Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 80 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 410 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 80 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 75 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 409 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 75 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 106 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 19.1 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar sena, u kif infurmat mill-PBS stess, ma kien hemm ebda każ kif imsemmi fil-mistoqsija li qed tiġi ppreżentata.
PBS – Bulettini tal-aħbarijiet – Sound on tape ta’ politiċi tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 105 u jgħid kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Gvern fil-bulettini tal-aħbarijiet tal-PBS u kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Oppożizzjoni, mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-aħħar ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-politiċi u f’liema dati xxandru?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nagħraf lill-Onorevoli Interpellant li l-missjoni editorjali tas-servizz pubbliku teħtieġ li l-PBS jirrapporta tħabbiriet nazzjonali u żviluppi li joħorġu mir-responsabbiltajiet ministerjali.
F’dan il-kuntest, ninsab informat li, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2025 u l-31 ta’ Mejju 2026, fil-bullettini tal-aħbarijiet tal-PBS ixxandru 532 sound on tape (SOTs) ta’ membri tal-Gvern. Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn kienu marbuta mal-qadi tal-funzjonijiet ministerjali, fosthom tħabbir ta’ policies, servizzi, skemi, proġetti u inizjattivi oħra, u mhux ma’ attivitajiet ta’ natura partiġġjana.
Ġejt informat ukoll li l-PBS rarament jinkludi SOTs meħuda waqt attivitajiet jew konferenzi politiċi mella’ mill-Partit Laburista. Fil-fatt, matul l-istess perjodu xxandru żewġ SOTs meħuda f’dan il-kuntest.
Min-naħa l-oħra, il-PBS jirrapporta wkoll il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni, inklużi l-kritika u l-proposti tagħha, fl-istejjer li jkunu qed jiġu rrappurtati. Dawn jinkludu wkoll kummenti meħuda waqt konferenzi tal-aħbarijiet u attivitajiet politiċi organizzati mill-Partit Nazzjonalista. Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2025 u l-31 ta’ Mejju 2026 ixxandru 66 SOTs minn membri tal-Partit Nazzjonalista.
Inżid li, filwaqt li jaqdi d-dover tiegħu li jirrapporta deċiżjonijiet u inizjattivi governattivi, il-PBS jassigura bilanċ editorjali b’rispett lejn ir-rappreżentanza parlamentari kif magħżula b’mod demokratiku mill-poplu. Dan isir ukoll permezz tal-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti u diskussjoni politika, li b’mod konsistenti jagħtu spazju ugwali kemm lill-Gvern kif ukoll lill-Oppożizzjoni sabiex jesprimu l-fehmiet u l-pożizzjonijiet tagħhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 103 u jgħid kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet li qed isiru fi Ġnien Pawlu Boffa, f’Raħal Ġdid u jekk sarx xi xogħol b’mod temporanju, jew b’xi mod ieħor, li sussegwentement inqala’ jew se jkollu jinqala’? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan? Jista’ jgħid ukoll kemm hija l-ispiża addizzjonali tax-xogħol li kellu jew se jkollu jsir minħabba f’hekk?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.
Ir-Rabat, Malta – Kunsill Lokali – Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni – Servizzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba l-Kunsill Lokali tar-Rabat, Malta ngħata servizzi mid-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Fl-1 ta’ Ottubru 2024 ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Kunsill Lokali tar-Rabat, Malta, u d-Dipartiment għat-Tindif u l-Manutenzjoni sabiex dan tal-aħħar jipprovdi servizz ta’ tindif tat-toroq tal-lokal. Fil-preżent, id-Diviżjoni tipprovdi erbatax -il ħaddiem biex jipprovdu servizz ta’ tindif fil-lokal. Barra minn hekk, id-Diviżjoni tieħu ħsieb tipprovdi servizzi ta’ tindif waqt avvenimenti fil-lokal, primarjament il-festi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol li sar fi Triq San Leonardu, f’Ħaż-Żabbar, u kemm sewa x-xogħol biex it-triq terġa’ tiġi fi stat tajjeb?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tindika għal liema xogħol li sar f’din il-parti tat-triq qed tirreferi għalih f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istat attwali tal-Kappella ta’ San Oswald fl-Imtarfa? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi pjanijiet biex din tiġi restawrata?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
'Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat’
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il koppja jew persuna single gawdiet mill-mediċini b’xejn tal-IVF?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn din il-miżura tar-Rifużjoni tal-mediċini preskritti għall-proċeduri ta’ Riproduzzjoni Medikament Assistita, ibbenefikaw 2322 ġenituri prospettivi.
IVF – Mediċini b’xejn – Introduzzjoni u investiment allokat
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ġew introdotti l-mediċini b’xejn tal-IVF u x’investiment alloka dan il-Gvern fuq dawn il-mediċini, sena b’sena minn meta bdew jiġu offruti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rifużjoni tal-Medicina tal-IVF daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022 għal ġenituri prospettivi li kienu jagħmlu l-proċeduri tal-IVF ġewwa MDH ART Clinic. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2023 żdiedu ukoll il-proċeduri medikament assistiti li kienu qed isiru fi kliniċi Maltin liċenzjati u reġistrati.
Ir-rifużjoni tal-mediċini tammonta għal total ta’ €4,600.564.50, maqsuma kif ġej:
2022 - €384,262.18
2023 - €646,745.28
2024 - €916,902.81
2025 - €1,849.636.19
2026 - €803,018.04 (Jannar sa Ġunju)
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm żdied il-persentaġġ ta’ twelid permezz tal-IVF mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam dawn iċ-ċifri maħruġa sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żieda fil-persentaġġ ta’ twelid minn proċeduri tal-IVF mill-2013 sas-sena 2025 hija ta’ 25.01%. Dan għaliex fl-2013 meta saru l-ewwel proċeduri tal-IVF regolati, it-Take Home Baby Rate kienet 18%, u fl-2025 it-Take Home Baby Rate issa hija 45.01%.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi t-take home baby rate mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam dawn iċ-ċifri sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-National Take Home Baby Rate mill-2013 sas-sena 2025 hija kif indikat hawn taħt:
2013 – 18.00%
2014 – 18.90%
2015 – 18.79%
2016 – 20.15%
2017 – 16.78%
2018 – 18.70%
2019 – 17.74%
2020 – 15.44%
2021 – 20.62%
2022 – 26.64%
2023 – 26.59%
2024 – 35.72%
2025 – 45.01%
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi permezz ta’ donazzjoni ta’ gameti, u jaqsam dawn iċ-ċifri skont l-istejjer ta’ suċċess minn donazzjonijiet ta’ oocytes u spermatozoa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellanta li d-donazzjoni tal-gameti ġiet fis-seħħ fl-2018, u minn dakinhar twieldu total ta’ 88 tarbija permezz ta’ gameti donati, skond kif jidher hawn taħt:
51 tarbija bl-użu ta’ donor sperm
30 tarbija bl-użu ta’ donor oocytes u
7 trabi li twieldu bl-użu kemm ta’ donor sperm u ta’ donor oocytes.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi permezz tal-IVF minn koppji tal-istess sess?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellanta li d-donazzjoni tal-gameti ġiet fis-seħħ fl-2018, u minn dakinhar twieldu 44 tarbija lill-koppji femminili tal-istess sess.
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 70 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 408 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 70 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 407 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 65 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 60 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 406 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 60 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.