buġibba?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Filwaqt li  ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-investiment fuq ix-xogħlijiet li saru fiż-żona tal-pjazza ta' Buġibba, Triq Sant Antnin, Triq il-Bajja (Triq il-Pijunieri) u Dawret il-Gzejjer ammontaw għal €10,246,030.35c, ninfurmah ukoll li f' dan il-proġett saru xogħlijiet: - taħt l-art għall-infrastruttura ġdida, li nkludew, tibdil ta’ servizzi – drenaġġ, ilma, elettriku u telekommunikazzjoni, walkthrough service culvert li fih qed jieħu s-servizzi msemmiha, sistema ta’ ġbir tal-ilma tax-xita, inkluż ġibjun taħt il-pjazza, sistema ta’ silt traps għat-tindif tal-ilma, balance tank u pompi għall-funtana u sistema ta’ tisqija (irrigation). - mal-promenade tneħħiet l-istruttura ezżistenti sa fuq is-soqfa tal-boathouses, biex inbniet struttura ġdida, bażi u kolonni ġodda biex inbniet il-gallerija, u bankini u triq mill-ġdid. - fuq il-wiċċ ġdid tal-pjazza u toroq tal-madwar kif ukoll bankini ġodda bil-porfido. - ta' għamara ġdida li tinkludi bankijiet fil-pjazza, t-toroq u l-promenade, siġar u pjanti kif ukoll sistema ta’ dawl ġdida, arbli ġodda fuq il-promenade, pjazza u toroq imsemmiha, bollard luminaries, planter luminaries, ventilation grills u tree grills (fi Triq Sant Antnin u Triq il-Pijunieri/Bajja, funtana, u timber decking madwar l-area fil-pjazza, bike racks, bins, u tliet shading canopies.

Birżebbuġa - Kappella tas-Sagra Familja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju jinsab il-proġett relatat mal-Kappella tas-Sagra Familja, f’Birżebbuġa u meta huwa ppjanat li jkun lest kompletament?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li wara li l-kuntratt għal dan il-proġett ingħata, x-xogħlijiet huma maqsuma f’fażijiet u mistennija li jieħdu numru ta’ ġimgħat. Il-proġett huwa mistenni jitlesta sa Ġunju 2027.

Persuni li ma kinux ċittadini Maltin - Proprjetajiet mixtrija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il proprjetà f’Malta u f’Għawdex inxtrat minn persuni li ma kinux ċittadini Maltin fil-mument li sar il-kuntratt matul l-2024?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Nitlob lill- Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Birżebbuġa - Triq il-Bajja s-Sabiħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm ilmenti dwar id-disinn u/jew dwar ix-xogħlijiet tal-bankina l-ġdida li saret fi Triq il-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa u jekk iva, x’azzjoni ser tittieħed u sa meta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet ebda lment dwar il-bankina li qed issir referenza għaliha.

Birżebbuġa - Trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu - Konkos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità kkonċernata approvatx li jingħata l-konkos fi trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu fil-limiti ta’ Birżebbuġa? F’każ li dan ma ġiex approvat, jista’ jgħid x’azzjoni ser tittieħed u sa meta?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Birżebbuġa - Trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu - Konkos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità kkonċernata approvatx li jingħata l-konkos fi trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu fil-limiti ta’ Birżebbuġa? F’każ li dan ma ġiex approvat, jista’ jgħid x’azzjoni ser tittieħed u sa meta?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

'Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat’

In-Naxxar - Higher Secondary - Hoarding wall

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jitneħħa l-hoarding wall li hemm jostakola d-daħla tal-Higher Secondary fin-Naxxar, x’inhuma l-pjanijiet biex jitneħħa u meta ser jitneħħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fl-iskola msemmija, il-ħajt tal-ilqugħ hu meħtieġ hekk kif qed jitwettaq proġett ta’ bini ta’ grawnd tal-futbol, kif ukoll parkeġġ taħt l-art u faċilitajiet oħrajn. Permezz ta’ dan il-proġett qed partijiet mill-kampus qed isiru wkoll żoni pedonali. Il-ħajt se jitneħħa meta jitlesta l-proġett skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti CT 2118/2025.