Tista’ l-Ministru tara li jiġi risolt l-inkonvenjent fir-rigward tan-New Water Dispenser bin-numru N188, li ilha bla ilma għal kważi aktar minn tliet ġimgħat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-dispenser li qiegħda tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta safa fil-mira ta’ att kriminali (serq), dan sabiex jittieħed minnu ilma bla limitu. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhux biss qiegħda ssewwi l-ħsarat li sarulu, imma wkoll qed tinvestga u tassigura li jittieħdu l-passi neċessarji biex att simili ma jirrepetix ruħu. Id-dispenser mistenni jerġa’ jkun operattiv fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tkun lesta kompletament Triq San Ġorġ Preca fil-Ħamrun? Jista' jgħid ukoll x'wassal biex din it-triq għadha mhijiex lesta sal-lum?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq San Ġorġ Preca, Ħamrun, hija triq li inkludiet it-tibdil tas-servizz fosthom drenaġġ, ‘stormwater’, cable tal-Enemalta, ‘potable water’, kif ukoll streetlighting ġdid. It-triq kellha disinn ġdid minħabba r-rotta taċ-ċiklisti li tgħaddi minn din it-triq. Saru ukoll pavimenti ġodda kif ukoll parking bays tal-konkos għal parking tal-karozzi fit-triq. Dan ix-xogħol baqa’ dieħel ukoll sa l-ewwel biċċa ta’ Triq Nazzjonali l-Ħamrun.
Dan ix-xogħol kellu jinqasam f’żewg fażijiet minħabba l-iskola St. Joseph li tinsab f’nofs tat-triq. L-ewwel parti kienet minn Triq Joe Gasan sa Triq Mountbatten u it-tieni fażi saret minn Triq Mountbatten sa Triq il-Kbira, San Ġużepp. Minħabba l-operat tal-iskola, fejn l-operat tat-transport tat-tfal ma setax jitħarbat waqt il-ħinijiet tal-iskola, x-xogħol ġie ffukat fuq l-ewwel fażi fil-perjodu tas-Sajf meta l-iskola kienet magħluqa, bi ftehim mal-stess skola. Ix-xogħol tal-asfalt fl-ewwel fażi tat-triq, mingħajr il-wearing, sar ukoll fil-perjodu tas-Sajf meta l-iskola kienet magħluqa.
Ix-xogħlijiet tat-tieni fażi, li jinkludu parti minn Triq Mountbatten sa Triq il-Kbira San Ġużepp, bdew minnufih wara t-tlestija tal-ewwel fażi. L-asfalt tat-tieni fażi tat-triq ma setgħax isir minhabba l-perjodu tal-eżamijiet li jsiru fl-iskola ta’ St. Joseph u kif ukoll l-operat tal-iskola innifisha. Għaldaqstant ix-xogħol tal-asfalt tat-tieni parti tat-triq, dik minn Mountbatten sa Triq il-Kbira, San Ġużepp, mingħajr il-wearing, huma ppjanati li jsiru fil-ġranet li ġejjin, fejn ħa jsir bini ġdid tat-triq innifisha.
Ix-xogħol tal-wearing, li ha jkun qiegħed jinkludi, Triq Joe Gasan, Ħamrun, Triq San Ġorġ Preca (iż-żewg fażijiet) u Triq il-Kbira, San Ġużepp (quddiem il-bus stop Blata l-Bajda 1), ħa jkun qiegħed isir bejn fil-ġimħat li ġejjien.
Housing Estates tal-Gvern – Proġett ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' manutenzjoni fil-Housing Estates tal-Gvern, madwar Malta u Għawdex kollu? Jista’ jgħid ukoll kemm sar xogħol ta’ manutenzjoni fl-oqsma tal-bini tal-Gvern matul is-snin 2024, 2025 u l-ewwel ħames xhur tas-sena 2026?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward ix-xogħolijiet elenkati għas-sena 2026 (Jannar sa Ġunju) minn total ta’ 79 blokka previsti fil-programm għal din is-sena, tlestew 36 blokka, li jirrappreżentaw 45.6% tal-programm annwali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru kilometri t’asfalt ta’ toroq matul is-snin 2024, 2025 u l-ewwel ħames xhur tas-sena 2026? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol għall-perjodu msemmi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li xtraw vettura li taħdem kompletament bl-elettriku jew tkun parzjalment taħdem bl-elettriku, matul is-snin 2024, 2025 u l-ewwel ħames xhur tas-sena 2026, maqsuma sena b’sena u skont il-kategoriji tal-vetturi/muturi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sewwieqa li għandhom liċenzja tal-mutur u jaqsam din l-informazzjoni skont liema kategorija hija? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ippjanat li jsir iktar inkoraġġament biex jintużaw iktar muturi u roti elettriċi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Guardianship Orders – Applikazzjonijiet ta’ tiġdid
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal tiġdid ta’ guardianship orders? Tista’ tgħid ukoll kemm tmur lura l-aħħar applikazzjoni ta’ tiġdid?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa hemm tmienja u erbgħin (48) applikazzjoni ta’ tiġdid f’fażijiet differenti t’ipproċessar. L-aħħar applikazzjoni ġiet sottomessa l-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2026.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw reserved parking bays għal persuni b’diżabilità minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni wkoll skont it-tip ta’ reserved parking bay (personalised, communal, eċċ.)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji tal-eliġibbiltà għal reserved parking bay (mhux personalised) għall-persuni b’diżabilità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika u tista’ titniżżel flimkien mal-applikazzjoni mill-website ta’ Transport Malta. Kopja tal-iscreenshot tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji tal-eliġibbiltà għal reserved personalised parking bay għall-persuni b’diżabilità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika u tista’ titniżżel flimkien mal-applikazzjoni mill-website ta’ Transport Malta. Kopja tal-iscreenshot tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew approvati blue badges bejn Jannar 2025 u Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar? Tista’ tgħid ukoll kif dawn il-blue badges huma maqsuma skont il-lokalitajiet differenti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tabella bin-numru ta’ Blue Badges li ġew approvati minn Jannar 2025 sa Mejju 2026, maqsuma xahar b’xahar (Tabella numru 1 minn 2). Minħabba li x-xahar ta’ Ġunju 2026 għadu kif ġie konkluż, informazzjoni relatata man-numru ta’ approvazzjonijiet matul dan il-perjodu hija fil-proċess li tiġi konsolidata.
Il-figuri provduti bħala Blue Badges approvati jinkludu Blue Badges maħruġa fuq persuni b’diżabilità għall-ewwel darba, Blue Badges imġedda, u Blue Badges stampati mill-ġdid f’każijiet ta’ Blue Badges irrappurtati bħala mitlufa jew imkagħbra.
Ninfurmaha wkoll li qiegħda inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tabella li tindika kif dawn il-blue badges huma maqsuma skont il-lokalitajiet differenti (Tabella numru 2 minn 2). Din it-tabella tirrifletti l-Blue Badges li għadhom validi, jiġifieri dawk li għadhom ma skadewx, li ma ġewx ritornati minħabba mewt tad-detentur, u li ma ġewx rappurtati bħala mitlufa jew imkagħbra.
Kull Blue Badge tiġi stampata b’perjodu ta’ validità li jista’ jvarja bejn sena (1) u ħames (5) snin, skont il-massimu regolat mill-Artiklu 8 tal-Att 560 ta’ 2017 – Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kriterji li jiġu kkunsidrati meta jiġu evalwati l-applikazzjonijiet għall-blue badge u għall-personalised blue badge?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kriterji tal-eliġibbiltà tal-Blue Badge huma regolati mill-Artiklu 13 tal-Att 560 ta’ 2017 – Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għall-Persuni b’Diżabilità. L-evalwazzjoni ssir skont il-lista ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Att imsemmi.
Kull Blue Badge tinħareġ personalizzata fuq id-detentur, inkluż bl-isem u l-kunjom, ritratt, u firma.
Organizzazzjonijiet mhux governattivi – Ġbir tal-iskart – Riformi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx riformi ppjanati dwar il-ġbir tal-iskart minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, inkluż santwarji u għaqdiet li jieħdu ħsieb l-annimali, u jekk iva, x’inhuma dawn ir-riformi u meta mistennija jidħlu fis-seħħ?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Fil-preżent id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni m’għandha fis-seħħ l-ebda arranġament biex jinġabar b’mod sistematiku l-iskart minn xi organizzazzjoni mhux governattivi u ma kellna l-ebda diskussjoni f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjan ħolistiku biex jindirizza l-problema tal-parkeġġ madwar il-pajjiż, u jekk iva, jipprovdi dettalji dwar il-miżuri ppjanati, il-lokalitajiet prijoritarji, il-miri u t-timeline għall-implimentazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ġestjoni u miżuri relatati mat-traffiku – Użu tal-AI
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-progress tal-Gvern fl-użu jew l-adattament tal-intelliġenza artifiċjali (AI), fil-ġestjoni tat-traffiku u fil-miżuri relatati mat-traffiku? Jista’ jgħid ukoll liema proġetti pilota, tenders jew sistemi diġà ġew ippjanati jew implimentati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Il-Palazz ta’ Selmun – Pjan ta’ restawr jew konservazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Palazz ta’ Selmun hux inkluż fi pjan ta’ restawr jew konservazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu, u jekk iva, meta mistennija jibdew ix-xogħlijiet u x’inhu l-iskop tagħhom?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
'Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat’
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibdew ix-xogħlijiet ta’ restawr fil-Palazz ta’ Selmun, x’inhu l-istadju attwali tal-proġett, u jekk hemmx timeline stabbilita għat-tlestija tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.