Fast ferry mill-Imġarr, Għawdex għall-Belt Valletta – Vjaġġ tad-8:45 a.m.
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-vjaġġ tad-8:45 a.m. mhuwiex inkluż fl-iskeda tas-servizz tal-fast ferry mill-Imġarr, Għawdex għall-Belt Valletta? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li dan il-vjaġġ jiġi introdott?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ix-Xewkija – Protezzjoni Ċivili – Post alternattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsib post alternattiv għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili li bħalissa jinsabu stazzjonati ġewwa x-Xewkija, Għawdex, u preżentement qegħdin joperaw minn ġo portable containers?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva nikkonferma illi d-dipartiment qiegħed ifittex post alternattiv.
Għawdex - Pulizija, Forzi Armati u Protezzjoni Ċivili – Żieda fl-uffiċjali u membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiżdiedu l-uffiċjali tal-Pulizija, il-Membri tal-Forzi Armati u tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex u jekk huwa l-każ, meta huwa ppjanat li jsir dan u kemm huwa n-numru ta’ persuni/uffiċjali li se jiżdiedu, kif ukoll ir-rank tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi, inklużi muturi, allokati għal-Korp tal-Pulizija fid-distrett ta' Għawdex u jagħti d-dettalji dwar il-mudell u s-sena ta’ manifattura tal-imsemmija vetturi u muturi? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-vetturi humiex l-istess bħal dawk użati mill-pulizija stazzjonati f'Malta, u jekk le, x’inhi r-raġuni?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemmx distinzjoni bejn vetturi f’Malta u Għawdex.
L-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella t’hawn taħt.
Make
YOM
Nature
Model
1
Toyota
1983
Van
Hilux
2
Ssangyong
2022
Truck
Musso
3
Ssangyong
2022
Truck
Musso
4
Hyundai
2025
Hatchback
I20
5
Honda
2007
Hatchback
Civic
6
AEON
2015
Quad Bike
AU20
7
Toyota
2017
Truck
DYNA
8
Hyundai
2025
SUV
Kona EV
9
Ford
2002
Panel Van
Transit
10
SYM
2023
Motorcycle
SYMPHONY ST
11
SYM
2023
Motorcycle
SYMPHONY ST
12
Ford
2013
Saloon
Focus
13
Fiat
2017
Hatchback
Tipo
14
Ford
2013
CABIN VAN
Transit
15
BMW
2018
Motorcycle
F800 GT
16
BMW
2018
Motorcycle
F800 GT
17
BMW
2018
Motorcycle
F800 GT
18
BMW
2018
Motorcycle
F800 GT
19
BMW
2018
Motorcycle
F800 GT
20
BMW
2018
Motorcycle
F800 GT
21
BMW
2018
Motorcycle
F800 GT
22
BMW
2018
Motorcycle
F800 GT
23
BMW
2018
Motorcycle
F800 GT
24
BMW
2018
Motorcycle
F800 GT
25
BMW
2018
Motorcycle
F800 GT
26
Peugeot
2019
Hatchback
308
27
Peugeot
2019
Hatchback
308
28
Peugeot
2019
Hatchback
308
29
Peugeot
2019
Hatchback
308
30
Ford
2011
Saloon
Focus
31
Hyundai
2020
Jeep
Tucson
Għawdex – Skwadra ta’ kontra d-droga – Investiment u riżorsi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir investiment fi skwadra ta' kontra d-droga f’Għawdex u, jekk iva, x’riżorsi, inklużi riżorsi umani, huma mistennija li jiġu allokati għal dan il-għan u jispeċifika meta se jsir tali investiment?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pulizija għandha skwadra ta’ kontra d-droga li tkopri l-pajjiz kollu, inkluż Għawdex.
Permessi għall-bini approvati minkejja rakkomandazzjoni ta’ rifjut mid-Direttorat tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-permessi għall-bini approvati matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 ġew approvati minkejja rakkomandazzjoni ta’ rifjut mid-Direttorat tal-Ippjanar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex din l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi għall-bini approvati matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 għal:
(i) blokok ta’ appartamenti;
(ii) lukandi;
(iii) high-rise developments;
(iv) commercial complexes;
(v) industrial developments; u
(vi) villas u bungalows?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex din l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati construction permits matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026, maqsuma skont il-lokalità u t-tip ta’ żvilupp?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.
Akkomodazzjoni soċjali - Special considerations jew urgent allocations
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ akkomodazzjoni soċjali ġie approvat fuq bażi ta’ “special consideration” jew “urgent allocation” matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 u x’kienu r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kull każ jiġi evalwat fid-dawl tal-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha rilevanti minn Kumitat tal-Allokazzjonijiet li jiddetermina l-prijorità tal-allokazzjoni. Ikun hemm ċirkostanzi fejn ikollhom jingħataw appoġġ urġenti biex ħadd ma jispiċċa mingħajr saqaf fuq rasu, u ċert, li l-Onor Interpellant huwa sensittiv għal tali realtajiet. Mgħandix dubju li, kif anke stqarr l-Onor kollega innfisu xi jiem ilu fuq il-mezzi soċjali
"Huwa sewwa li min hu intitolat għall-għajnuna tal-Gvern jirċeviha anzi jirċievha bi dritt.”
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tal-istess post ta’ Facebook tal-Onor Interpellant.
Infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm (5) każijiet ta' allokazzjonijiet urġenti li kollha kienu relatati ma' kerrejja f'każijiet ta' kiri ta' qabel l-1995 fejn il-Qorti ordnat l-iżgumbrament. Infurmat li f'kull każ ġiet segwita l-proċedura stabbilita kif spjegata aktar ’il fuq.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull ċirkulari jew internal guidelines maħruġa lill-Awtorità tad-Djar dwar il-prijoritizzazzjoni tal-applikanti għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interperallant li persuna li tixtieq tibbenefika mill-iskema trid l-ewwel tissottometti applikazzjoni flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa. L-applikazzjoni mbagħad tiġi vverifikata sabiex jiġi kkonfermat li hija eliġibbli għall-evalwazzjoni.
Galadarba l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata eliġibbli, isir assessment inizjali minn professjonisti u tiġi kkwalifikata permezz ta’ sistema ta’ punti prestabbilità. Din is-sistema hija mfassla biex tiżgura li l-evalwazzjoni tkun oġġettiva, trasparenti u konsistenti, u mhux ibbażata fuq opinjonijiet personali.
Il-punti mogħtija jwasslu għal klassifikazzjoni ta’ prijorità li tindika l-livell ta’ ħtieġa jew urġenza tal-applikazzjoni. Skont il-punteġġ miksub, l-applikazzjoni tiġi kklassifikata bħala:
· Baxx
· Medju
· Għoli
· Għoli Ħafna
Id-deċiżjoni finali dwar l-allokazzjoni tittieħed mill-Board tal-Allokazzjonijiet u tiġi kkomunikata lill-applikant skont il-proċeduri stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ fiex wasal il-proġett tal-villaġġ tal-karnival? Jista’ jgħid ukoll meta dan il-proġett hu ppjanat li jinfetaħ biex jintuża, min huwa l-kuntrattur u jekk tqabbadx b’direct order jew le?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern huwa kommes li jitkompla x-xogħol fuq l-Arts and Culture Hub fil-Marsa. Dan il-proġett huwa wieħed mill-akbar investimenti fis-settur tal-arti u l-kultura hekk kif il-kumpless mhux biss se jinkludi ċentru bil-faċilitajiet kollha li għandhom bżonn l-artisti lijtellgħu l-Karnival iżda wkoll spazji attrezzati għal varjetà ta’ artisti u forom tal-arti oħra. Din hija wegħda ċara fil-programm elettorali tal-Gvern. Dan il-proġett ser jinqasam f'fażijiet u jien infurmat li x-xogħol fuq il-l-ewwel fażi tal-proġett imsemmi bħalissa jinsab fl-istadju ta’ l-iskavar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet introdotta t-Tallinja Card? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-ispiża biex tagħmel Tallinja Card ġdida u kemm kienet tiswa Tallinja Card ġdida meta ġiet introdotta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qegħdin jittieħdu biex is-sistema tat-trasport pubbliku f’pajjiżna titjieb u jkun żgurat li t-trasport ikun iktar puntwali, ta’ min joqgħod fuqu (reliable) u komdu (mhux iffullati bin-nies)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Ħaddiema ġodda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tagħha minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.