Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-informazzjoni qegħda tiġi miġbura u tingħata fis-seduti li ġejjien.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta għadha qed tinġabar.

Djar tal-anzjani - Spezzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru spezzjonijiet fi djar tal-anzjani biex jaraw li għadhom up to standard?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani bejn Jannar u Ġunju tal-2026 għamlet total ta’ 807 spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani.

Għawdex - Port tal-Imġarr - Struttura tat-tined li jservu bħala kenn għall-passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsdija parlamentari 186 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u jgħid jekk l-istruttura tat-tined li sservi bħala kenn għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex, hijiex struttura temporanja jew struttura permanenti?  Jekk hija struttura temporanja, jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbidel għal struttura permanenti li tkun aktar adegwata għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry kemm għall-Belt Valletta kif ukoll għal Buġibba u/jew Tas-Sliema?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex – Terminals tal-fast ferry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat illi jitlesta t-terminal tal-fast ferry fil-Belt Valletta u kif ukoll jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex isir l-investiment neċessarju fit-terminal tal-fast ferry fl-Imġarr, Għawdex?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lil Onor. Interpelleant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nu. 682.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħal Safi - Ċentru Parrokkjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju jinsab il-proġett relatat maċ-Ċentru Parrokkjali, f’Ħal Safi? Tista’ tgħid ukoll: i.    x’inhuma x-xogħlijiet li saru s'issa u kemm ġew jiswew; ii.    x’inhuma x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru u kemm huwa proġettat li ser jiġu jiswew; u iii.    meta huwa ppjanat li l-proġett ikun lest kompletament?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Heritage Malta – Xiri ta’ lbiesi – Eurovision Song Contest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex il-ħsieb illi tixtri lbiesi li libsu kantanti Maltin fil-Eurovision Song Contest tul is-snin biex dawn jagħmlu parti mill-kollezzjoni tan-National Textile Collection li jinsabu ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur u dawk ġewwa l-mużew nazzjonali tal-Etnografija?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Infurmat li Heritage Malta tista’ teżerċita d-dritt tagħha skont Kap 445 tal-Liġijiet ta’ Malta u takkwista materji li jkunu ta’ importanza u valur artistiku u kburija nazzjonali. Tant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija konġunta maħruġa mill-Malta Community Chest Fund u Heritage Malta li tispjega kif il-libsa milbusa mir-rappreżentanta ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1992 kienet akkwistata minn Heritage Malta biex issir parti mill-kollezzjoni nazzjonali tat-Tessuti fil-Palazz tal-Inkwiżitur u l-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija. Is-sinjifikat tal-akkwist ta’ din il-libsa de quo li għall-ewwel darba, Malta klassifikat fost l-aqwa tliet postijiet ta’ dan il-contest. Din il-libsa ingħatat b’ġest ġeneruż minn Mary Spiteri nnifisha u l-flus offruti marru għall-kawża tal-Malta Community Chest Fund. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat minn Heritage Malta li, fil-preżent, m'għandiex ħsieb li takkwista l-imsemmija lbiesi.

Il-Belt Valletta – Ta’ Liesse – Terminal tal-passiġġieri – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 187 u jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq it-terminal tal-passiġġieri tal-fast ferry li hemm f’Ta’ Liesse fil-Belt Valletta, wara l-ħsarat li ġarrab fil-maltempata ta’ Jannar 2026? Jista’ jgħid ukoll: (i) liema xogħlijiet fadal isiru sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; (ii) meta huwa ppjanat li jitlestew dawn ix-xogħlijiet; u (iii) kemm hu stmat b’kollox li ser jiġi jiswa dan ix-xogħol kollu wara l-ħsarat li ġarrab dan it-terminal?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Eurovision Song Contest – Nefqa totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena? Jista’ l-Ministru jagħti wkoll iċ-ċifri separatament dwar: i.    il-marketing tal-kanzunetta f’pajjiżi barranin fosthom billboards, magazines u riklamar; ii.   il-marketing tal-kanzunetta f’pajjiżna fosthom banners, billboards, magazines u riklamar; iii.   l-akkomodazzjoni u t-titjiriet tal-ajru ta’ kull pajjiż li l-kantant żar qabel biex isir il-marketing tal-kanzunetta, fosthom l-Awstralja, in-Norveġja, l-Albanija, il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, ir-Rumanija, l-Ingilterra, San Marino u l-Litwanja; iv.  kemm siefru persuni mal-kantant matul dawn il-vjaġġi kull darba u xi rwol kellu kull wieħed minnhom; v.   kemm telgħu persuni flimkien mal-kantant ġewwa Vjenna bħala parti mill-kontinġent u x’kien l-irwol ta’ kull persuna; u vi.  kemm ġew jiswew b’kollox it-tijiriet u l-akkomodazzjoni tal-kontinġent Malti, inkluż tal-kantant, fi Vjenna?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

‘Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-informazzjoni qegħda tiġi miġbura’

Il-Marsa – Inċineratur – Tiġdid tal-permess

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-istatus tal-permess tal-inċineratur li jinsab fil-Marsa? Jekk jinbeda proċess għat-tiġdid ta’ dan il-permess, tista’ tgħid ukoll jekk hux se ssir konsultazzjoni wiesgħa mal-kunsilli lokali u mar-residenti kollha tal-lokalitajiet tal-madwar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-permess ambjentali IP 0004/07/C dwar il-faċilità tal-inċineratur operat mill-applikant huwa validu sal-31 ta’ Mejju 2027. Bħalissa, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qed tipproċessa applikazzjoni għal tiġdid ta’ dan il-permess (IP 0012/24) li ġiet sottomessa f’Settembru 2024, fejn fuq din l-applikazzjoni saret konsultazzjoni pubblika fejn kullħadd seta’ jissottometti l-kummenti tiegħu. Din l-applikazzjoni ġiet sospiża fuq talba tal-applikant biex l-applikazzjoni tieħu inkonsiderazzjoni titjib fil-makkinarju li sar investiment fih. Diment li dawn it-tibdiliet ma jikkonsistux f’tibdiliet materjali, mhux meħtieġ li ssir konsultazzjoni pubblika oħra. Ta’ min però jirrimarka li d-deċiżjoni fuq dawn it-tip ta’ applikazzjonijiet ambjentali, IPPC, isiru fil-pubbliku fejn kwalunkwe persuna tista’ tesprimi kummenti.

Klabbs tal-waterpolo – Għajnuniet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-għajnuniet li qed jingħataw lill-klabbs tal-waterpolo biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ kemm nazzjonalment, u anke joffri aktar opportunitajiet ta’ livell internazzjonali lill-isportivi tagħna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li SportMalta tkompli timpenja ruħha sabiex tappoġġja u tiżviluppa l-isport akkwatiku permezz ta' investiment sostanzjali fl-infrastruttura sportiva, kif ukoll permezz ta' diversi skemi ta' għajnuna. F'dan il-kuntest, SportMalta lestiet investiment fil-bini ta' faċilitajiet akkwatiċi ġodda f'Birżebbuġa, fil-Kottonera u f'San Pawl il-Baħar, filwaqt li qed tkompli wkoll bl-immodernizzar u t-titjib tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq. Barra minn hekk, SportMalta tappoġġja l-organizzazzjoni u l-ospitar ta' avvenimenti sportivi internazzjonali f'Malta, fosthom kompetizzjonijiet ta' livell għoli bħall-Final Four Champions League u l-Kampjonati tad-Dinja. SportMalta tipprovdi wkoll assistenza finanzjarja lill-klabbs u lill-assoċjazzjonijiet sportivi permezz tal-Iskema ta' Parteċipazzjoni Internazzjonali u l-Iskema tal-Bed Nights, sabiex tgħinhom ikopru parti mill-ispejjeż relatati mal-parteċipazzjoni tagħhom f'kompetizzjonijiet internazzjonali u ninkoraggixxu aktar kompetizzjonijiet isiru Malta. Barra minn hekk, il-klabbs u l-assoċjazzjonijiet li jagħmlu użu mill-pixxini ta' SportMalta għat-taħriġ u għall-kompetizzjonijiet jibbenefikaw minn rati sussidjati, bħala parti mill-impenn kontinwu tal-Gvern biex isaħħaħ l-iżvilupp tal-isport akkwatiku u jkompli joħloq opportunitajiet aħjar għall-atleti Maltin.

Saħħa mentali – Kura fil-komunitajiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser tissaħħaħ il-kura fil-komunità fir-rigward tas-saħħa mentali biex tkun eqreb aktar lejn iċ-ċittadin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għas-Saħħa qed ikompli jsaħħaħ il-kura tas-saħħa mentali fil-komunità bħala parti mill-viżjoni li joffri servizzi aktar aċċessibbli, integrati u ffukati fuq il-ħtiġijiet tal-individwu, qrib il-post fejn jgħix. F’dan il-kuntest, beda l-proċess biex jinfetħu tliet Ċentri Reġjonali ġodda għas-Saħħa Mentali, li se jkunu ċentri integrati ta’ kura multidixxiplinarja qrib il-komunità. Dawn se joffru valutazzjoni, trattament, intervent bikri, segwitu kliniku u appoġġ terapewtiku, sabiex il-persuni jirċievu l-kura meħtieġa f’waqtha u kemm jista’ jkun qrib ta’ darhom. Fl-istess waqt, il-Ministeru qed ikompli jsaħħaħ il-koordinazzjoni bejn is-servizzi tas-saħħa mentali, il-kura primarja, is-servizzi soċjali u entitajiet oħra relevanti, biex il-kura tkun aktar integrata, kontinwa u ċċentrata fuq il-persuna. Dawn il-miżuri jiffurmaw parti minn strateġija nazzjonali li tnaqqas id-dipendenza fuq il-kura istituzzjonali, tippromwovi intervent bikri u rkupru fil-komunità, u tagħmel is-servizzi tas-saħħa mentali aktar aċċessibbli, effettivi u qrib iċ-ċittadin.